Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R2891

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2891/93 tal-21 ta’ Ottubru 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta’ tqegħid fis-suq għal-laħam tat-tjur

    ĠU L 263, 22.10.1993, p. 12–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0543

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/2891/oj

    31993R2891

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2891/93 tal-21 ta’ Ottubru 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta’ tqegħid fis-suq għal-laħam tat-tjur

    Official Journal L 263 , 22/10/1993 P. 0012 - 0030
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0073
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0073
    CS.ES Chapter 3 Volume 15 P. 160 - 178
    ET.ES Chapter 3 Volume 15 P. 160 - 178
    HU.ES Chapter 3 Volume 15 P. 160 - 178
    LT.ES Chapter 3 Volume 15 P. 160 - 178
    LV.ES Chapter 3 Volume 15 P. 160 - 178
    MT.ES Chapter 3 Volume 15 P. 160 - 178
    PL.ES Chapter 3 Volume 15 P. 160 - 178
    SK.ES Chapter 3 Volume 15 P. 160 - 178
    SL.ES Chapter 3 Volume 15 P. 160 - 178


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2891/93

    tal-21 ta’ Ottubru 1993

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta’ tqegħid fis-suq għal-laħam tat-tjur

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards ta’ tqegħid fis-suq għal-laħam tat-tjur [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 317/93 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 9 tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1980/92 [4], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ standards ta’ tqegħid fis-suq fis-settur tal-laħam tat-tjur;

    Billi, fid-dawl ta’ l-esperjenza, xi definizzjonijiet li jikkonċernaw l-ispeċi, l-età, il-preżentazzjoni tal-karkassa u l-konformazzjoni anatomika għandhom jiġu emendati; billi huwa neċessarju li jiġi definit il-prodott ’"magret"’ jew ’"maigret"’ sabiex jiġu evitati prattiċi li jqarrqu;

    Billi, bil-għan li r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 jigi applikat b’mod uniformi, it-termini ‘tqegħid fis-suq’ u ‘lott’ għandhom jiġu definiti fis-settur tal-laħam tat-tjur u t-tolleranzi speċjali li jikkonċernaw is-sorveljanza ta’ l-użu tad-definizzjonijiet ta’ karkassi tat-tjur, ta’ ismijiet ta’ preżentazzjoni u ta’ kategoriji ta’ kwalità għall-karkassi u l-qatgħat għandhom jiġu emendati;

    Billi, bil-għan li tiġi aġġustata s-sitwazzjoni reali fis-settur, ċerti kriterji li jirregolaw il-kondizzjonijiet tal-biedja u l-ogħla limiti kwantitattivi għall-indikazzjoni mhux obbligatorja tal-metodu tal-biedja għandhom jiġu emendati;

    Billi l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91 jipprovdi li l-ismijiet u t-termini li għandhom jiġu indikati għandhom ikunu fformulati f’mill-inqas il-lingwa jew il-lingwi ta’ l-Istat Membru li fih iseħħ il-bejgħ bl-imnut jew użu ieħor; billi dik id-dispożizzjoni għandha tiġi emendata skond id-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ittikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/72/KEE [6], sabiex jiġi ffaċilitat il-bejgħ tal-laħam tat-tjur f’każijiet ta’ xort’ oħra mill-kunsinna tal-laħam tat-tjur lill-konsumatur aħħari;

    Billi, bil-għan ta’ l-iżviluppi ekonomiċi u teknoloġiċi kemm fil-preparazzjoni tat-tjur u fil-kontrolli, u minħabba l-fatt li l-kontenut ta’ ilma huwa ta’ interess partikolari fil-bejgħ ta’ tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr, studji Komunitarji wrew il-bżonn li jiġu addattati d-dispożizzjonijiet rilevanti; billi għalhekk għandu jiġi stabbilit il-volum massimu ta’ l-ilma ta’ tiġieġ iffriżati u iffriżati malajr u għandha tiġi definita sistema ta’ sorveljanza kemm fil-biċċeriji kif ukoll f’kull stadju tal-bejgħ mingħajr ksur tal-prinċipju ta’ ċirkolazzjoni libera tal-prodotti f’suq waħdieni;

    Billi l-assorbiment ta’ l-ilma fl-istabbiliment tal-produzzjoni għandu jiġi vverifikat u għandhom jiġu stabbiliti metodi ta’ min joqgħod fuqhom għall-kalkolazzjoni tal-kontenut ta’ ilma miżjud waqt il-preparazzjoni tal-karkassi ta’ tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr mingħajr ma tkun magħmula distinzjoni bejn il-likwidu fiżjoloġiku u ilma ieħor li joriġina fil-preparazzjoni tat-tiġieġ minħabba l-fatt li distinzjoni bħal din tiltaqa’ ma’ diffikultajiet prattiċi;

    Billi t-tqegħid fis-suq ta’ tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr li ma jikkonformax mingħajr indikazzjoni xierqa fuq il-pakkett għandu jkun ipprojbit; billi, bħala riżultat, huwa neċessarju li jiġu adottati regoli prattiċi fejn għandhom x’jaqsmu l-indikazzjonijiet li għandhom jiġu mmarkati fuq pakketti individwali u lottijiet skond id-destinazzjoni tagħhom sabiex il-kontrolli jiġu ffaċilitati u sabiex ikun żgurat li ma jiġux użati għal ħaġa oħra għajr għall-iskop maħsub tagħhom;

    Billi huwa neċessarju li tiġi stabbilita l-azzjoni li għandha tittieħed jekk kontroll juri irregolarità f’kunsinna, fejn il-prodotti ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ dan ir-Regolament; billi għandha tiġi stabbilita proċedura għas-soluzzjoni ta’ tilwim li jista’ jqum minn kunsinni intra-Komunitarji;

    Billi, f’każ ta’ tilwima, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tieħu azzjoni fuq il-post u billi tadotta miżuri xierqa għas-sitwazzjoni;

    Billi, l-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu mal-kontenut ta’ ilma tippresupponi l-ħatra ta’ laboratorji nazzjonali u Komunitarji ta’ referenza;

    Billi għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-Istati Membri biex jadottaw metodi prattiċi għall-kontroll tal-kontenut ta’ ilma ta’ tiġieġ iffriżat u ffriżat malajr; billi, bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dak ir-Regolament, għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-Istati Membri biex jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bil-metodi;

    Billi l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 jipprovdi li r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2967/76 tat-23 ta’ Novembru 1976 li jistabbilixxi standards komuni għall-kontenut ta’ ilma ta’ flieles, tiġieġ u sriedaq iffriżati u deep-frozen, [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3204/83 [8], għandu jibqa’ japplika sa l-implimentazzjoni ta’ l-istandards adottati skond l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament; billi miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dawk l-istandards huma inklużi f’dan ir-Regolament; billi, għalhekk, dak ir-Regolament u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2785/80 tat-30 ta’ Ottubru 1980 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2967/76 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 4759/85 [10], għandhom jiġu rrevokati;

    Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd ma tax opinjoni fi żmien il-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1538/91 huwa b’dan il-mezz emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 1

    - għandu x’jaqsam biss mal-verżjoni Olandiża,

    - ir-raba’ inċiż tal-punt 1 (a) huwa mibdul b’li ġej:

    - "— poussin, coquelet: tiġieġa ta’ piż tal-karkassa inqas minn 650g (espress mingħajr l-organi interjuri, ir-ras u s-saqajn), tiġieġa ta’ 650g sa 750g tista’ tissejjaħ "poussin", jekk l-età mal-qtil ma taqbiżx it-28 ġurnata. L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikolu 11 għall-kontroll ta’ din l-età tal-qtil.",

    - il-punt 1 (ċ) huwa mibdul b’dan li ġej:

    - "(ċ) Papri (Anas platyrhynchos dom., cairina muschata), papri Mulard (c.m.x.a.p.),

    - papru żgħir jew fellus ta’ papra, papru Muscovy (żgħir), papru Mulard (żgħir): għasfur fejn il-ponta ta’ l-isternu hija flessibbli (mhux mgħaddma),

    - papru, papru Moscovy, papru Mulard: għasfur fejn il-ponta ta’ l-isternu hija riġida (mgħaddma);",

    - il-punt 2 (ċ) huwa mibdul b’li ġej:

    - "(b) Robbi; robbu tas-sieq jew robbu tas-sider, miksub minn qata’ trasversali minn nofs;",

    - il-punt 2 (ċ) huwa mibdul b’li ġej:

    - "(f) Sieq ta’ tiġieġa b’biċċa mid-dahar: il-piż tad-dahar ma jaqbiżx il-25 % tal-piż tal-qatgħa sħiħa;",

    - il-punt (m) li ġej huwa mdaħħal fil-punt 2:

    - "(m) magret, maigret: flett tas-sider tal-papri u l-wiżż imsemmi fi 3 li jinkludi l-ġilda u x-xaħam sub-cutan li jkopri l-muskolu tas-sider, mingħajr il-muskolu pettorali fond,",

    - li ġej huwa mdaħħal fil-punt 2 wara l-punti (a) sa (m)

