Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3223

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex

    ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66–71 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Imħassar b' 32007R1580

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3223/oj

    31994R3223



    Official Journal L 337 , 24/12/1994 P. 0066 - 0071
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0139
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0139


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94

    tal-21 ta' Diċembru 1994

    dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1035/72 tat-18 ta' Mejju 1972 dwar l-organizazzjoni komuni tas-Suq fil-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru. 2753/94 [2], u partikolarment l-Artikolu 23(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3813/92 tat-28 ta' Diċembru 1992 dwar l-unità tal-kontijiet u r-rata tal-kambju li għandha tkun applikata għall-iskopijiet tal-istrateġija agrikola komuni [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 3528/93 [4], u partikolarment l-Artikolu 3 (3) tiegħu,

    Billi ir-riżultati tan-negozjati multilaterali tal kummerċ tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj jagħmluha meħtiġa li tkun introdotta sistema ġdida għall-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex friski kif elenkati fl-Anness; billi dik is-sistema hija bbażata fuq paragun bejn il-valur tal-prodotti importati u l-prezzijiet tad-dħul, skond riferuti fit-tariffi doganali tal-Komunitajiet Ewropej;

    Billi huwa meħtieġ li tingħata definizzjoni tat-terminu "lott;"

    Billi l-maġġoranza tal-frottijiet u l-ħxejjex li jitħassru malajr, elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, huma fornuti bil-kunsenja u dan il-fatt joħloq diffikultajiet speċjali għad-determinazzjoni tal-valur tagħhom;

    Billi il-prezz tad-dħul li fuq il-bażi tiegħu il-prodotti huma kklasifikati fit-Tarriffi Doganali Komuni għandhom ikunu ekwivalenti jew għal prezz fob tal-prodotti in kwistjoni, flimkien ma' l-ispejjeż ta' l-assikurazzjoni u tat-tgħabbija sal-fruntiera tat-territorju doganali tal-Komunità, il-valur doganali referut fl-Artikolu 30 (2) (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodici Doganali tal-Komunità [5] jew il-valur standard ta' importazzjoni; billi sistema ta' valuri standard ta' l-importazzjoni tagħmilha possibli li jkunu l-implementati r-riżultati tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj;

    Billi dawk il-valuri standard ta' l-importazzjoni għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-medja peżata tal-prezzijiet medji tal-prodotti, kif elenkati fl-Anness li huma importati minn pajjiżi terzi lejn is-swieq rapreżentattivi ta' l-importazzjoni ta' l-Istati Membri, bit-tnaqis ta' l-ammonti kif mogħtija fl-Artikolu 173 (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodici Doganali tal-Komunità [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 2193/94 [7]; billi dawk il-valuri għandhom ikunu stabbiliti għal kull jum tax-xogħol mill-Kummissjoni, għal kull oriġini u għall-perjodi kif moghtija fl-Anness;

    Billi, għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, regolarment u f'ħin sufficjenti, lid-dipartimenti tal-Kummissjoni responsabbli bl-informazzjoni kollha meħtieġa b'dan ir-Regolament, sabiex jiffaċilitaw il-valuri standard ta' l-importazzjoni li jkunu kkalkolati;

    Billi disposizzjonijiet speċjali għandhom jsiru għal-dawk il-każi meta ma' jkunx hemm prezzijiet disponibbli għal prodotti ta' ċertu origini;

    Billi l-importatur jista' jagħżel klassifikazzjoni ta' tariffa għal prodotti importati li tkun differenti minn dik stabilita fuq il-bażi tal-valur standard ta' l-importazzjoni; billi, b'danakollu, f'dak il-każ u taħt ċerti kondizzjonijiet, fosthom varjazzjonijiet fil-prezzijiet tas-swieq, irid ikun hemm ċerti disposizzjonijiet sabiex tingħata garanzija ekwivalenti għall-ammont ta' dazju li hu kien ikun irid iħallas kieku il-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-konsenja kienet stabbilita abbażi tal-valur standard ta' l-importazzjoni; billi il-garanzija tingħata lura meta, f'ċertu żmien, tinġieb prova li l-kondizzjonijiet sabiex il-kunsenja tigi disposta jkunu ntlaħħqu; billi, bħala parti ta' spezzjonijiet "a posteriori', id-dazju dovut għandu jkun miġbur skond l-Artikolu 220 tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92; billi huwa ġust, fil-parametri ta' dawn l-ispezzjonijiet, li jiżdied l-imgħax fuq id-dazju dovut;"

