Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R0399

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 tal-21 ta' Frar 1994 dwar miżuri speċifiċi għall-għeneb imnixxef

    ĠU L 54, 25.2.1994, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32008R0361

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/399/oj

    31994R0399



    Official Journal L 054 , 25/02/1994 P. 0003 - 0004
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0068
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0068


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94

    tal-21 ta' Frar 1994

    dwar miżuri speċifiċi għall-għeneb imnixxef

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi għeneb imnixxef jiffaċċja diffikultajiet tal-marketing avolja għandu applikabbli għalih għajnuna għall-produzzjoni u miżuri ta' protezzjoni tal-konfini; billi dawn id-diffikultajiet huma attribbwiti fil-biċċa l-kbira għad-deterjorazzjoni gradwali fil-kompetittività tal-prodott; fil-waqt, sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata, miżuri għandhom jiġu implimentati għat-titjib fil-kwalità u fil-marketing;

    Billi, in vista tal-kondizzjonijiet għall-produzzjoni, ħażna u pproċessar fir-reġjun ewlieni li jipproduċi għeneb imnixxef, l-ewwel minn dawn l-għanijiet jista' jinkiseb biss permezz ta' stħarriġ professjonali għal dawk impjegati fis-settur u billi jiġu żviluppati proċeduri aktar effettivi sabiex jitkomplew l-operazzjonijiet li jseħħu wara li l-prodott jiġi maħsud; barra min hekk, fehma aħjar tal-marketing channels tgħin biex jiffokaw il-kontrolli fuq iż-żieda fil-bejgħ ta' għeneb imnixxef prodott fil-Komunità;

    Billi l-iskop tal-miżuri hekk maħsuba huwa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-Artikolu 39 tat-Trattat; billi għandhom jiġu hekk ikkunsidrati bħala miżuri ta' intervenzjoni disinjati biex jirregolaw is-suq; billi l-stħarriġ professjonali u l-miżuri għall-promozzjoni għandhom jiġu ffinanzjati mit-tfaddil magħmul bħala riżultat ta' l-applikazzjoni tal-withholding rates imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1206/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jwaqqaf regoli ġenerali għas-sistema ta' għajnuna għall-produzzjoni ta' frott u ħxejjex ipproċessati [4],

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-kwalità u l-promozzjoni ta' għeneb imnixxef prodott fil-Komunità u kopert mill-Kodiċi NM 0806 2011, 08062012, 08062091 u 08062092 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4.

    Il-miżuri għandhom jinkludu:

    - għar-rigward ta' kwalità:

    (a) miżuri għal stħarriġ professjonali;

    (b) miżuri biex jitjiebu l-kondizzjonijiet ta' ġarr u ħażna;

    (ċ) miżuri għaż-żvilupp tekniku ta' parametri ġodda għall-kwalità u klassifikazzjoni u għall-iżvilupp ta' proċeduri effettivi għat-twettieq ta' operazzjonijiet ta' tnixxif, tindif, għażla u ħażna fl-azjenda jew fl-impjant;

    - għar-rigward ta' promozzjoni:

    (d) studju tas-suq Ewropew;

    (e) programm ta' informazzjoni li jiffoka fuq in-natura speċifika tal-prodott tal-Komunità u bbażat fuq ir-riżultati tal-miżuri msemmija aktar 'il fuq.

    Artikolu 2

    1. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jitwettqu minn gruppi rappreżentattivi b'membri fi friegħi differenti ta' l-industrija u joffru assigurazzjoni li l-miżuri proposti jiġu implimentati kif suppost. Ir-rappreżentanza tal-gruppi tkun iġġudikata skond l-għan li jrid jintlaħaq.

    Madankollu, il-miżuri msemmija f'punti (d) u (e) jistgħu jitwettqu mill-Kummissjoni.

    2. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi sa 70 % lejn l-iffinanzjar tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1.

    Madankollu, fil-każ tal-miżuri msemmija f'punti (a), (d) u (e) ta' l-Artikolu 1, din il-kontribuzzjoni tista' tiżdied sa 90 %, 100 % u 100 % rispettivament.

    Artikolu 3

    L-ispiża li tirriżulta mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 titqies bħala spiża ta' l-intervent maħsuba biex tirregolarizza s-swieq ta' l-agrikoltura fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta' April 1970 fuq l-iffinanzjar tal-politika komuni dwar l-agrikoltura [5]. Għandha tiġiffinanzjata mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-FAEGG.

    Artikolu 4

    Għandhom jitwaqqfu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skond il-proċedura li għaliha sar provvediment fl-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 ta' l-24 ta' Frar 1986 fuq l-organizazzjoni komuni tas-suq fi prodotti proċessati mill-frott u ħxejjex [6].

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Frar 1994.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Moraitis

    [1] ĠU C 211, tal-5.8.1993, pġ. 20.

    [2] Opinjoni mogħtija fit-8 ta' Frar 1994 (għadha mhiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU C 352, tat-30.12.1993, pġ. 29.

    [4] ĠU L 119, tal-11.5.1990, pġ. 74.

    [5] ĠU L 94, tat-28.4.1970, pġ. 13. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2048/88 (ĠU L 185, tal-15.7.1988, pġ. 1).

    [6] ĠU L 49, tas-27.2.1986, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1569/92 (ĠU L 166, ta' l-20.6.1992, pġ. 5).

    --------------------------------------------------

    Top