    "Għall-prodotti elenkati taħt (e), (g) u (h) il-kliem "il-qatgħat għandhom isiru fil-ġonot"; għandhom ifissru qatgħat magħmulin bejn iż-żewġ linji ta’ delimitazzjoni tal-ġonot kif muri fil-preżentazzjoni grafika fl-Anness Ia.";

    2. L-Artikolu 1a li ġej huwa mdaħħal

    "l- Artikolu 1a

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

    "tqegħid fis-suq"; ifisser iż-żamma jew il-wiri għall-bejgħ, l-offerta għall-bejgħ, il-bejgħ, il-kunsinna jew kwalunkwe forma oħra ta’ bejgħ;

    "lott"; ifisser il-laħam tat-tjur ta’ l-istess speċi u tip, l-istess klassi, l-istess metodu ta’ produzzjoni, mill-istess biċċerija jew impjant ta’ qtugħ, li jkun jinsab fl-istess post, li għandhom jiġu spezzjonati. Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 8 u l-Annessi V u VI, lott għandu jikkonsisti biss f’pakketti ppreparati minn qabel ta’ l-istess kategorija ta’ piż nominali.";

    3. L-Artikolu 2(3) huwa mibdul b’ li ġej:

    "3. Għall-kull preżentazzjoni ta’ karkassa, jekk ir-ras ma tkunx imneħħija, it-trakeja, l-‘oesophagus’ u l-ħawsla jistgħu jibqgħu fil-karkassa.";

    4. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

    - il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:

    "1. Deċiżjonijiet minħabba nuqqas ta’ konformità ma’ l-Artikoli 1, 2 u 6 jistgħu jittieħdu biss għal-lott sħiħ li jkun ġie kkontrollat skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu",

    - il-paragrafu 2 huwa mħassar,

    - it-tabella fil-paragrafu 3 hija mibdula bit-tabella li ġejja:

    "Daqs tal-lott | Daqs tal-kampjun | Numru tollerabbli ta' unitajiet difettużi |

    Total | Għal Artikolu 1 [11], 3 u 6 (1) |

    1 | 2 | 3 | 4 |

    100-500 | 30 | 5 | 2 |

    501-3200 | 50 | 7 | 3 |

    >3200 | 80 | 10 | 4 |

    - il-paragrafi 4 u 5 jsiru l-paragrafi 3 u 4 u huma mibdula b’li ġej:

    "4. Fil-kontroll ta’ lott tal-laħam tat-tjur ta’ klassi A, in-numru totali tollerabbli ta’ unitajiet difettużi msemmija fil-kolonna 3 tat-tabella ta’ paragrafu 3 huwa permess. Dawn l-unitajiet difettużi jistgħu jinkludu wkoll, fil-każ ta’ flett tas-sider, fletti b’sa 2 % f’piż tal-qarquċa (il-ponta flessibbli ta’ l-isternu).

    Madanakollu, in-numru ta’ unitajiet difettużi li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tal-punti 1 u 3 tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1(1) u (3) kif ukoll ta’ l-Artikolu 6(1) ma għandux jaqbeż il-figuri murija fil-kolonna 4 tat-tabella fil-paragrafu 3.

    Fejn għandu x’jaqsam il-punt 3 ta’ l-Artikolu 1(3), kwalunkwe unità difettuża ma għandhiex tiġi kkunsidrata tollerabbli sakemm ma tkunx ta’ piż ta’ mill-inqas 240g fil-każ ta’ fwied tal-papri u ta’ mill-inqas 385g fil-każ ta’ fwied tal-wiżżi.

    5. Fil-kontroll ta’ lott tal-laħam tat-tjur tal-klassi B, in-numru tollerabbli ta’ unitajiet difettużi għandu jkun irduppjat.";

    5. L-Artikolu 10 hu emendat kif ġej:

    - il-paragrafu 1 is-sentenza ta’ introduzzjoni hija mibdula b’li ġej:

    "1. Sabiex jiġu indikati t-tipi ta’ biedja bl-eċċezzjoni tal-biedja organika jew bijoloġika, l-ebda termini oħra għajr dawk stabbiliti hawn taħt u t-termini korrispondenti fil-lingwi Komunitarji l-oħra stabbiliti fl-Anness III ma għandhom jidhru fuq l-ittikkettar fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 79/112/KEE, u fi kwalunkwe każ jistgħu jidhru biss jekk il-kondizzjonijiet rilevanti speċifikati fl-Anness IV jiġu sodisfatti:",

    - għandu x’jaqsam biss mal-verżjoni Olandiża

    - il-paragrafu 2 huwa mibdul b’ li ġej:

    "2. Ħjiel ta’ l-età tal-qtil tat-tul tal-perjodu ta’ tħaxxin għandu jkun permess biss meta jsir użu minn wieħed mit-termini msemmija fil-paragrafu 1 u għal età ta’ mhux anqas minn dik murija fl-Anness IV (b), (ċ) jew (d). Madanakollu, din id-dispożizzjoni ma tapplikax fil-każ ta’ annimali li jaqgħu fi ħdan ir-raba’ inċiż tal-punt 1 (a) ta’ l-Artikolu 1.";

    6. L-Artikolu 14 huwa mibdul b’li ġej:

    "L- Artikolu 14

    L-ismijiet tal-prodotti u termini oħra li għalihom hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament għandhom jiġu indikati:

    - fil-każ ta’ bejgħ lill-konsumatur aħħari, f’lingwa tinftiehem b’mod faċli mix-xerrejja kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE fl-Istat Membru fejn iseħħ bejgħ bħal dan; din id-dispożizzjoni ma għandhiex twaqqaf milli dettalji bħal dawn jiġu indikati fil-lingwi varji,

    - fi kwalunkwe każ ieħor, f’lingwa jew iktar minn lingwa waħda tal-Komunità.";

    7. L-Artikolu 14a li ġej huwa mdaħħal:

    "L- Artikolu 14a

    1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 6 u 10, tiġieġ iffriżat u ffriżat malajr jistgħu jitpoġġew fis-suq permezz ta’ negozju jew intrapriża fi ħdan il-Komunità biss jekk il-kontenut ta’ ilma ma jaqbiżx il-valuri li teknikament ma jistgħux jiġu evitati stabbiliti bil-metodu ta’ analiżi deskritt fl-Anness V (il-metodu tad-dripp) jew dak f’VI (il-metodu kimiku).

    2. L-awtoritajiet kompetenti maħtura minn kull Stat Membru għandhom jiżguraw li l-biċċeriji jadottaw il-miżuri kollha neċessarji biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 1 u b’mod partikolari li:

    - jittieħdu kampjuni għall-osservazzjoni ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma matul it-tkessiħ u l-kontenut ta’ ilma ta’ tiġieġ iffriżati u ffriżati malajr,

    - ir-riżultati tal-kontrolli jiġu rrekordjati u miżmuma għal perjodu ta’ sena,

    - kull lott huwa mmarkat b’tali mod li d-data tal-produzzjoni tiegħu tkun tista’ tiġi identifikata; din il-marka tal-lott għandha tidher fir-rekord tal-produzzjoni.

    3. Għandhom isiru kontrolli regolari skond l-Anness VII fuq l-ilma assorbit jew kontrolli skond l-Anness V fil-biċċeriji għallinqas darba f’kull perjodu ta’ xogħol ta’ erba’ sigħat.

    Fejn dawn il-kontrolli juru li l-ammont ta’ ilma assorbit huwa iktar mill-volum totali ta’ ilma permess taħt it-termini tar-Regolament, jingħata kas ta’ l-ilma assorbit mill-karkassi matul il-fażijiet ta’ l-ipproċessar li mhumiex soġġetti għall-kontrolli, u fejn, fi kwalunkwe każ, l-ammont ta’ ilma assorbit huwa akbar mill-istandards imsemmija fil-punt 9 ta’ l-Anness VII, jew il-punt 7 ta’ l-Anness V, l-aġġustamenti tekniċi neċessarji għandhom isiru immedjatament mill-biċċerija għall-proċess.

    4. Fil-każijiet kollha msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ paragrafu 3 u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba kull ħmistax, kontrolli fuq il-kontenut ta’ ilma msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru, permezz ta’ teħid ta’ kampjuni, fuq tiġieġ iffriżat u ffriżat malajr minn kull biċċerija skond l-Annessi V jew VI, li għandha tiġi magħżula mill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru. Dawn il-kontrolli ma għandhomx isiru għall-karkassi li għalihom tkun mogħtija prova għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li huma maħsuba esklussivament għall-esportazzjoni.

    5. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom isiru minn jew taħt ir-resposabilità ta’ l-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f’każijiet speċifiċi, japplikaw il-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 3, u b’mod partikolari tal-punti 1 u 9 ta’ l-Anness VII, u ta’ paragrafu 4 b’mod aktar strett fir-rigward ta’ biċċerija partikolari, fejn joħroġ li dan ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-konformità mal-kontenut totali ta’ ilma permess taħt dan ir-Regolament.