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2118/74 tad-9 ta' Awwissu 1974 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta' prezzijiet ta' referenza għall-frott u l-ħxejjex [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru. 249/93 [9], jibqa' fis-seħħ għal kull prodott elenkat fl-Anness sal-bidu tas-snin ta' bejgħ rispettivi tagħhom;

    Billi il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex,

    ADDOTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, "lott" ifisser merkanzija li tkun ġiet ippreżentata taħt dikjarazzjoni ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa. Kull dikjarazzjoni tista' tkopri biss oġġetti ta' oriġini waħda li jaqgħu taħt l-istess kodiċi waħda tan-nomeniklatura magħquda.

    Artikolu 2

    1. Għal kull prodott u għall-perjodi stabbiliti fl-Anness, għal kull ġurnata tas-suq u għal kull oriġini, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard minn nofsinhar (ħin ta' Brussel) tal-jum ta' xogħol ta' l-għada:

    (a) il-prezzijiet medji ta' rapreżentattivi tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi mibjugħa fis-swieq rappreżentattivi ta' l-importazzjoni, referuti fl-Artikolu 3 (1), u l-prezzijiet reġistrati fi swieq oħrajn għal kwantitajiet kbar ta' prodotti importati, jew, meta ma hemmx prezzijiet rappreżentativi tas-swieq disponibbli, il-prezzijiet għal prodotti importati kif reġistrati fi swieq oħrajn;

    u

    (b) it-total tal-kwantitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-prezzijiet referuti fi (a).

    2. Il-prezzijiet referuti fil-paragrafu 1 (a) għandhom ikunu rrekordjati:

    - għal kull prodott elenkat fl-Anness,

    - għal kull varjetajiet u daqsijiet disponibbli,

    - fl-istadju ta' l-importatur / bejjiegħ bl-ingrossa jew fl-istadju ta' bejjiegħ bl-ingrossa / bejjiegħ bl-imnut meta ma hemm l-ebda prezzijiet fl-istadju ta' l-importatur/bejjiegħ bl-ingrossa.

    Għandhom jiġu imnaqqsa bl-ammonti mogħtija fl-ewwel zewġ inċiżi ta' l-Artikolu 173 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Fir-rigward tal-ispejjeż ta' tgħabija u l-assigurazzjoni li jiġu mnaqqsa permezz ta' l-Artikolu 173 (4) tar-Regolament imsemmi hawn fuq għandhom ikunu applikabbli.

    3. Il-prezzijiet irreġistrati skond it-tieni paragrafu għandhom, meta huma stabbiliti fl-istadju tal-bejjiegħ bl-ingrossa /bejjiegħ bl-imnut, l-ewwel ikunu mnaqqsa b'ammont ekwivalenti għal 9 % biex jittieħed akkont tal-marġini tal-kummerċ tal-bejjiegħ bl-ingrossa, kif ukoll bl-ammont ekwivalenti għal ECU 0,6 għal kull 100 kilogramma biex jittieħed akkont tal-ispejjeż ta' immanniġġjar u t-taxxi u l-ispejjeż tas-suq.

    4. Dan li ġejjin għandhom ikun meqjusa li huma rappresentativi:

    - il-prezzijiet tal-prodotti tal-Klassi I, basta li dawk il-kwantijiet f'dik il-klassi jammontaw għal mill-inqas 50 % tat-total tal-kwantitajiet ikkumerċjalizzati,

    - il-prezzijiet tal-prodotti tal-Klassi I flimkien, meta l-prodotti f'dik il-klassi jammontaw għal inqas minn 50 % tat-total tal-kwantitajiet, il-prezzijiet stabbiliti għall-prodotti tal-Klassi II li jiffaċilitaw li 50 % tal-prodotti fis-suq jkunu koperti,

    - il-prezzijiet kif stabiliti għall-prodotti tal-Klassi II, meta l-prodotti tal-Klassi I, sakemm ma jkunx deċiz li jkun applikat magħhom xi aġġustament ta' ko-effiċjent, bħala rizultat tal-kondizzjonijiet tal-produzzjoni tal-prodotti ta' l-oriġini f'dan il-każ, dawk il-prodotti mhumiex normalment u tradizzjonalment marketed fil-Klassi I bħala riżultat tal-karateristici tal-kwalità tagħhom.

