EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0078

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/78/KE tal-21 ta’ Diċembru 1994 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE fejn għandhom x’jaqsmu l-protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur

ĠU L 354, 31.12.1994, p. 10–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/78/oj

31994L0078

Official Journal L 354 , 31/12/1994 P. 0010 - 0015
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 27 P. 0080
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 27 P. 0080

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/78/KE

tal-21 ta’ Diċembru 1994

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE fejn għandhom x’jaqsmu l-protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/81/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi d-Direttiva 78/549/KEE hija waħda mid-direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li ġiet stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE; billi, b’konsegwenza, d-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 70/156/KEE li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi, l-komponenti u l-untitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva;

Billi, b’mod partikolari, l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE jinħtieġu li kull direttiva separata jkollha anness magħha dokument ta’ informazzjoni li jinkorpora l-punti rilevanti ta’ l-Anness I ma’ dik id-Direttiva u wkoll ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI magħha sabiex dik l-approvazzjoni tat-tip tista’ tiġi kompjuterizzata;

Billi n-numru ta’ karozzi tal-passiġġieri four-wheel-drive qed jiżdied, kemm jekk il-four-wheel-drive hu ngaġġat b’mod permanenti, awtomatikament jew taħt il-kontroll tax-xufier; billi, hu neċessarju, fil-każ ta’ dawn il-karrozzi tal-passiġġieri, u fid-dawl tal-progress tekniku, li jkunu riveduti ċerti parametri ta’ disinn u ta’ operazzjoni u li jiġu emendati xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 78/549/KEE b’mod li jirrifletti s-sitwazzjoni tas-suq kurrenti u fil-ġejjieni u li hu konsistenti mal-prattika kif suppost ta’ disinn, kostruzzjoni u funzjonament mingħajr periklu;

Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku stabbilit mid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 78/549/KEE hi emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1, il-kliem "(kif definit fl-Anness I mad-Direttiva 70/156/KEE)" huma sostitiwiti bil-kliem "(kif definit fl-Anness II A mad-Direttiva 70/156/KEE)".

2. L-Annessi I u II huma emendati skond il-punti 1, 2 u 3 ta’ l-Anness t’hawnhekk.

3. L-Anness III li hemm fil-punt 4 ta’ l-Anness t’hawnhekk hu miżjud.

L-Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Lulju 1995 l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tar-roti:

- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura bil-mutur, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni ta’ tip nazzjonali, jew

- jipprojibixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi

jekk il-protezzjoni tar-roti tikkonforma mal-ħtiġiet tad-Direttiva 78/549/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1996, l-Istati Membri:

- m’għandhomx iktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali

għal tip ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tar-roti jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 78/549/KEE, kif emendata min din id-Direttiva, mhumiex sodisfatti.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1995. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-riferenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmulha fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 264, tat-23.10.1993, p. 49.

[3] ĠU L 168, tas-26.6.1978, p. 45.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Dan li ġej hu mdaħħal immedjatament qabel l-intestatura

"L-Anness I"

:

"Lista ta’ l-Annessi

L-Anness I | Ħtiġiet ġenerali, ħtiġiet speċjali, l-użu tal-ktajjen, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, l-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, emendi għall-approvazzjonijiet, il-konformità tal-produzzjoni |

L-Anness II | Id-dokument ta’ informazzjoni |

L-Anness III | Iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip" |

2. L-Anness I hu emendat kif ġej:

(a) L-intestatura li ġejja ma’ l-Anness I hi mdaħħla:

"ĦTIĠIET ĠENERALI, ĦTIĠIET SPEĊJALI, L-UŻU TAL-KTAJJEN, L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, L-GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET, IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI"

(b) Il-punt 2.1 huwa sostitwit b’ li ġej:

"2.1 Il-protezzjon tar-roti għandhom jikkonformaw mall-ħtiġiet li ġejjin meta l-vettura qiegħda taħdem (ara l-punt 2.6 ta’ l-Anness II) u qed iġġorr passiġġier wieħed fis-sedil ta’ quddiem u r-roti huma fil-pożizzjoni dritt lejn ’il quddiem:"

(ċ) Il-punt 2.1.1 huwa sostitwit b’ li ġej:

"2.1.1. Fil-parti ffurmata mill-pjanijiet radjali f’angolu ta’ 30 lejn ’il quddiem u 50 lejn lura taċ-ċentru tar-roti (ara Figura 1), il-wisa’ totali (q) tal-protezzjoni tar-roti għandha tkun mill-inqas suffiċjenti biex tkopri l-wisa’ tat-tip totali (b) b’akkont meħud ta’ l-estremi tal-kumbinazjoni tat-tijer/rota kif speċifikat mill-manifattur u kif indikat fil-punt 1.3 ta’ l-Appendiċi ma’ l-Anness III. Fil-każ tar-roti pari, il-wisa’ totali taż-żewġ tyres (t) għandu jittieħed akkont tiegħu."

(d) Il-punt 3.1 huwa sostitwit b’ li ġej:

"3.1. Fil-każ ta’ vetturi fejn żewġ roti biss huma misjuqa, il-manifattur għandu jiċċertifika li l-vettura hija hekk iddisinjata li mill-inqas tip wieħed ta’ katina tal-borra tista’ tiġi wżata fuq mill-inqas wieħed mit-tipi ta’ rota u tyre approvat għar-roti tas-sewqan ta’ dik it-tip ta’ vettura. Kombinazzjoni waħda ta’ katina/tyre/rota li hi tajba għall-vettura għandha tiġi speċifikata mill-manifattur u indikata fil punt 1,2 ta’ l-Appendiċi ma’ l-Anness III."

(e) Il-punti l-ġodda li ġejjin 3.2 u 3.3 għandhom jiżdiedu mal-punt 3:

"3.2. Fil-każ ta’ vetturi fejn erba’ roti huma misjuqa, inklużi l-vetturi fejn fus wieħed tas-sewqan jista’ jinqala’ bl-idejn jew awtomatikament, il-manifattur għandu jiċċertifika li l-vettura hija hekk iddisinjata li mill-inqas tip wieħed ta’ katina tal-borra tista’ tiġi wżata fuq mill-inqas wieħed mit-tipi ta’ rota u tyre approvati għall-mill-inqas fus wieħed tas-sewqan, li ma jistax jinqala’, ta’ dik it-tip ta’ vettura. Kombinazzjoni waħda ta’ katina/tyre/rota li hi tajba għall-vettura u għar-roti tas-sewqan li magħhom dawn il-ktajjen jistgħu jitqiegħdu għandha tiġi speċifikata mill-manifattur u indikata fil punt 122 ta’ l-Appendiċi ma’ l-Anness III.

3.3. L-Istruzzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tip jew it-tipi ta’ ktajjen li jistgħu jiġu wżati għandhom ikunu ma’ kull vettura li hija skond is-serje li tikkonforma mal-vettura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE."

(f) Il-punt 4.1 huwa sostitwit b’ li ġej:

"4.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura fejn għandhom x’jaqsmu l-protezzjoni tar-roti għandha tkun sottomessa mill-manifattur."

(g) Il-punt 4.2 huwa sostitwit b’ li ġej:

"4.2. Mudell għad-dokument ta’ l-informazzjoni hu mogħti fl-Anness II."

(h) Il-punti 4.2.1 u 4.2.2 huma mħassra.

(i) Il-punti li ġejjin 5, 6 u 7 huma miżjuda:

"5. L-GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE TA’ KOMPONENT

5.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

5.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE hu mogħti fl-Anness III.

5.3. Numru ta’ l-approvazzjoni konformi ma’ l-Anness VII mad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun mogħti lil kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

6. MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

6.1. Fil-każ ta’ modifikazzjonijiet tat-tip ta’ vettura approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

7. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

7.1. Miżuri biex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE."

3. L-Anness II huwa sostitwit b’li ġej:

"

L-ANNESS II

Dokument ta’ informazzjoni Nru…

skond l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE li għandha x’taqsam ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ vettura fejn għandhom x’jaqsmu l-protezzjoni tar-roti, d-Direttiva 78/549/KEE, kif l-aħħar emendata mid-Direttiva…/…/KEE.

L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinnji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettall suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0 ĠENERALI

0.1. L-għamla g (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2. It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) ġenerali kummerċjali:

0.3. Il-meżż ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat, fuq il-vettura (b):

0.3.1 Il-lok ta’ dak l-immarkar:

0.4. Il-kategorija tal-vettura (c):

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.8. L-indirizz(i) ta’ impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ:

1. KARATTERISTIĊI TAL-KOSTRUZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA

1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva.