    6. Jekk ir-riżultat tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 4 jaqbeż il-limiti permessibbli, il-lott konċernat għandu jiġi meqjus li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament. F’dak il-każ madanakollu, il-biċċerija konċernata tista’ titlob li ssir kontro-analiżi bl-użu ta’ metodu li għandu jintgħażel mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru.

    7. Fejn, jekk ikun hemm bżonn wara kontro-analiżi bħal din, il-lott imsemmi jkun meqjus li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jħallu lott bħal dan jitpoġġa fis-suq fi ħdan il-Komunità biss taħt il-kondizzjoni li kemm l-ippakkjar individwali ta’ karkassa waħda u kemm l-ippakkjar ta’ aktar minn karkassa waħda għandu jiġi mmarkat mill-biċċerija taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti bi strixxa jew tikketta li jkollha fuqha għallinqas waħda mill-forom li ġejjin ta’ formolazzjoni b’ittri kapitali ħomor kbar:

    "Contenido en agua superior al límite CEE";

    "Vandindhold overstiger EØF-Normen";

    "Wassergehalt über dem EWG-Höchstwert";

    "Περιεκτικότηια σε υερό ανώτερη του ορίου EOK";

    "Water content exceeds EEC limit";

    "Teneur en eau supérieure à la limite CEE";

    "Tenore d’acqua superiore al limite CEE";

    "Watergehalte hoger dan het EEG-maximum";

    "Teor de água superior ao limite CEE";.

    Il-lott imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jibqa’ taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti sakemm jiġi ttrattat bi qbil mal-paragrafu jew inkella mneħħi. Jekk issir ċertifikazzjoni lill-awtorità kompetenti li l-lott imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi esportat, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex iżżomm il-lott imsemmi milli jiġi mpoġġi fis-suq fi ħdan il-Komunità. Il-forom ta’ formolazzjoni ta’ kliem li għalihom hemm ipprovdut fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu mmarkati f’post li jispikka b’tali mod li jkunu viżibbli faċilment, li jkunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u li ma jistax jitħassar. Ma għandhomx ikunu moħbija, mgħottija jew mfixkla minn materja oħra miktuba jew minn stampi. Dawn ta’ l-aħħar għandhom ikunu għoljin mill-inqas 1 ċm fuq l-imballaġġ individwali u 2 ċm fuq l-imballaġġ ta’ kwantità.

    8. L-Istat Membru ta’ kwalunkwe destinazzjoni jista’, fejn hemm raġuni serja għal li jkun hemm suspetti ta’ irregolaritajiet, iwettaq kontrolli b’mod każwali mhux diskriminatorji fuq tiġieġ iffriżat u ffriżat malajr sabiex jivverifika li l-kunsinna tissodisfa l-ħtiġiet ta’ dan l-Artikolu.

    9. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 8 għandhom isiru fil-post ta’ destinazzjoni tal-merkanzija jew post xieraq ieħor, sakemm fil-każ ta’ l-aħħar l-għażla tal-postijiet ma tkunx fuq il-fruntiera u jkollha x’taqsam l-inqas possibbli mad-direzzjoni tal-merkanzija u l-merkanzija tkun tista’ tipproċedi b’mod normali għad-destinazzjoni tagħha ladarba jkun ittieħed il-kampjun ix-xieraq. Madanakollu l-prodotti konċernati ma għandhomx jinbigħu lill-konsumatur aħħari sakemm ir-riżultat tal-kontroll ma jkunx disponibbli.

    Kontrolli bħal dawn għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr sabiex ma jdewmux bla raġuni t-tqegħid tagħhom fuq is-suq, jew jikkawżaw dewmien li jista’ jħassar il-kwalità tagħhom.

    Ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti u r-raġunijiet għaliex ikunu saru għandhom jiġu nnotifikati l-aktar tard żewġ ġranet xogħol wara li jkunu ttieħdu l-kampjuni lill-kunsinnatur, lid-destinatarju jew lir-rappreżentant tagħhom. Id-deċiżjoniiet meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni u r-raġunijiet għal deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità komeptenti ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ.

    Jekk il-kunsinnatur jew ir-rappreżentant tiegħu jitlob hekk, id-deċiżjonijiet u r-raġunijiet imsemmija għandhom jiġu mgħoddija lilu bil-miktub bid-dettalji tad-drittijiet ta’ l-appell li huma disponibbli għalih taħt il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u tal-proċedura u l-limiti ta’ żmien applikabbli.

    10. Jekk ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-paragrafu 8 jaqbżu l-limiti permessibbli, il-pussessur tal-lott konċernat jista’ jitlob li ssir kontro-analiżi bl-użu ta’ metodu li jagħżel hu f’wieħed mill-laboratorji ta’ referenza elenkati fl-Anness VIII, jew fi kwalunkwe laboratorju ieħor approvat għal dan il-għan mill-awtoritajiet kompetenti. L-ispejjeż ta’ din il-kontro-analiżi għandhom jitħallsu mill-pussessur tal-lott. Ix-xogħlijiet u l-kompetenzi tal-laboratorji ta’ referenza hemm ipprovdut għalihom fl-Anness IX.

    11. Jekk, wara li jsir kontroll skond il-paragrafi 8 u 9 u, jekk ikun mitlub, wara kontro-analiżi, jinstab li t-tiġieġ iffriżat jew mhux iffriżat ma jikkonformax ma’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tapplika l-proċeduri li hemm ipprovdut għalihom fil-paragrafu 7.

    12. Fil-każijiet li hemm ipprovdut għalihom fil-paragrafi 10 u 11, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tikkuntattja lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ mingħajr dewmien. L-awtoritajiet ta’ l-aħħar għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji u għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel Stat Membru bix-xorta tal-kontrolli mwettqa, id-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet għal deċiżjonijiet bħal dawn.

    Fejn il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 8 u 9 juru irregolaritajiet ripetuti, jew fejn kontrolli bħal dawn, fl-opinjoni ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ, ikunu qegħdin isiru mingħajr ġustifikazzjoni biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni, sakemm ikun hemm bżonn sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament jew fuq it-talba ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni, u filwaqt li tagħti każ tax-xorta tal-ksur, tista’:

    - tibgħat missjoni ta’ esperti fl-istabbiliment konċernat, u flimkien ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, twettaq spezzjonijiet fuq il-post, jew

    - titlob lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ biex jintensifika t-teħid ta’ kampjuni tal-prodotti ta’ l-istabbiliment konċernat u jekk ikun hemm bżonn tapplika sanzjonijiet skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90.

    Il-Kummsssjoni għandha tavża lill-Istati Membri bis-sejbiet tagħha. L-Istati Membri li ssir spezzjoni fit-territorji tagħhom għandhom jagħtu lill-esperti l-għajnuna kollha neċessarja għat-twettiq tax-xogħlijiet tagħhom.

    Jiddependi fuq is-sejbiet tal-Kummissjoni, l-Istat Membru ta’ dispaċċ għandu, fuq it-talba ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni, iżid il-kontrolli fuq prodotti li jkunu ġejjin mill-istabbiliment imsemmi.

    Fejn dawn il-miżuri jittieħdu biex jgħinu fl-irregolaritajiet ripetuti min-naħa ta’ l-istabbiliment, il-Kummissjoni għandha tiddebita kwalunkwe spiża ikkawżata mill-applikazzjoni ta’ l-inċiżi tat-tielet subparagrafu lill-istabbiliment involut.

    13. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri prattiċi għall-kontrolli li hemm ipprovdut għalihom f’dan l-Artikolu. Għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Novembru 1993 b’dawn il-miżuri. Kwalunkwe tibdiliet rilevanti għandhom jiġu kkomunikati immedjatament lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.";

    8. L-Annessi I, III u IV huma mibdula bl-Annessi li jikkorrispondu għal dan ir-Regolament;

    9. L-Annessi Ia, V, VI, VII, VIII u IX huma miżjuda bl-Annessi li jikkorrispondu għal dan ir-Regolament;

    Artikolu 2

    Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2976/76 u (KEE) Nru 2785/80 huma rrevokati.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1993.

    L-Artikolu 1 punt 7 u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Marzu 1994.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Ottubru 1993.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 1.

    [2] ĠU L 37, tat-13.2.1993, p. 8.

    [3] ĠU L 143, tas-7.6.1991, p. 11.

    [4] ĠU L 198, tas-17.7.1992, p. 31.

    [5] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1.

    [6] ĠU L 42, tal-15.2.1991, p. 27.

    [7] ĠU L 339, tat-8.12.1976, p. 1.

    [8] ĠU L 315, tal-15.11.1983, p. 17.

    [9] ĠU L 288, tal-31.10.1980, p. 13.

    [10] ĠU L 356, tal-31.12.1985, p. 64.

    [11] "Tolleranza fi ħdan kull speci, mhux minn speċi għal oħra."

