This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993R1395
Commission Regulation (EEC) No 1395/93 of 4 June 1993 concerning the classification of certain goods in the combined nomenclature
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1395/93 ta' l-4 ta' Ġunju 1993 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1395/93 ta' l-4 ta' Ġunju 1993 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda
ĠU L 137, 8.6.1993, pp. 7–8
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 137 , 08/06/1993 P. 0007 - 0008
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0142
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0142
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1395/93 ta' l-4 ta' Ġunju 1993 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali, kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1001/93 [2], u partikolarment l-Artikolu 9, Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura maqgħuda annessa ma' l-imsemmi Regolament, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija għal kollox jew f'parti bbażata fuqha jew li żżidilha kull suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, biex tgħodd it-tariffa jew miżura oħra dwar il-kummerċ fl-oġġetti; Billi bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet mfissra fil-kolonna 3; Billi huwa xieraq li, l-informazzjoni li torbot fuq it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-nomenklatura maqgħuda u li ma jikkonformaw mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jibgħu jkunu invokati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3896/90 [3], emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2674/92 [4], għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur jekk kuntratt li jorbot ġie konkluż kif hemm maħsub fl-Artikolu 14(3) (a) jew (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1715/90 [5]; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-nomenklatura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma klassifikati fin-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. L-Artikolu 2 L-informazzjoni li torbot fuq it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformaw mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jkunu invokati bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/90 għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur jekk kuntratt li jorbot ġie konkluż kif hemm maħsub fl-Artikolu 14(3) (a) jew (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1715/90; L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Ġunju 1993. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU No. L 256, 7.9. 1987 p. 1. [2] ĠU No. L 104, 29.4. 1993 p. 28. [3] ĠU No. L 365, 28.12. 1990 p. 17. [4] ĠU No. L 271, 16.9 1992 p. 5. [5] ĠU No. L 160, 26.6. 1990 p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġuni | 1 | 2 | 3 | Ross mitħun għal kollox "mikronizzat". Ir-ross għadda minn trattament tas-saħna bl-użu ta' raġġi infraħomor li ma jirriżultax fil-ġelatinanizzazzjoni tal-kontenut tal-lamtu. | 10063092100630941006309610063098 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 10063092, 10063094, 10063096, 10063098 It-trattament tas-sħana huwa baxx wisq biex tinbidel l-istruttura tar-ross. Il-prodott ma jistax għalhekk jitqies bħala "maħdum mod ieħor" għall-iskop tan-nota 1(b) tal-Kapitolu 10 jew "ippreparat mod ieħor" għall-iskop tan-nota 4 tal-Kapitolu 19. (Ara wkoll in-noti spjegattivi NM tal-Kapitolu 10, it-tieni paragrafu tat-taqsima ġenerali, u n-noti spjegattivi tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 1006, l-aħħar paragrafu). | --------------------------------------------------