    Il-koeffiċent ta' l-aġġustament referut fit-tielet inċiż għandu japplika għal dawk il-prezzijiet wara li jitnaqsu l-ammonti referuti fil-paragrafu 2.

    Artikolu 3

    1. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala swieq rappreżentattivi:

    —Ir-Renju tal-Belġju u l-Grandukat tal-Lussemburgu: | Antwerp, Brussel; |

    —Ir-Renju tad-Danimarka: | Copenhagen; |

    —Il-Ġermanja: | Hamburg, Munich, Frankfurt, Cologne, Berlin; |

    —Ir-Republika tal-Greċja: | Ateni, Thessaloniki; |

    —Ir-Renju ta' Spanja: | Madrid, Barcelona, Seville, Bilbao; |

    —Ir-Repubblika ta' Franza: | Parigi-Rungis, Marsilja, Rouen, Dieppe, Perpignan, Nantes, Bordeaux, Ljon, Toulouse; |

    —l-Irlanda: | Dublina; |

    —Ir-Repubblika Taljana: | Milan; |

    —Ir-Renju ta' l-Olanda: | Rotterdam; |

    —Ir-Repubblika ta' l-Awstria: | Vjenna-Inzersdorf; |

    —Ir-Republikka Portugiza: | Lisbona, Porto; |

    —Ir-Repubblika tal-Finlandja: | Helsinki; |

    —Ir-Repubblika ta' l-Isvezja: | Helsingborg, Stockholm; |

    —Ir-Renju Unit, l-Irlanda ta' Fuq: | Londra; |

    2. l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-uzanzi tal-ġranet tas-suq ta' l-imsemmija swieq.

    Artikolu 4

    1. Għal kull prodott u għal-perjodi elenkati fl-Anness, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, kull jum ta' xogħol u għal kull origini, il-valur standard ta' l-importazzjoni ekwivalenti għal-medja peżata tal-prezzijiet rappreżentativi referuti fl-Artikolu 2, imnaqqas bl-ammont standard ta' ECU 5/100 kg u id-dazzji doganali ad valorem.

    2. Meta valur standard ikun stabbilit għall-prodotti u għall-perjodi ta' l-applikazzjoni moghtija fl-Anness, skond dan ir-Regolament, l-unità tal-valur fil-qofol tad-definizzjoni ta' l-Artikoli 173 sa 176 tar-Regolament (KEE) Nru. 2454/93 m'għandhomx ikunu applikabbli. Dan għandu jkun mibdul bil-valur standard tal-importazzjoni referuta fil-paragrafu 1.

    3. Meta ma jkunx hemm valur standard fis-seħħ ta' l-importazzjoni għal prodott ta' oriġini partikolari, il-medja tal-valuri standard ta' l-importazzjoni għal dak il prodott għandhom ikunu applikabbli.

    4. Il-valuri standard ta' l-importazzjoni jibqgħu japplikaw sakemm ikunu mibdula.

    5. Minkejja l-paragrafu 1, fl-ewwel ġurnata tal-perjodi ta' l-applikazzjoni mogħtija fl-Anness, u fil-ġranet konsegwenti, meta ma jkunx possibli li jiġi kkalkulat il-valur standard ta' l-importazzjoni, il-valur standard ta' l-importazzjoni applikabli għal xi prodott għandu jkun ekwivalenti għall-aħħar unità ta' valur fis-seħħ għal dak il-prodott skond id-definizzjoni ta' l-Artikoli 173 sa 176 tar-Regolament KEE Nru. 2454/93.

    6. Il-prezzijiet rappresentattivi f'ecus għandhom ikunu kkonvertiti skond ir-rata tas-suq rappresentattiv ikkalkulata għal dak il-jum f'dak il-każ.