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    ARTICLE 1.1 — NAMES OF POULTRY CARCASES |

    | E | F | D | DK | ESP | GR | I | NL | P |

    1. | Chicken, broiler | Poulet (de chair) | Hähnchen | Kylling, slagtekylling | Pollo (de carne) | Κοτóπουλο Πετεινοι και κóτεζ (κρεατοπαραγωγήζ) | Pollo, "Broiler" | Kuiken, braadkuiken | Frango |

    2. | Cock, hen, casserole, or boiling fowl | Coq. poule (á bouillir) | Suppenhuhn | Hane, høne, suppehøne | Gallo, gallina | Πετεινοι και κóτεζ (για δράσιμο) | Gallo, gallina Pollame da brodo | Haan, hen, soep-of stoofkip | Galo, galinha |

    3. | Capon | Chapon | Kapaun | Kapun | Capón | Καπόνια | Cappone | Kapoen | Capão, |

    4. | Poussin, Coquelet | Poussin, coquelet | Stubenküken | Poussin, Coquelet | Polluelo | Νευσσός πετεινάρι | Galletto | Piepkuiken | franguitos |

    1. | (Young) turkey | Dindonneau, (jeune) dinde | (Junge) Pute, (Junger) Truthahn | (Mini) kalkun | Pavo (joven) | (Νεαποι) γάλοι και γαλοπούλες | (Giovane) tacchino | (Jonge) kalkoen | Peru |

    2. | Turkey | Dinde (á bouillir) | Pute, Truthahn | Avlskalkun | Pavo | Γάλοι και γαλοπούλες | Tacchino/a | Kalkoen | Peru adulto |

    1. | (Young) duck, duckling, (Young) Muscovy duck, (Young) Mulard duck | (Jeune) canard, caneton, (jeune) canard de barbarie, (jeune) canard mulard | Frühmastente, Jungente, (Junge) Barbarieente1, (Junge) Mulardente | (Ung) and (Ung) berberieand (Ung) mulardand) | Pato (joven o anadino), pato de Berbería (joven), Pato cruzado (joven) | (Νεαρές) πάπιες ή παπάκια, (νεαρές) πάπιες δαρδαριας, (νεαρές) πάπιες mulard | (Giovane) Anatra (Giovane) Anatra muta (Giovane) Anatra "mulard" | (Jonge) eend (Jonge) Barbarijse eend (Jonge) "Mulard"-eend | Pato, pato Barbary, pato Mulard |

    2. | Duck, Muscovy duck, Mulard duck | Canard, canard de Barbarie (á bouillir), canard mulard (á bouillir) | Ente Barbarieente [1]Mulardente | Avlsand Berberieand Mulardand | Pato, pato de Berbería Pato cruzado | Πάπιες πάπιε δαρδαριας, πάπιες mulard | Anatra Anatra muta Anatra "mulard" | Eend Barbarijse eend "Mulard"-eend | Pato adulto, pato adulto Barbary, pato adulto Mulard |

    1. | (Young) goose, gosling | (Jeune) oie ou oison | Frühmastgans, (Junge) Gans | (Ung) gås | Oca (joven), ansarón | (Νεαρές) χήνες ή χηνάκια | (Giovane) oca | (Jonge) gans | Ganso |

    2. | Goose | Oie | Gans | Avlsgås | Oca | Χήνες | Oca | Gans | Ganso adulto |

    1. | (Young) guinea fowl | (Jeune) pintade Pintadeau | (Junges) Perlhuhn | (Ung) perlehøne | Pintada (joven) | (Νεαρές) φραγκόκοτες | (Giovane) faraona | (Jonge) parelhoen | Pintada |

    2. | Guinea fowl | Pintade | Perlhuhn | Avlsperlehøne | Pintada | Φραγκόκοτες | Faraona | Parelhoen | Pintada adulta |

    |

    | E | F | D | DK | ESP | GR | I | NL | P |

    (a) | Half | Demi ou moitié | Hälfte oder halbes | Halvt | Medio | Μισά | Metà | Helft | Metade |

    (b) | Quarter | Quart | (Vorder-, Hinter-) Viertel | Kvart | Cuarto | Τεταριημόριο | Quarto | Kwart | Quarto |

    (ċ) | Unseparated leg quarters | Quarts potérieurs non séparés | Hinterviertel am Stück | Sammenhængende lårstykker | Cuartos traseros unidos | Αδιαχώρισια τεταριημόρια ποδιών | Cosciotto | Niet-gescheiden achterkwarten | Quartos de coxa não separados |

    (d) | Breast | Poitrine, blanc ou filet sur os | Brust, halbe Brust, halbierte Brust | Bryst | Pechuga | Στήθος | Petto con osso | Borst | Peito |

    (e) | Leg | Cuisse | Schenkel, Keule | Helt lår | Muslo y contramuslo | Πόδι | Coscia | Hele poot, hele dij | Perna inteira |

    (f) | Chicken leg with a portion of the back | Cuisse de poulet avec une portion du dos | Hähnchenschenkel mit Rückenstück | Kyllingelĺr med en del af ryggen | Cuarto trasero de pollo | Πόδι από κοτόπουλο με ένα κομμάτι της ράχης | Coscetta | Poot/dij met rugdeel (bout) | Perna inteira de frango com uma porçăo do dorso |

    (g) | Thigh | Haut de cuisse | Oberschenkel, Oberkeule | Overlår | Contramuslo | Μηρός (μπούτι) | Sovraccoscia | Bovenpoot, bovendij | Coxa |

    (h) | Drumstick | Pilon | Unterschenkel, Unterkeule | Underlår | Muslo | Κνήμη | Fuso | Onderpoot, onderdij (Drumstick) | Perna |

    (i) | Wing | Aile | Flügel | Vinge | Ala | Φτερούγα | Ala | Vleugel | Asa |

    (j) | Unseparated wings | Ailes non séparées | Beide Flügel, ungetrennt | Sammenhængende vinger | Alas unidas | Αδιαχώριστες φτερούγες | Ali non separate | Niet-gescheiden vleuegels | Asas não separadas |

    (k) | Breast fillet | Filet de poitrine blanc, filet, noix | Brustfilet, Filet aus der Brust | Brystfilet | Filete de pechuga | Φιλέτο οτήθυς | Filetto, fesa (tacchino) | Borstfilet | Carne de peito |

    (l) | Breast fillet with wishbone | Filet de poitrine avec clavicule | Brustfilet mit Schlüsselbein | Brystfilet med ønskeben | Filete de pechuga con clavícula | Φιλέτο οτήθυς με κλειδοκόκαλο | Petto (con forcella), fesa (con forcella) | Borstfilet met vorkbeen | Carne de peito com fúrcula |

    (m) | Magret, maigret | Magret, maigret | Magret, maigret | Magret, maigret | Magret, maigret | Magret, maigret | Magret, maigret | Magret | Magret, maigret |

    [1] L'espressjoni "Flugente" jista'jintuża sal- 31 ta' Dicembru 1995.

    --------------------------------------------------

    “ANNESS I A

    Il-qatgħa li tifred il-koxxa/s-sieq u d-dahar

    - id-deliminazzjoni tal-ġonta tal-ġenb —

    +++++ TIFF +++++

    Il-qatgħa li tifred il-koxxa u d-drumstick

    - id-deliminazzjoni tal-ġonta ta’ l-irkoppa —

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    ARTIKOLU 9 — METODI TÀ TKESSIĦ |

    | E | F | D | DK | ESP | GR | I | NL | P |

    1. | Air chilling | Refroidissement à l'air | Luftkühlung | Luftkøling | Refrigeración por aire | Ψύξη με αέρα | Raffreddamento ad aria | Luchtkoeling | Refrigeração por ventilação |

    2. | Air spray chilling | Refroidissement aspersion ventilée | Luft-Sprüh-Kühlung | Luftspraykøling | Refrigeración por aspersión ventilada | Ψύξη με ψεκασμό | Raffreddamento per aspersione e ventilazione | Lucht-sproeikoeling | Refrigeração por aspersão e ventilação |

    3. | Immersion chilling | Refroidissement per immersion | Tauchkühlung | Neddypningskøling | Refrigeración por inmersión | Ψύξη με δύθιοη | Raffreddamento per immersione | Dompelkoeling | Refrigeração por imersão |

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    Artikolli IO (I) — TIPI TA' BIEPJA |

    | E | F | D | DK | ESP | GR | I | NL | P |

    (a) | Fed with… % of… | Alimenté avec… % de… | Mast mit… %… | Fodret med… %… | Alimentado con… % | Εχει τραφει με … % … | Alimentato con il… % di… | Gevoed met… %… | Alimentado com… % de… |

    Oats fe goose | Oie nourrie à l'avoine | Hafermastgans | Havrefodret gås | Oca engordada con avena | Χήνα που παχαίνεται με δρώμη | Oca ingrassata con avena | Met haver vetgemeste gans | Ganso engordado com aveia |

    (b) | Extensive indoor (barn-reared) | Élevé à l'intérieur: système extensif | Extensive Bodenhaltung | Ekstensivt staldopdræt (skrabe…) | Sistema extensivo en gallinero | Εκτατικής εκτροφής | Extensivo al coperto | Scharrel… binnengehouden | Produção extensiva em interior |

    (ċ) | Free range | Sortant à l'etérieur | Auslaufhaltung | Fritgående | Gallinero con salida libre | Ελεύθερης δοσκής | All'aperto | Scharrel… met uitloop | Produção em semiliberdade |

