Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0273

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 t' April 1994 dwar ċertifikazzjoni veterinarja għat-tqegħid fis-suq fir-Renju Unit u fl-Irlanda ta' klieb u qtates li ma joriġinawx f' dawk il-pajjiżi

    ĠU L 117, 7.5.1994, p. 37–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/10/2004; Imħassar b' 32004D0595

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/273/oj

    31994D0273



    Official Journal L 117 , 07/05/1994 P. 0037 - 0039
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0076
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0076


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-18 t' April 1994

    dwar ċertifikazzjoni veterinarja għat-tqegħid fis-suq fir-Renju Unit u fl-Irlanda ta' klieb u qtates li ma joriġinawx f' dawk il-pajjiżi

    (94/273/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ovuli u embriji mhux suġġetti għall-kondizzjonijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali preskritti f' regoli speċifiċi tal-Komunità li g]alihom jirreferi l-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE [1], u partikularment l-Artikolu 10(3)(a) (vii) ta' din,

    Billi huwa meħtieġ li jkun stabbilit ċertifikat veterinarju għall-klieb u l-qtates li jitqiegħdu fis-suq fir-Renju Unit u fl-Irlanda u li ma joriġinawx f' dawk il-pajjiżi;

    Billi l-annimali kon‘ernati għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet rilevanti meħtieġa dwar is-saħħa, kif murija fiċ-ċertifikat u ertifikati kif jixraq minn veterinarju awtorizzat;

    Billi skond l-Artikolu 10(3)(a) (vii) il-klieb u l-qtates għandhom ikunu akkompanjati minn record tat-tilqim individwali;

    Billi l-miżuri li g]alihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    Il-mudell taċ-ċertifikat li jipprovdi g]alih l-Artikolu 10(3)(a) (vii) tad-Direttiva 92/65/KEE huwa stabbilit fl-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' April 1994.

    Għall- Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta' l-14.9.1992, p. 54.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top