    7. Il-valur standard ta' l-importazzjoni espress f'ecu għandu jkun ippublikat mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 5

    1. Il-prezz tad-dħul li fuq il-bazi tiegħu il-prodotti elenkati fl-Anness huma kklasifikati fit-Tariffa Doganali tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkun ekwivalent, skond kif jagħżel l-importatur:

    (a) jew għall-prezz fob tal-prodotti fil-pajjiz tal-oriġini u l-ispejjeż ta' l-assikurazzjoni u tat-tgħabija sal-fruntieri tat-territorju tad-Doganali tal-Komunità, meta dak il-prezz u dawk l-ispejjeż huma magħrufa fil-mument li d-dikjarazzjoni tar-rilaxxa tal-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera hi magħmula.

    Meta l-prezzijiet hawn fuq imsemmija huma bit-8 % akbar mil-valur standard ta' l-importazzjoni, l-importatur għandu jiddepożita il-garanzija referuta fl-Artikolu 248 (1) tar-Regolament (KEE) Nru. 2454/93, ekwivalenti għall-ammont ta' dazju li kieku kien ikollu jħallas li kieku il-klassifikazzjoni tal-prodotti kienet ġiet magħmula fuq il-bażi tal-valur standard ta' l-importazzjoni applikabbli għal konsenja f'dak il-każ.

    (b) jew għall-valur doganali ikkalkulat skond l-Artikolu 30 (2) (c) tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92 applikat biss għall-prodotti importati f'dak il-każ. F'dak il-każ, id-dażju għandu jkun imnaqqsa skond kif inhu provdut fl-Artikolu 4 (1).

    F'dak il-każ l-importatur għandu jagħti l-garanzija referuta fl-Artikolu 248 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju li kieku kien ikollu jħallas kieku l-klassifikazzjoni tal-prodotti kienet ġiet magħmula fuq il-bażi ta' valur standard ta' l-importazzjoni applikabbli għall-konsennja f'dak il-każ;

    (c) jew għal valur standard ta' l-importazzjoni ikkalkulat skond l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

    2. L-importatur għandu jkollu xahar mill-bejgħ tal-prodotti f'dak il-każ, soġġett għal-limitazzjoni ta' erba' xhur mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx taċ-ċirkulazzjoni ħielsa, biex jgħati prova li l-kunsennja tkun ġiet disponuta permezz tal-kondizzjonijiet li jaffermaw il-korretezza tal-prezzijiet referuti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 (a) jew jistabilixxi li l-valuri doganali referuti fil-paragrafu 1 (b). Nuqqas li jintlaħqu wieħed jew aktar limiti ta' żmien jirriżulta fit-telfien tal-garanzija ddepożitata, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjonji tal-paragrafu 3.

    Il-garanzija depożitata għandha tkun rilaxxata jekk tinġieb prova tal-kondizzjonijiet tad-dispozzjoni li tissodisfa lill-awtoritajiet doganali.

    Altrimenti il-garanzija tintilef permezz ta' ħlas tad-dazji ta' l-importazzjoni.

    3. Il-limitu ta' żmien ta' erba' xhur referut fil-paragrafu 2 jista' jkun estiz mill-awtoritajiet kompetenti sa' massimu ta' tliet xhur fuq talba ta' l-importatur, u din għandha tkun adekwatament ikkoraborata.

    4. Jekk, mal-verifika, l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li l-ħtiġiet ta' dan l-Artikolu ma jkunux intlaħqu, huma għandhom jirkupraw id-dazju dovut skond l-Artikolu 220 tar-Regolament (KEE) Nru. 2913/92. L-ammont ta' dazju li jittieħed lura jew li jibqa' biex jinġabar għandu jinkludi l-imgħax mid-data li fiha l-oġġetti jkunu ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa sal-ġurnata tal-irkupru. Ir-rata ta' imgħax li tapplika tkun dik ir-rata in vigore skond il-liġi tal-pajjiz għall-operazzjonijiet tal-irikupru.

    Artikolu 6

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2118/74 jibqa' japplika għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness sal-bidu ta' 1995/96 tas-snin ta' suq rispettivi tagħhom.

    Artikolu 7

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Huwa għandu japplika, għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness, mill-bidu ta' sena ta' suq 1995/96.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, il-21 ta' Diċembru 1994.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Nru L 118, 20.5.1972, p. 1.