    (d) | Traditional free range | Fermier-élevé en plein air | Bäuerliche Auslaufhaltung | Frilands… | Granja al aire libre | Πτηνοτροφείο περιορισμένης δοσκής | Rurale all'aperto | Boerenscharrel… met uitloop Hoeve… met uitloop | Produção ao ar livre |

    (e) | Free range — total freedom | Fermier-élevé en liberté | Bäuerliche Freilandhaltung | Frilands… opdrættet i fuld frihed | Granja de cría en libertad | Πτηνοτροφείο απεριόριστης τροφής | Rurale in libertà | Boerenscharrel… met vrije uitloop Hoeve… met vrije uitloop | Produção em liberdade |

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    (a) Ir-razzjon ta’ l-għalf

    Referenza għall-ingredjenti partikolari li ġejjin ta’ l-għalf tista’ ssir biss fejn:

    - fil-każ taċ-ċereali, jagħmlu mill-inqas 65 % tal-piż tal-formola ta’ l-għalf mogħtija matul il-parti l-kbira tal-proċess tat-tħaxxin, li jistgħu jinkludu sa mhux iktar minn 15 % ta’ prodotti sekondarji miċ-ċereali; madanakollu, fejn tkun magħmula referenza għal ċereal speċifiku, għandu jagħmel għallinqas 35 % tal-formola ta’ l-għalf użata, u għallinqas 50 % fil-każ tal-qamħirrum,

    - fil-każ tal-pulses jew il-ħxejjex ħodor dawn jagħmlu għallinqas 5 % tal-piż tal-formola ta’ l-għalf mogħtija matul il-parti l-kbira tal-perjodu tat-tħaxxin,

    - fil-każ ta’ prodotti tal-ħalib, dawn jagħmlu għallinqas 5 % tal-piż tal-formola ta’ l-għalf mogħtija matul il-fażi finali.

    It-terminu "Wiżż mitmugħ il-ħafur" jista’ madanakollu jiġi użat fejn il-wiżż huwa mitmugħ, matul l-istadju aħħari ta’ tliet ġimgħat, mhux inqas minn 500 g ħafur f’kull ġurnata.

    (b) "Ġewwa estensiv""(Imrobbija fil-matmura")

    Dan it-terminu jista’ jiġi użat biss fejn:

    - ir-rata ta’ l-irjus għal kull m2 spazju fl-art ma taqbiżx fil-każ ta’

    - tiġieġ: 12-il għasfur iżda mhux iktar minn 25kg piż ħaj,

    - il-papri, il-farawni, id-dundjani: 25kg piż ħaj,

    - il-wiżż: 15kg piż ħaj,

    - l-għasafar jiġu maqtula fil-każ ta’:

    - tiġieġ mas-56 ġurnata jew wara,

    - sriedaq mas-70 ġurnata jew wara,

    - wiżż mal-112-il ġurnata jew wara,

    - il-papri ‘peking’: 49 ġurnata jew wara,

    - il-papri ‘Muscovy’: 70 ġurnata jew wara għan-nisa, 84 ġurnata jew wara għall-irġiel,

    - papri mulard nisa: 65 ġurnata jew wara,

    - il-farawni: 82 ġurnata jew wara.

    (ċ) Free range

    Dan it-terminu jista’ jiġi użat biss fejn:

    - ir-rata ta’ l-irjus fil-gallinar u l-età tal-qatla huma bi qbil mal-limiti stabbiliti taħt (b), għajr għat-tiġieġ, li għalihom ir-rata ta’ l-irjus tista’ tiġi miżjuda għal 13, iżda mhux iktar minn 27,5 kg piż ħaj għal kull m2 u għall-ħasijiet, li għalihom ir-rata ta’ l-irjus ma għandhiex taqbeż is-7,5 m2, u mhux iktar minn 27,5 kg piż ħaj għal kull m2,

    - għallinqas matul nofs ħajjithom l-għasafar kellhom aċċess kontinwu matul il-ġurnata għal ġirjiet fil-beraħ fi spazji primarjament koperti b’veġetazzjoni ta’ mhux anqas minn:

    - 1 m2 għal kull tiġieġa jew farawni

    - 2 m2 għal kull papra

    - 4 m2 għal kull dundjan jew wiżża.

    Fil-każ tal-farawni, ġirjiet fil-beraħ jistgħu jiġu mibdula b’perċa ta’ wiċċ tal-paviment ta’ mill-inqas dik tal-gallinar u għoli ta’ mill inqas 2m. Pereċ ta’ mill-inqas 10ċm tul huma disponibbli għal kull għasfur f’total (gallinar u perċa),

    - il-formola ta’ l-għalf użata fil-fażi tat-tħaxxin fiha mill-inqas 70 % ta’ ċereali,

    - il-gallinar tat-tjur huwa pprovdut b’popholes ta’ tul kombinat mill-inqas ekwivalenti għal 4m għal kull 100m2 tal-wiċċ tal-gallinar.

    (d) Free range tradizzjonali

    Dan it-terminu jista’ jiġi użat biss fejn:

    - ir-rata ta’ l-irjus fuq ġewwa għal kull m2 ma taqbiżx fil-każ ta':

    - tiġieġ: 12 iżda mhux aktar minn 25kg piż ħaj; madanakollu, fil-każ ta’ gallinari mobbli li ma jaqbżux il-150m2 ta’ spazju tal-paviment u li jibqgħu miftuħin mal-lejl, ir-rata ta’ l-irjus tista’ tiġi miżjuda sa 20, iżda mhux iktar minn 40kg piż ħaj għal kull m2,

    - il-ħasijiet: 6,25 (sa 91 ġurnata ta’ età: 12) iżda mhux aktar minn 35kg piż ħaj,

    - il-papri Muscovy u Peking: 8 irġiel iżda mhux aktar minn 35kg piż ħaj, 10 nisa iżda mhux aktar minn 25kg piż ħaj,

    - il-papri Mulard: 8 iżda mhux aktar minn 35kg piż ħaj,

    - il-fawran: 13 iżda mhux aktar minn 23kg piż ħaj,

    - id-dundjani: 6,25 (sa età ta’seba’ ġimgħat): 10) iżda mhux aktar minn 35kg piż ħaj,

    - il-wiżż: 5 (sa età ta’sitt ġimgħat: 10), 3 matul l-aħħar tliet ġimgħat ta’ tħaxxin jekk miżmuma klawstrali, iżda mhux aktar minn 30kg piż ħaj,

    - ìż-żona-erja totali li tista’ tiġi użata tal-gallinar fi kwalunkwe sit waħdieni ta’ produzzjoni ma jistax jaqbeż 1600 m2,

    - kull gallinar ma jżommx iktar minn:

    - 4800 tiġieġa,

    - 5200 farawni,

    - 4000 papri Muscovy jew Peking nisa jew 3200 papri Muscovy jew Peking irġiel jew 3200 papri Mulard,

    - 2500 ħasi, wiżż u dundjan,

    - il-gallinar ikun fih propholes ta’ tul kombinat li jkun għallinqas ekwivalenti għal 4m għal kull 100m2 tal-wiċċ tad-dar.

    - ikun hemm aċċess kontinwu matul il-ġurnata għal ġirjiet fil-beraħ għallinqas mill-età ta’

    - sitt ġimgħat fil-każ tat-tiġieġ, u l-ħasijiet,

    - tmien ġimgħat fil-każ tal-papri, l-wiżżi, l-farawni u d-dundjani,

    - il-ġirjiet fil-beraħ jikkonsistu fi spazju primarjament kopert b’veġetazzjoni li tammonta għal mill-inqas:

    - 2 m2 għal kull tiġieġa jew papra Muscovy jew Peking jew farawni,

    - 2 m2 għal kull papra Mulard,

    - 4 m2 għal kull ħasi, mid- 92 ġurnata (2 m2 sal-91 ġurnata),

    - 6 m2 għal kull dundjan,

    - 10 m2 għal kull wiżż.

    Fil-każ tal-farawni, il-ġirjiet fil-beraħ jistgħu jiġu mibdula b’perċa ta’ wiċċ tal-paviment li jkun għallinqas id-doppju ta’ dak tal-gallinar u għoli ta’ mill inqas 2 m. Ikunu disponibbli pereċ ta’ mill-inqas 10 ċm fit-tul għal kull għasfur (gallinar u perċa),

    - l-għasafar meta mħaxxna huma ta’ razza magħrufa li tikber bil-mod,

    - il-formola ta’ l-għalf użata fil-fażi tat-tħaxxin fiha mill-inqas 70 % ta’ ċereali,

    - l-età minima tal-qatla hija:

    - 81 ġurnata għat-tiġieġ,

    - 150 ġurnata għal-ħasijiet,

    - 49 ġurnata għal-papri Peking,

    - 70 ġurnata għal-papri Muscovy nisa,

    - 84 ġurnata għal-papri Muscovy irġiel,

    - 92 ġurnata għal-papri Mulard,

    - 94 ġurnata għall-farawni,

    - 140 ġurnata għad-dundjani u l-wiżż għax-xiwi,

    - 95 ġurnata għall-wiżżi maħsuba għall-produzzjoni tal-foie gras u l-"magret"

    - iż-żmien klawstrali ma jaqbiżx:

    - għat-tiġieġ wara età ta’ 90 ġurnata: 15-il ġurnata,

    - għall-ħasijiet wara età ta’ 125-il ġurnata: 4 ġimgħat,

    - għall-wiżż u l-papri mulards maħsuba għall-produzzjoni tal-foie gras u l-magret wara età ta’ 70 ġurnata: 4 ġimgħat,

    (e) Free range - libertà totali

    L-użu ta’ dan it-terminu għandu jeħtieġ konformità mal-kriterji stabbiliti taħt (d), għajr li l-għasafar għandu jkollhom aċċess kontinwu matul il-ġurnata għal ġirjiet fil-beraħ fi spazju mhux limitat.

