EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R1431

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1431/93 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 120/89 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-impożizzjoni ta’ taxxi fuq l-esportazzjoni u imposti fuq l-esportazzjoni fuq il-prodotti agrikoli

ĠU L 140, 11.6.1993, p. 27–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/1431/oj

31993R1431



Official Journal L 140 , 11/06/1993 P. 0027 - 0028
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0003


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1431/93

ta’ l-10 ta’ Ġunju 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 120/89 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-impożizzjoni ta’ taxxi fuq l-esportazzjoni u imposti fuq l-esportazzjoni fuq il-prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ organiżżazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2046/92 [2], u partikolarment l-Artikoli 19(3) u 20 (3) tiegħu, u għad-dispożizzjonijiet relevanti f’Regolamenti oħra li jwaqqfu organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti agrikoli,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2180/71 tat-12 t’Ottubru 1971 dwar ir-regoli ġenerali li għandhom japplikaw għas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvista [3], u partikolarment l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1603/74 tal-25 ta’ Ġunju 1974 dwar l-imposizzjoni ta’ mposta fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti ċereali, ross u prodotti bbażati fuq il-ħalib li jkun fihom iz-zokkor miżjud fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvista [4], u partikolarment l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2747/75 tad-29 t’Ottubru 1975 dwar ir-regoli ġenerali li għandhom ikunu applikati fil-każ li s-suq taċ-ċereali jkun imfixkel [5], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1766/92 [6], u partikolarment l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1432/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali li għandhom ikunu applikati fil-każ li s-suq tar-ross ikun imfixkel [7], u partikolarment l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 520/77 ta’ l-14 ta’ Marzu 1977 dwar l-imposizzjoni ta’ miżata fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex u li fihom iz-zokkor miżjud, fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvisti [8], u partikolarment l-Artikolu 1(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1650/86 tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar ir-rifużjonijiet u t-taxxi applikabbli għall-esportazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa [9], u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 120/89 [10] jistabbilixxi ir-regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tat-taxxa u l-imposti fuq l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli; billi l-prodotti suġġetti għat-taxxa fuq l-esportazzjoni li jinġarru minn Stat Membru għall-ieħor billi jitilqu mit-territorju tal-Komunità mingħajr ma jitlestew il-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni għandhom jitqegħdu taħt proċedura ta’ sorveljanza; billi r-riskju li oġġetti li jħallu l-Komunità mingħajr ma tkun tħallset it-taxxa u l-imposti fuqhom jinħoloq biss meta l-oġġetti jinġarru bil-baħar; billi hemm bżonn ta’ proċedura transitorja għall-oġġetti li jaqsmu t-territorju ta’ pajjiżi terzi fuq l-art;

Billi għandhom ikunu kkunsidrati t-tibdiliet fil-proċedura li ddaħħlu mill-1 ta’ Jannar 1993 permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2726/90 tas-17 ta’ Settembru 1990 dwar transitu fil-Komunità [11], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1214/92 tal-21 t’April 1992 dwar id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-proċedura transitorja tal-Komunità u għal ċerti simplifikazzjonijiet ta’ dik il-proċedura [12], kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3712/92 [13], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3269/92 ta’ l-10 ta’ Novembru 1992 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 161, 182 u 183 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità, rigward il-proċedura ta’ l-esportazzjoni u l-esportazzjoni mill-ġdid u l-oġġetti li jħallu t-territorju tad-dwana tal-Komunità [14];

Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma l-opinjoni tal-Kumitati ta’ l-Amministrazzjoni relevanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikoli 7 sa 10 tar-Regolament (KEE) Nru 120/89 huma hawnhekk mibdula b’dan li ġej:

"Artikolu 7

Meta d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni mibgħuta fir-rigward ta’ prodotti kif issir riferenza għalihom fl-Artikolu 2(a) tkun ġiet aċċettata, dawn ta’ l-aħħar ma jitqiesux aktar li jkunu koperti mill-Artikolu 9(2) tat-Trattat u b’hekk għandhom jimxu skond l-Artikolu 3(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2726/90 [15].

Artikolu 8

1. Fejn il-prodotti suġġetti għal taxxa fuq l-esportazzjoni jiċċaqalqu bejn żewġ Stati Membri skond it-Titolu IX tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1214/92 [16], il-paragrafi 2 u 3 għandhom jgħoddu wkoll.