    [2] ĠU Nru L 292, 12.11. 1994, p. 3.

    [3] ĠU Nru L 387, 31.12.1992, p. 1.

    [4] ĠU Nru L 320, 22.12.1993, p. 32.

    [5] ĠU Nru L 302, 19.10.1992, p. 1.

    [6] ĠU Nru L 253, 11.10.1993, p. 1.

    [7] ĠU Nru L 235, 9.9.1994, p. 6.

    [8] ĠU Nru L 220, 10.8.1974, p. 20.

    [9] ĠU Nru L 28, 5.2.1993, p. 45.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Perijodu ta' l-applikazzjoni |

    07020015 | Tadam | Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu |

    07020020 | | Mill-1 sat-30 ta' April |

    07020025 | | Mill-1 sa l-14 ta' Mejju |

    07020030 | | Mill-15 sal-31 ta' Mejju |

    07020035 | | Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembu |

    07020040 | | Mill-1 sal-31 ta' Ottubru |

    07020045 | | Mill-1 ta' Novembru sa l-20 ta' Diċembru |

    07020050 | | Mil-21 sal-31 ta' Diċembru |

    07070010 | Ħjar | Mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Frar |

    07070015 | | Mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' April |

    07070020 | | Mill-1 sal-15 ta' Mejju |

    07070025 | | Mis-16 ta' Mejju sat-30 ta' Settembru |

    07070030 | | Mill-1 sat-31 ta' Ottubru |

    07070035 | | Mill-1 sa l-10 ta' Novembru |

    07070040 | | Mill-11 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru |

    07091040 | Qaqoċċ | Mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru |

    07099071 | Qargħa bgħali | Mill-1 sal-31 ta' Jannar |

    07099073 | | Mill-1 ta' Frar sal-31 ta' Marzu |

    07099075 | | Mill-1 ta' April sal-31 ta' Mejju |

    07099077 | | Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju |

    07099079 | | Mill-1 ta' Awissu sal-31 ta' Diċembru |

    08051061 | Larinġ ħelu, frisk | Mill-1 sal-31 ta' Diċembru |

    08051065 | | |

    08051069 | | |

    08052031 | Klementini | Mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru |

    08052033 | Mandolini (inklużi t-tanġerini u satsumi); wilkini u ibridi simili taċ-ċitru | Mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru |

    08052035 | | |

    08052037 | | |

    08052039 | | |

    08053030 | Lumi | Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Ottubru |

    08053040 | | Mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru |

    08061040 | Għeneb tal-mejda | Mill-21 ta' Lulju sal-31 ta' Ottubru |

    08061050 | | Mill-1 sa l-20 ta' Novembru |

    08081071 | Tuffieħ | Mill-1 sal-31 ta' Lulju |

    08081073 | | |

    08081079 | | |

    08081092 | | Mill-1 ta' Awissu sal-31 ta' Diċembru |

    08081094 | | |

    08081098 | | |

    08082047 | Langas | Mill-1 sal-15 ta' Lulju |

    08082051 | | Mis-16 sal-31 ta' Lulju |

    08082057 | | Mill-1 ta' Awissu sal-31 ta' Ottubru |

    08082067 | | Mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru |

    08091020 | Berquq | Mill-1 sa l-20 ta' Ġunju |

    08091030 | | Mill-21 sat-30 ta' Ġunju |

    08091040 | | Mill-1 sal-31 ta' Lulju |

    08092031 | Ċirasa | Mill-21 sal-31 ta' Mejju |

    08092039 | | |

    08092041 | | Mill-1 ta' Ġunju sal-15 ta' Lulju |

    08092049 | | |

    08092051 | | Mis-16 sal-31 ta' Lulju |

    08092059 | | |

    08092061 | | Mill-1 ta' Awissu sat-30 ta' Settembru |

    08092069 | | |

    08093021 | Ħawħ u nettarini | Mill-11 sa l-20 ta' Ġunju |

    08093029 | | |

    08093031 | | Mill 21 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju |

    08093039 | | |

    08093041 | | Mill-1 ta' Awwissu sat-30 ta' Settembru |

    08093049 | | |

    08094020 | Għanbaqar | Mill-11 sat-30 ta' Ġunju |

    08094030 | | Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru |

    --------------------------------------------------

    Top