    --------------------------------------------------

    ANNESS V

    KALKOLAZZJONI TAT-TELF MINĦABBA L-INŻUL TAS-SILĠ

    (test tat-taqtir)

    1. Għan u skop

    Dan il-metodu għandu jintuża sabiex jistabbilixxi l-ammont ta’ ilma mitluf mit-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr matul l-inżul tas-silġ. Jekk dan it-telf f’taqtir, espress bħala perċentwali skond il-piż tal-karkassa (inkluż il-ġewwieni li jista’ jittiekel miżmum fil-pakkett) jaqbeż il-limitu tal-valur stabbilit fil-paragrafu 7, jiġi meqjus li l-ilma żejjed ġie assorbit matul l-ipproċessar. It-teknika ma għandhiex tkun applikabbli għat-tjur li ġew ittrattati b’polifosfati jew sostanzi simili, li l-effett tagħhom huwa li jżidu ż-żamma ta’ l-ilma. It-tjur ittrattati b’sostanzi bħal dawn għandhom jiġu soġġetti għall-metodu ta’ analiżi deskritt fl-Anness VI.

    2. Definizzjoni

    It-telf f’taqtir stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi espress bħala perċentwali tal-piż totali tal-karkassa iffriżata jew iffriżata malajr, inkluż il-ġewwieni li jista’ jittiekel.

    3. Prinċipju

    Il-karkassa ffriżata jew iffriżata malajr, inkluż il-ġewwieni li jista’ jittiekel preżenti, għandha titħalla tinżel taħt kondizzjonijiet ikkontrollati li jħallu li jiġi kkalkulat l-piż ta’ l-ilma mitluf.

    4. Apparat

    4.1. Miżien li kapaċi jiżen sa 5 kg bi preċiżjoni aħjar minn bejn wieħed u ieħor 1 g.

    4.2. Boroż tal-plastik kbar biżżejjed sabiex iżommu l-karkassa u li għandhom mezzi b’saħħithom għat-twaħħil tal-borża.

    4.3. Banju ta’ l-ilma kkontrollat b’termostat b’tagħmir li kapaċi jżomm il-karkassi kif deskritt f’5.5 u 5.6. Il-banju ta’ l-ilma għandu jkun fih volum ta’ ilma ta’ mhux anqas minn tmien darbiet dak tat-tjur li għandhom jiġu kkontrollati u għandu jkun kapaċi jżomm l-ilma f’temperatura ta’ 42 iżjed jew inqas 2 °C.

    4.4. Karta filtru jew srievet tal-karta li jassorbu oħrajn.

    5. It-Teknika

    5.1. Għoxrin karkassa għandhom jiġu mneħħija b’mod każwali mill-kwantità ta’ tjur li għandha tiġi kkontrollata. Sakemm kull waħda tkun tista’ tiġi ttestjata kif deskritt f’ 5.2 sa 5.11, għandhom jinżammu f’temperatura mhux aktar għolja minn — 18 °C.

    5.2. Barra tal-pakkett għandu jiġi mimsuħ biex jitneħħa s-silġ u l-ilma mill-wiċċ. Il-pakkett u l-kontenut tiegħu għandhom jintiżnu sa l-eqreb gramma: dan il-piż għandu jkun M0.

    5.3. Il-karkassa, flimkien ma’ kwalunkwe ġewwieni li jista’ jittiekel mibjugħ miegħu, għandha titneħħa mill-kisja ta’ barra, li għandha tiġi mnixxfa u peżata sa l-eqreb gramma: dan il-piż għandu jkun M1.

    5.4. Il-piż tal-karkassa ffriżata u l-ġewwieni li jista’ jittiekel għandhom jiġu kkalkulati permezz tat-tnaqqis ta’ M1 minn M0.

    5.5. Il-karkassa, inkluż il-ġewwieni li jista’ jittiekel, għandhom jitqiegħdu f’borża b’saħħitha, reżistenti għall-ilma bil-kavità abdominali tħares lejn in-naħa ta’ isfel magħluq tal-borża. Il-borża għandha tkun twila biżżejjed sabiex tiżgura li tista’ tiġi mwaħħla sew meta tkun fil-banju ta’ l-ilma iżda ma għandhiex tkun wiesgħa għal xejn li tħalli l-karkassa tiċċaqqlaq mill-pożizzjoni vertikali.

    5.6. Il-parti tal-borża li żżom il-karkassa u l-ġewwieni li jista’ jittiekel għandha tkun mgħaddsa għal kollox fil-banju ta’ l-ilma u għandha tibqa’ miftuħa, b’hekk tħalli kemm jista’ jkun arja taħrab. Għandha tinżamm vertikali, jekk meħtieġ b’vireg ta’ gwida jew billi jitpoġġew piżijiet żejda fil-borża, b’tali mod li l-ilma mill-banju ma jkunx jista’ jidħol fiha. Il-boroż individwali ma għandhomx imissu ma’ xulxin.

    5.7. Il-borża għandha titħalla fil-banju ta’ l-ilma, miżmum f’temperatura ta' 42 iżjed jew inqas 2 °C il-ħin kollu, b’moviment kontinwu tal-borża jew aġitazzjoni kontinwa ta’ l-ilma, sakemm iċ-ċentru termali tal-karkassa (l-iktar parti fonda tal-muskolu tas-sider viċin ta’ l-isternu, f’tiġieġ mingħajr l-organi interjuri, jew in-nofs ta’ l-organi interjuri f’tiġieġ bl-organi) jilħaq mill-inqas 4 °C, imkejla f’żewġ karkassi magħżula b’mod każwali. Il-karkassi ma għandhomx jibqgħu fil-banju ta’ l-ilma għal iktar milli jkun hemm bżonn biex jilħqu 4 °C. Il-perjodu meħtieġ ta’ immersjoni, għall-karkassi maħżuna f — 18 °C huwa ta’ l-ordni ta’:

    Klassi ta'piż (g) | Piż tal-karkassa ± il-gewwieni (g) | Ħin indikattiv ta' immersjoni f'minuti |

    Tiġieġ mingħajr ġewwieni li jittiekel | Tiġieġ b' ġewwieni li jittiekel |

    < 800 | < 825 | 77 | 92 |

    850 | 825 – 874 | 82 | 97 |

    900 | 875 – 924 | 85 | 100 |

    950 | 925 – 974 | 88 | 103 |

    1000 | 975 – 1024 | 92 | 107 |

    1050 | 1025 – 1074 | 95 | 110 |

    1100 | 1050 – 1149 | 98 | 113 |

    1200 | 1150 – 1249 | 105 | 120 |

    1300 | 1250 – 1349 | 111 | 126 |

    1400 | 1350 – 1449 | 118 | 133 |

    Minn hemm ’il quddiem, tkun meħtieġa żieda ta’ seba’ minuti għal kull 100g żejda. Jekk il-perjodu ta’ immersjoni suġġerit jinqabeż mingħajr ma tintlaħaq temperatura ta’ +4 °C, fiż-żewġ karkassi li huma kkontrollati, il-proċess ta’ tidwib tas-silġ għandu jitkompla sakemm jilħqu temperatura ta’ +4 °C fiċ-ċentru termali.

    5.8. Il-borża u l-kontenut tagħha għandhom jitneħħew mill-banju ta’ l-ilma; il-qiegħ tal-borża għandu jiġi mtaqqab sabiex iħalli kwalunkwe ilma prodott mit-tidwib tas-silġ jissaffa. Il-borża u l-kontenut tagħha għandhom jitħallew iqattru għal siegħa f’temperatura ambjentali ta’ bejn it + 18 °C u l- +25 °C.

    5.9. Il-karkassa bis-silġ imniżżel għandha titneħħa mill-borża u l-pakkett li jżomm il-ġewwieni li jista’ jittiekel (jekk preżenti) għandu jitneħħa mill-kavità abdominali. Il-karkassa għandha titnixxef minn ġewwa u minn barra b’karti filtru jew srievet tal-karti. Il-borża li żżomm il-ġewwieni li jista’ jittiekel għandha tiġi mtaqqba u, ladarba l-ilma li jista’ jkun preżenti jissaffa, il-borża u l-ġewwieni li jista’ jittiekel bis-silġ imniżżel għandhom ukoll jiġu mnixxfa bl-akbar attenzjoni.

