EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3175

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3175/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta' ċereali għall-gżejjer iż-żgħar ta' l-Eġew u li jistabbilixxi il-previżjoni tal-bilanċ tal-provvista.

ĠU L 335, 23.12.1994, p. 54–55 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1914

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3175/oj

31994R3175



Official Journal L 335 , 23/12/1994 P. 0054 - 0055
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0133
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0133


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3175/94

tal-21 ta' Diċembru 1994

li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta' ċereali għall-gżejjer iż-żgħar ta' l-Eġew u li jistabbilixxi l-previżjoni tal-bilanċ tal-provvista.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 tad-19 ta' Lulju 1993 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-gżejjer iż-żgħar ta' l-Eġew li jikkonċernaw ċerti prodotti agrarji [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 822/94 [2], u partikolarment l-Artikolu 4,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2958/93 [3], jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta' ċerti prodotti agrarji għall-gżejjer iż-żgħar ta' l-Eġew;

Billi, sabiex jittieħed akkont tal-prattiċi kummerċjali speċifiċi għas-settur taċ-ċereali, regoli ddettaljati, miżjuda jew derogi mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2958/93, għandhom ikunu stabbiliti;

Billi, permezz ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, il-previżjoni tal-bilanċ tal-provvista għall-prodotti taċ-ċereali għall-gżejjer iż-żgħar ta' l-Eġew għas-sena 1995 għandu jkun stabbilit; dan il-bilanċ jista’ jkun revedut matul is-sena fuq il-bażi tat-tendenzi kurrenti fil-gżejjer imsemmija;

Billi biex tkun assigurata l-amministrazzjoni effettiva ta' l-arranġamenti tal-provvisti, limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzi għandu jkun stabbilit u l-perjodu tal-validità ta' ċertifikati ta' l-għajnuna għandu jkun stabbilit;

Billi il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, il-previżjoni tal-bilanċ tal-provvista għaċ-ċereali li joriġinaw mill-Komunità għall-gżejjer iż-żgħar ta' l-Eġew għas-sena 1995 għandhom ikunu hekk kif stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Il-validità taċ-ċertifikati ta' l-għajnuna għandha teskadi fl-aħħar jum tat-tieni xahar wara x-xahar ta' ħruġ.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mill-1 ta' Jannar 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Menbri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 184, tas-27.7.1993, p. 1.

[2] ĠU L 95, ta' l-14.4.1994, p. 1.

[3] ĠU L 267, tat-28.10.1993, p. 4.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Bilanċ tal-forniment taċ-ċereali għall-gzejjer iż-żgħar ta' l-Eġew għas-sena 1995

(tunnellati) |

Kwantità | 1995 |

Prodotti taċ-ċereali li joriginaw fil-KE | Kodici NM | Gżejjer li jappartieni ghall-Grupp A | Gżejjer li jappartieni ghall-Grupp B |

Ċereali tal-qamħ | 1001, 1002, 1003, 1004 u 1005 | 10000 | 30750 |

Dqiq tal-qamħ | 1001 u 1002 | 10000 | 30750 |

Residwi u skart ta' l-industrija ta' l-ikel | 2302 sa 2308 | 1000 | 16500 |

Preparamenti għal tip użat fl-għalf ta' l-annimali | 230990 | 1000 | 6500 |

Total | 22000 | 84500 |

Total Globali | 106500 |

Dawn il-gruppi huma definiti fl-Annessi I u II tar-Regolament (KEE) Nru 2958/93.

--------------------------------------------------

Top