1.3. In-numru ta’ fusijiet u roti:

1.3.1. In-numru u l-pożizzjoni tal-fusijiet b’roti doppji.

2. IL-MASES U D-DIMENSJONIJIET (e)

(f’kg u mm) (irreferi għad-disinn meta applikabbli)

2.4. Il-medda tad-dimensjonijiet tal-vettura (globalment)

2.4.1. Għax-chassis mingħajr karozzerija

In-numri tal-punti u n-noti ta’ qiegħ il-paġna użati f’dan id-Dokument ta’ Informazzjoni jikkorrispondu għal dawk stipulati fl-Anness I mad-Direttiva 70/156/KEE.

Il-punti li mhumiex rilevanti għall-iskop ta’ din id-Direttiva tħallew barra.

2.4.1.3 L-għoli (mhux mgħobbija) [1](Għal suspension aġġustabbli għall-għoli, indika l-pożizzjoni normali ta’ tħaddim):

2.4.2. Għax-chassis mingħajr karozzerija

2.4.2.3. L-għoli (mhux mgħobbija) (l) (Għal suspension aġġustabbli għall-għoli, indika l-pożizzjoni normali ta’ tħaddim):

2.6. Il-massa tal-vettura bil-karozzerija f’pożizzjoni ta’ tħaddim, jew il-massa tax-chassis bil-kabina jekk il-manifattur ma jqiegħedx il-karozzerija (inkluż il-likwidu li jkessaħ, iż-żjut, il-karburant, l-għodda, ir-rota spare u x-xufier) (o) (il-massimu u l-minimu għal kull verżjoni):

6 IS-SUSPENSION

6.6. It-tyres u r-roti

6.6.1. Il-kombinazzjoni(jiet) tyre/rota (Għal tyres indika d-daqs meħud, l-indiċi tal-kapaċità tat-tagħbija minima, is-simbolu tal-kategorija minima tal-veloċità; għar-roti indika id-daqs(ijiet) tar-rimmijiet u l-off-set(s))

6.6.1.1. Il-fusijiet

6.6.1.1.1. Il-fus 1:

6.6.1.1.2. Il-fus 2:

6.6.1.1.3. Il-fus 3:

6.6.1.1.4. Il-fus 4:

6.6.4. Il-kumbinazzjoni katina/tyre/rota fuq il-fus ta’ quddiem u/jew ta’ wara li hi xierqa għat-tip ta’ vettura kif rakkomandata mill-manifattur.

9. IL-KAROZZERIJA

9.16. Il-protezzjoni tar-roti

9.16.1. Deskrizzjoni fil-qosor tal-vettura fejn għandha x’taqsam il-protezzjoni tar-roti:

9.16.2. Disinji dettaljati tal-protezzjoni tar-roti u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura li juru d-dimensjoni speċifikata fil-Figura 1 ta’ l-Anness I mad-Direttiva 78/549/KEE u li jieħdu kont ta’ l-estremi tal-kombinazzjonijiet tat-tyre/tar-rota.

"

4. L-Anness III li ġej hu miżjud:

"

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

""

L-Appendiċi

għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE Nru…

li jikkonċerna l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fejn għandha x’taqsam id-Direttiva 78/549/KEE kif l-aħħar emendata mid-Direttiva…/…/KEE

1. Informazzjoni addizzjonali

1.1. Deskrizzjoni fil-qosor tal-vettura fejn għandha x’taqsam il-protezzjoni tar-roti:

1.2. Il-kombinazzjoni tad-daqs tal-katina/t-tyre/ir-rota fuq il-fus ta’ quddiem u/jew ta’ wara speċifikat mill-manifattur:

1.3. Il-kombinazzjoni(jiet) tat-tyre/ir-rota inklużi set-offs speċifikati mill-manifattur:

5. Rimarki.

"

"(1) Ħassar fejn ma japplikax.

(2) Jekk il-mezz ta’ l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta’ vettura, ta’ komponent jew ta’ unità teknika separata koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: "?" (eż. ABC??123??).

(3) Kif definit fl-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE."

[1] Ħassar meta mhux applikabbli.

Top