    5.10. Il-piż totali tal-karkassa bis-silġ imniżżel, tal-ġewwieni li jista’ jittiekel u tal-pakkett għandu jiġi stabbilit sa l-eqreb gramm u espress bħala M2.

    5.11. Il-piż totali tal-pakkett li jżomm il-ġewwieni li jista’ jittiekel għandu jiġi stabbilit sa l-eqreb gramma u espress bħala M3.

    6. Il-kalkolazzjoni tar-riżultat

    L-ammont ta’ ilma mitluf permezz tal-karkassa bis-silġ imniżżel bħala perċentwali skond il-piż tal-karkassa ffriżata jew iffriżata malajr (inkluż il-ġewwieni li jista’ jittiekel) għandu jiġi mogħti skond:

    M

    - M

    - M

    M

    - M

    - M

    × 100

    7. L-evalwazzjoni tar-riżultat

    Jekk it-telfa medja ta’ l-ilma malli jinżel is-silġ għall-20 karkassa fil-kampjun taqbeż il-perċentwali mogħti hawn taħt, l-ammont ta’ ilma assorbit matul l-ipproċessar jiġi meqjus li jaqbeż il-figura tal-limitu.

    Il-perċentwali huma fil-każ ta’:

    - tkessiħ bl-arja: 1,5 %,

    - tkessiħ b’raxx ta’ l-arja: 3,3 %,

    - tkessiħ b’immersjoni: 5,1 %.

    --------------------------------------------------

    ANNESS VI

    KALKOLAZZJONI TAL-KONTENUT TOTALI TA’ ILMA TAT-TIĠIEĠ

    (test kimiku)

    1. Għan u skop

    Dan il-metodu għandu jintuża biex jiġi kkalkolat il-kontenut totali ta’ ilma tat-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr. Il-metodu għandu jinvolvi l-kalkolazzjoni tal-kontenut ta’ ilma u l-proteini tal-kampjuni mill-karkassa tat-tajra omoġenizzata. Il-volum totali ta’ l-ilma kif stabbilit għandu jiġi mqabbel mal-valur tal-limitu mogħti mill-formoli indikati fil-paragrafu 6.4, biex jiġi stabbilit jekk ġiex assorbit ilma matul l-ipproċessar. Jekk l-analista jissuspetta l-preżenza ta’ kwalunkwe sostanza li tista’ tfixkel fl-istima, għandha tkun ir-responsabbiltà tiegħu li jieħu l-prekawzjonijiet xierqa neċessarji.

    2. Id-Definizzjonijiet

    "Karkassa": il-karkassa ta’ tajra bl-għadam, il-qarquċa u l-ġewwieni li jista’ jittiekel eventwalment miżmum fil-karkassa.

    "Il-ġewwieni li jista' jittiekel": il-fwied, il-qalb, il-qanżħa u l-għonq.

    3. Prinċipju

    Il-kontenut ta’ ilma u proteini għandu jiġi stabbilit skond metodi ta’ l-ISO (L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni) jew metodi oħra jew analiżi approvati mill-Kunsill.

    L-akbar kontenut totali ta’ ilma permessibbli tal-karkassa għandu jiġi stmat mill-kontenut ta’ proteini tal-karkassa, li jista’ jiġi mqabbel mal-kontenut ta’ ilma fiżjoloġiku.

    4. L-apparat u r-reaġenti

    4.1. Miżien għall-użin tal-karkassa u l-kisi, kapaċi jiżen bi preċiżjoni aħjar minn ± 1g.

    4.2. Mannara jew serrieq tal-laħam għall-qtugħ tal-karkassi f’biċċiet ta’ qies xieraq għall-magna tal-kapuljat.

    4.3. Magna tal-kapuljat u blender heavy-duty li kapaċi li jomoġeniżżaw biċċiet tat-tjur iffriżati jew iffriżati malajr.

    Nota:

    L-ebda magna tal-kapuljat speċjali ma għandha tiġi rakkommandata. Għandha jkollha saħħa biżżejjed li tagħmel laħam iffriżat jew iffriżat malajr u l-għadam kapuljat sabiex tipproduċi taħlita omoġenja li tikkorrispondi għal dik miksuba minn magna tal-kapuljat b’diska ta’ toqba ta’ 4 mm.

    4.4. Apparat kif speċifikat fl-ISO 1442, għall-kalkolazzjoni tal-kontenut ta’ ilma.

    4.5. Apparat kif speċifikat fl-ISO 937, għall-kalkolazzjoni tal-kontenut tal-proteini.

    5. Proċedura

    5.1. Seba’ karkassi għandhom jittieħdu b’mod każwali mill-kwantità ta’ tjur li għandha tiġi kkontrollata u f’kull każ għandhom jinżammu ffriżati sa ma tibda l-analiżi skond 5.2 sa 5.6.

    Tista’ tiġi mwettqa jew bħala analiżi ta’ kull waħda mis-seba’ karkassi, jew bħala analiżi ta’ kampjun magħmul mis-seba’ karkassi.

    5.2. Il-preparazzjoni għandha tibda fi żmien dik is-siegħa mit-tneħħija tal-karkassi mill-friża.

    5.3. (a) In-naħa ta’ barra tal-pakkett għandha tintmesaħ biex jitneħħa s-silġ u l-ilma tal-wiċċ. Kull karkassa għandha tiġi peżata u mneħħija minn kwalunkwe materjal tal-kisi. Wara l-qtugħ tal-karkassa f’biċċiet iżgħar, kwalunkwe materjal tal-kisi madwar il-ġewwieni li jista’ jittiekel għandu jitneħħa u s-silġ imwaħħal mal-karkassa, għandu jiġi stabbilit sa l-eqreb gramma wara t-tnaqqis tal-piż ta’ kwalunkwe materjal għall-kisi mneħħi biex jagħti "P1".

    (b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-piż totali tas-seba’ karkassi, ippreparati skond 5.3 (a), għandu jiġi stabbilit biex jagħti "P7".

    5.4. (a) (a) Il-karkassa sħiħa li l-piż tagħha huwa P1 għandu jiġi kkapuljat f’magna tal-kapuljat kif speċifikat taħt 4.3 (u, jekk ikun hemm bżonn, imħallat bl-użu ta’ blender ukoll) biex jinkiseb materjal omoġenju li minnu jkun jista’ jittieħed kampjun rappreżentattiv ta’ kull karkassa.

    (b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, is-seba’ karkassi kollha li l-piż tagħhom huwa P7 għandhom jiġu kkapuljati f’magna tal-kapuljat kif speċifikat taħt 4.3 (u, jekk ikun hemm bżonn, imħallta bl-użu ta’ blender ukoll) biex jinkiseb materjal omoġenju li minnu jkunu jistgħu jittieħdu żewġ kampjuni rappreżentattivi tas-seba’ karkassi.

    Iż-żewġ kampjuni għandhom jiġu analizzati kif deskritt f'5.5 u 5.6.

    5.5. Għandu jittieħed kampjun ta’ materjal monoġenizzat u għandu jintuża immedjatament biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma skond l-ISO 1442 biex jagħti għall-kontenut ta’ ilma "a %".

    5.6. Għandu jittieħed kampjun ta’ materjal omoġenizzat ukoll u għandu jintuża immedjatament biex jistabbilixxi l-kontenut ta’ nitroġenu skond l-ISO 937. Dan il-kontenut ta’ nitroġenu għandu jiġi maqlub għal kontenut ta’ proteina mhux maħduma ’ %' permezz tal-multiplikazzjoni tiegħu bil-fattur 6,25.

    6. Il-kalkulazzjoni tar-riżultati

    6.1. (a) 6.1.Il-piż ta’ l-ilma (W) f’kull karkassa għandu jiġi mogħti b’ Ap1/100 u l-piż tal-proteina (RP) b’ bP1/100, bit-tnejn li huma espressi fi grammi.

    Għandhom jiġu stabbiliti t-totali tal-piżijiet ta’ l-ilma (W7) u l-piżijiet tal-proteina (RP7) fis-seba’ karkassi analizzati.

    (b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-kontenut medju ta’ l-ilma u l-proteina miż-żewġ kampjuni għandu jiġi stabbilit biex jagħti a % u b % rispettivament. Il-piż ta’ l-ilma (W7) fis-seba’ karkassi għandu jiġu mogħti b’ aP7/100 u l-piż tal-proteina (RP7) b’ bP7/100, bit-tnejn li huma espressi fi grammi.

    6.2. Il-piż medju ta’ l-ilma (WA) u proteina (RPA) għandu jiġi kkalkulat billi W7 u RP7 jiġu diviżi rispettivament, b’sebgħa.

    6.3. Il-kontenut teoretiku fiżjoloġiku ta’ l-ilma fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu jista’ jiġi kkalkulat bil-formola li ġejja.

    - tiġieġ: 3,53 × RPA + 23

    6.4. (a) Tkessiħ bl-arja

    Jekk il-kontenut minimu ta’ ilma li teknikament ma jistax ikun evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 2 % [1], l-ogħla limitu permess għall-volum totali ta’ l-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza):

    - tiġieġ: WG = 3,65 × RPA + 42.