2. L-uffiċċju tat-tluq fis-sens tar-Regolament (KEE) Nru 2726/90 jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li t-taxxa fuq l-esportazzjoni li ssir riferenza għalihom (ċ) tinġabar, fejn

(a) dokument transitorju intern tal-Komunità li jagħti uffiċċju li jippartjeni għal Stat Membru bħala l-uffiċju destinatarju ma’ fihx d-dħul li ssir referenza għalih fl-Artikolu 65 tar-Regolament (KEE) Nru 1214/92 għax il-prodott konċernat ma kienx suġġett għal taxxa fuq l-esportazzjoni meta d-dikjarazzjoni interna transitorja tal-Komunità kienet awtentikata; u

(b) skond il-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles fuq l-arranġamenti komuni transitorji transitorju, dak il-prodott huwa ppreżentat f’uffiċċju ta’ destinazzjoni f’pajjiż ta’ l-EFTA; u

(ċ) taxxa fuq l-esportazzjoni mdaħħla wara d-data meta d-dikjarazzjoni transitorja interna tal-Komunità kienet awtentikata kienet fis-seħħ fid-data meta l-prodott kien ippreżentat fl-uffiċċju destinatarju.

3. Jekk l-esportatur juri għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorita’ kompetenti li l-oġġetti telqu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità f’data meta l-ebda taxxa jew taxxa aktar baxxa minn dik imsemmija fil-paragrafu 2 kienet tapplika, l-ebda taxxa jew, fejn ikun il-każ, it-taxxa aktar baxxa għandha tinġabar.

4. Meta prodotti suġġetti għal taxxa fuq l-esportazzjoni ma jiċċaqalqux bejn żewġ Stati Membri skond it-Titolu IX tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1214/92 l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3269/92 [17] għandu jgħodd.

Artikolu 9

1. Għandha tkun depożitata garanzija fuq il-prodotti li jiċċaqalqu kif provdut fit-Titolu IX tar-Regolament (KEE) Nru 1214/92 jew l-Artikolu 31 tar-Regolament (KEE) Nru 3269/92, sabiex tiżgura li t-taxxa ta’ l-esportazzjoni li għandha titħallas tiġi mposta jekk it-tali prodotti ma jerġgħux jidħlu fit-territorju tad-dwana tal-Komunità; din il-garanzija għandha tkun depożitata skond l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1214/92 jew b’mod simili fejn japplika l-Artikolu tar-Regolament (KEE) Nru 3269/92.

2. Hekk kif tkun ipprovduta evidenza fl-Istat Membru tat-tluq li l-prodotti daħlu mill-ġdid fit-territorju tad-dwana tal-Komunità, il-garanzija tkun rilaxxata proporzjonalment mal-kwantitajiet li dwarhom evidenza bħal din tkun provduta.

Artikolu 10

Meta prodott jitqiegħed taħt waħda mill-proċeduri simplifikati stabbiliti fil-Kapitolu I tat-Titolu X tar-Regolament (KEE) Nru 1214/92 għat-trasport lejn stazzjon ta’ destinazzjoni jew għal kunsinna lid-destinatraju fit-territorju tad-dwana tal-Komunità, l-uffiċċju tat-tluq ma’ jistax jawtorizza xi varjazzjoni fil-kuntratt tat-trasport li tippermetti li t-trasport jintemm barra l-imsemmi territorju tad-dwana sakemm ma’ jkunx ħa l-passi meħtieġa biex jiżgura li t-taxxa fuq l-esportazzjoni li għandha titħallas tinġabar. F‘każijiet bħal dawn, ir-rata tat-taxxa fuq l-esportazzjoni applikabbli tkun ir-rata fis-seħħ fid-data meta d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni lejn terzi pajjiżi tkun aċċettata mill-uffiċju tat-tluq."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Ġunju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Ċ 172, tat- 30.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 1.

[3] ĠU L 231, ta’ l-14.10.1971, p. 1.

[4] ĠU L 172, tas-27.6.1974, p. 9.

[5] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 82.

[6] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21.

[7] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 39.

[8] ĠU L 73, tal-21.3.1977, p. 26.

[9] ĠU L 145, tat-30.5.1986, p. 8.

[10] ĠU L 16, 20.1.1989, p. 19.

[11] ĠU L 262, tas-26.9.1990, p. 1.

[12] ĠU L 132, tas 16.5.1992, p. 1.

[13] ĠU L 378, tat-23.12.1992, p. 15.

[14] ĠU L 326, tat 12.11.1992, p. 11.

[15] ĠU L 262, tas-26.9.1990, p. 1.

[16] ĠU L 132, tas-16.3.1992, p. 1.

[17] ĠU L 326, tat-12.11.1992, p. 11.

--------------------------------------------------

Top