    (b) Tkessiħ b’raxx ta’ arja:

    Jekk il-kontenut minimu ta’ l-ilma li teknikament ma jistax ikun evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 4,5 % [2], l-ogħla limitu permessibbli għall-kontenut totali ta’ l-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza):

    - tiġieġ: WG = 3,79 × RP + 42.

    (ċ) Tkessiħ b’immersjoni:

    Jekk il-kontenut ta’ l-ilma li teknikament ma jistax ikun evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 7 % [3], l-ogħla limitu permessibbli għall-kontenut totali ta’ l-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza):

    - tiġieġ: WG = 3,93 × RPA + 42.

    6.5. Jekk il-kontenut medju ta’ l-ilma (WA) tas-seba’ karkassi kif ikkalkulat taħt 6.2 ma jaqbiżx il-valur mogħti f’ 6.4 (WG), il-kwantità tat-tjur soġġetta għall-kontroll għandha tiġi meqjusa ta’ livell.

    [1] Ikkalkulat fuq il-bażi tal-karkassa bl-esklużjoni ta' l-ilma barrani assorbit.

    [2] Ikkalkulat fuq il-bażi tal-karkassa bl-esklużjoni ta' l-ilma barrani assorbit.

    [3] Ikkalkulat fuq il-bażi tal-karkassa bl-esklużjoni ta' l-ilma barrani assorbit.

    --------------------------------------------------

    ANNESS VII

    Kontroll fuq l-assorbiment ta’ l-ilma fl-istabbiliment tal-produzzjoni

    1. Mill-inqas darba f’kull perjodu ta’ xogħol ta’ erba’ sigħat:

    għażel b’mod każwali 25 karkassa mil-linja ta’ tneħħija tal-ġewwieni immedjatament wara t-tneħħija tal-ġewwieni u t-tneħħija sħiħa tal-ġewwieni li jista’ jittiekel u qabel l-ewwel ħasla.

    2. Jekk ikun hemm bżonn, neħħi l-għonq bi qtugħ, bil-ġilda ta’ l-għonq titħalla mwaħħla mal-karkassa.

    3. Identifika kull karkassa individwalment. Iżen kull karkassa u niżżel il-piż tagħha sa l-eqreb gramma.

    4. Erġa’ onxor il-karkassa tat-test fuq il-linja ta’ tneħħija tal-ġewwieni biex jitkompla l-proċess normali tal-ħasil, tkessiħ, taqtir, eċċ.

    5. Neħħi l-karkassi identifikati fl-aħħar tal-linja tat-taqtir mingħajr ma jitħallielhom aktar żmien milli joqtru milli jkun normalment permess għat-tjur mil-lott li jkun ittieħed il-kampjun minnu.

    6. Il-kampjun għandu jkun magħmul mill-ewwel 20 karkassa rkuprata. Għandhom jintiżnu mill-ġdid. Għandu jiġi mniżżel il-piż tagħhom sa l-eqreb gramma kontra l-piż imniżżel fl-ewwel użin. It-test għandu jiġi ddikjarat null jekk jiġu rkuprati inqas minn 20 karkassa identifikati.

    7. Neħħi l-identifikazzjoni mill-karkassi kampjuni u ħalli l-karkassi jkomplu fl-operazzjonijiet normali ta’ l-ippakkjar tagħhom.

    8. Stabbilixxi l-persentaġġ ta’ assorbiment ta’ ilma billi tnaqqas il-piż totali ta’ dawn l-istess karkassi wara l-ħasil, it-tkessieħ u t-taqtir, bid-differenza tkun diviża bil-piż tal-bidu u r-riżultat jiġi mmultiplikat b’100.

    9. Ir-riżultat ma għandux jaqbeż il-persentaġġi li ġejjin tal-piż tal-bidu tal-karkassa jew kwalunkwe figura oħra li tippermetti l-konformità mal-kontenut massimu barrani totali ta’ l-ilma:

    —tkessieħ ta’ l-arja: | 0,1 %, |

    —tkessieħ ta’ spray ta’ arja: | 2,0 %, |

    —tkessieħ ta’ immersjoni | 4,5 %. |

    --------------------------------------------------

    ANNESS VIII

    LISTA TA’ LABORATORJI TA’ REFERENZA

    Laboratorju ta’ referenza tal-Komunità:

    Spelderholt, Centre for Poultry Research and Information Services

    (COVP-DLO)

    Spelderholt 9

    P.O. Box 15

    NL-7360

    AA Beekbergen

    Laboratorji nazzjonali ta’ referenza

    Il-Belġju

    Faculteit Diergeneeskunde

    Vakgroep "Diergeneeskundig toezicht op eetwaren"

    Universiteit Gent

    Wolterslaan 1

    B-9000

    Gent

    Id-Danimarka

    Veterinærdirektoratets Laboratorium

    Howitzvej 13

    DK-2000

    Frederiksberg

    Il-Ġermanja

    Bundesanstalt für Fleischforschung

    Institut für Chemie und Physik

    EC-Baumanstraße 20

    D-95326

    Kulmbach

    Il-Greċja

    Ministry of Agriculture

    Veterinary Laboratory of Patra

    59, Terpsitheas Str

    GR-264 42

    Patra

    Spanja

    Centro de Alimentacion Nacional

    (Instituto de Salud Carlos III)

    Ctra de Majadahonda a Pozuelo Km 2

    E-28220

    Madrid

    Franza

    Unité hygiène et qualité des produits avicoles

    Laboratoire central de recherches avicoles et porcines

    Centre National d’études vétérinaires et alimentaires

    Beaucemaine -

    B.P. 53

    F-22400

    Ploufragan

    L-Irlanda

    Dairy Science Laboratory

    Department of Agriculture, Food and Forestry

    Model Farm Road

    Cork

    L-Italja

    Istituto de l’Ispettorato Centrale Repressione

    Frodi di Roma

    Via G. Raggini 19

    I-00149

    Roma

    Il-Lussemburgu

    Laboratoire National de Santé

    Rue du Laboratoire, 42

    L-1911

    Lussemburgu

    L-Olanda

    TNO-voeding

    Postbus 360

    NL-3700

    AJ Zeist

    Il-Portugall

    I.Q.A. Instituto de Qualidade Alimentar

    Av. Conde Valbona, 98

    P-1000

    Lisboa

    Ir-Renju Unit

    Food Science Laboratory

    ,

    Ministry of Agriculture, Fisheries and Food

    ,

    Norwich Research Park

    ,

    Colney,Norwich,NR4 7UQ.

    --------------------------------------------------

    ANNESS IX

    Il-kompetenzi u x-xogħlijiet tal-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità

    1. Il-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità imsemmi fl-Anness VIII huwa responsabbli għax-xogħlijiet li ġejjin:

    - jipprovdi informazzjoni dwar metodi analitiċi u ttestjar komparattiv fir-rigward tal-kontenut ta’ ilma tal-laħam tat-tjur lill-laboratorji nazzjonali ta’ referenza,

    - il-koordinament ta’ l-applikazzjoni tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza tal-metodi msemmija fl-ewwel inċiż hawn fuq, billi jorganizza ttestjar komparattiv b’mod partikolari,

    - billi jikkoordina l-iżvilupp ta’ metodi analitiċi ġodda u jinforma lill-laboratorji nazzjonali ta’ referenza dwar il-progress magħmul f’dan is-settur,

    - jipprovdi għajnuna xjentifika u teknika lill-Kummissjoni, speċjalment f’każijiet fejn ir-riżultati ta’ l-analiżi huma kkuntestati bejn l-Istati Membri.

    2. Il-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ thaddim li ġejjin:

    - li l-personal ikun ikkwalifikat u li jkollu għerf biżżejjed tat-tekniki applikati fl-analiżi tal-kontenut ta’ l-ilma,

    - li t-tagħmir u s-sustanzi meħtieġa għat-twettiq tax-xogħlijiet stabbilit f’punt 1 huma disponibbli,

    - li l-istruttura amministrattiva xierqa hija f’postha,

    - li x-xorta kunfidenzjali ta’ ċerti suġġetti, riżultati u rapporti tiġi osservata mill-personal,

    - li jiġu segwiti l-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorji aċċetati fuq livell internazzjonali.

    Ix-xogħlijiet tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza

    Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza elenkati fl-Anness VIII huma responsabbli għax-xogħlijiet li ġejjin:

    - jikkoordinaw l-attivitajiet tal-laboratorji nazzjonali responsabbli għall-analiżi tal-kontenut ta’ ilma fil-laħam tat-tjur,

    - jgħinu lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru biex jorganizza sistema għall-osservazzjoni tal-kontenut ta’ ilma fil-laħam tat-tjur,

    - jorganizzaw testijiet komparattivi bejn il-laboratorji nazzjonali varji li hemm referenza għalihom fl-ewwel inċiż hawn fuq,

    - jiżguraw li l-informazzjoni fornuta mill-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità tiġi mogħtija lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru rilevanti u lill-laboratorji nazzjonali li hemm referenza għalihom fl-ewwel inċiż hawn fuq,

    - jikkolaboraw mal-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità.

    --------------------------------------------------

    Top