Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0119

    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KE tat-22 ta’ Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni ta’ annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew qtil

    ĠU L 340, 31.12.1993, p. 21–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012; Imħassar b' 32009R1099

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/119/oj

    31993L0119



    Official Journal L 340 , 31/12/1993 P. 0021 - 0034
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 55 P. 0194
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 55 P. 0194


    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KE

    tat-22 ta’ Diċembru 1993

    dwar il-protezzjoni ta’ annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew qtil

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 74/577/KEE [4] li stabbiliet regoli dwar l-isturdament ta’ annimali qabel it-tbiċċir;

    Billi l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni ta’ Annimali għat-Tbiċċir kienet approvata f’isem il-Komunità b’Deċiżjoni tal-Kunsill 88/306/KEE [5]; premess li l-iskop tal-Konvenzjoni hi usa’ mir-regoli eżistenti tal-Komunità fuq is-suġġett;

    Billi liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw il-protezzjoni ta’ annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew qtil għandhom impatt fuq il-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni u skond l-operazzjoni tas-suq komuni fi prodotti agrikoli;

    Billi hemm bżonn għalhekk li jiġu stabbiliti livelli minimi komuni għall-protezzjoni ta’ annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew qtil sabiex jiġi żgurat żvilupp razzjonali ta’ produzzjoni u biex tiġi faċilitata l-kompletezza tas-suq intern għall-annimali u prodotti ta’ l-annimali;

    Billi fil-ħin tat-tbiċċir jew qtil l-annimali għandhom jiġu meħlusa minn xi uġigħ jew tbatija li jistgħu jiġu evitati;

    Billi, iżda, hu neċessarju li esperimenti tekniċi u xjentifiċi għandhom jitħallew isiru u li jittieħed kont tal-ħtiġijiet partikolari ta’ ċerti riti reliġjużi;

    Billi li r-regoli għandhom ukoll jiżguraw protezzjoni biżżejjed, fil-ħin tat-tbiċċir jew qtil, għall-annimali li mhumiex koperti mill-Konvenzjoni;

    Billi fid-dikjarazzjoni dwar il-protezzjoni ta’ annimali annessa ma’ l-Att Finali tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konferenza titlob lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-Pajjiżi Membri, biex meta jsiru abbozzi u implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni tal-Komunità dwar il-politika agrikola komuni, jagħtu attenzjoni sħiħa lill-ħtiġijiet ta’ l-għixien ta’ l-annimali;

    Billi meta jsir hekk l-azzjoni tal-Komunità trid tikkonforma mal-ħtiġijiet li jitnisslu mill-prinċipju ta’ sussidjarjetà mqiegħda fl-Artikolu 3 b tat-Trattat;

    Billi Direttiva 74/577/KEE għandha tiġi mħassra,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    KAPITOLU 1

    Disposizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1

    1. Din id-Direttiva tapplika għall-moviment, lairaging, żamma, stordament, tbiċċir jew qtil ta’ annimali mnissla u miżmuma għall-produzzjoni ta’ laħam, ġilda, suf jew prodotti oħra u għal metodi ta’ qtil ta’ annimali għall-iskop ta’ kontroll ta’ mard.

    2. Ma tapplikax għal:

    - esperimenti tekniċi jew xjentifiċi relatati mal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1, magħmula taħt is-superviżjoni ta’ l-awtorità kompetenti,

    - annimali li huma maqtula f’avvenimenti kulturali jew sportivi,

    - kaċċa selvaġġa maqtula skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/45/KEE.

    Artikolu 2

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva d-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

    1. Biċċerija: xi bini, inkluż faċilitajiet għal moviment jew lairaging ta’ annimali użat għall-qtil kummerċjali ta’ annimali msemmija fl-Artikolu 5 (1);

    2. moviment: ħatt t’annimali jew tmexxija tagħhom minn pjattaformi ta’ ħatt, stalel jew xi maqjel fil-biċċeriji għall-bini jew post fejn għandhom jinqatlu;

    3. lairaging: żamma t’annimali fi stallel, xi maqjel, żoni jew għelieqi koperti użati minn biċċeriji sabiex jagħtuhom l-attenzjoni neċessarja (ilma, għalf, mistrieħ) qabel ma jinqatlu;

    4. żamma: l-applikazzjoni lil xi annimali ta’ xi proċedura disinjata biex iżżomm il-movimenti tagħhom sabiex tiffaċilita l-istordament jew qtil effettiv;

    5. stordament: xi proċess li, meta applikat lil xi annimal, jikkawża telf mill-ewwel tas-sensi li tibqa’ sal-mewt;

    6. qtil: xi proċess li jikkawża l-mewt ta’ xi annimal;

    7. tbiċċir: li tikkawża l-mewt ta’ xi annimal b’tifsid;

    8. awtorità kompetenti: l-awtorità ċentrali kompetenti ta’ Stat Membru li jagħmel kontrolli veterinarji jew xi awtorità li lilha ġiet delegata dik il-kompetenza.

    Iżda, fl-Istati Membri, l-awtorità reliġjuża li f’isimha jsir it-tbiċċir għandha tkun kompetenti għall-applikazzjoni u l-ħarsien tad-disposizzjonijiet speċjali li japplikaw għal qatla skond ċerti riti reliġjużi. Fir-rigward tad-disposizzjonijiet imsemmija, dik l-awtorità għandha topera taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali, kif definit fl-Artikolu 2 ta’ Direttiva 64/433/KEE.

    Artikolu 3

    L-annimali għandhom jiġu meħlusa minn xi eċitament, uġigħ jew tbatija li jistgħu jiġu evitati waqt il-moviment, lairaging, żamma, stordament, tbiċċir jew qtil.

    KAPITOLU II

    Ħtiġiet applikabbli għall-biċċeriji

    Artikolu 4

    Il-bini, faċilitajiet u tagħmir ta’ biċċeriji, u l-operazzjoni tagħhom, għandha tkun tali li teħles l-annimali minn eċċitament, uġigħ jew tbatija li tista’ tiġi evitata.

    Artikolu 5

    1. Solipedi, ruminanti, ħnieżer, fniek u tjur miġjuba fil-biċċeriji għal tbiċċir għandhom ikunu:

    (a) imċaqalqa u jekk meħtieġ lairaged skond id-disposizzjonijiet ta’ Anness A;

    (b) miżmuma skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness B;

    (ċ) storduti qabel it-tbiċċir jew maqtula mill-ewwel skond id-disposizzjonijiet ta’ Anness Ċ;

    (d) skarnati skond id-disposizzjonijiet ta’ Anness D.

    2. Fil-każ ta’ annimali soġġetti għal metodi partikolari ta’ tbiċċir meħtieġa minn ċerti riti reliġjużi, il-ħtiġiet ta’ paragrafu 1 (ċ) ma japplikawx.

    3. B’konsiderazzjoni xierqa għar-regoli ġenerali tat-Trattat, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu, għal stabbilimenti li jikkwalifikaw għal derogi skond l-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 64/433/KEE, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/498/KEE u l-Artikoli 7 u 18 tad-Direttiva 71/118/KEE, jagħtu derogi minn paragrafu 1 (a) fir-rispett ta’ baqar, u minn paragrafu 1 (a) u mill-metodi ta’ stordament u qtil referuti għalihom fl-Anness Ċ fir-rispett ta’ tjur, fniek, ħnieżer, nagħaġ u mogħoż, basta li l-ħtiġiet imqiegħda fl-Artikolu 3 ikunu milħuqa.

    Artikolu 6

    1. Strumenti, żamma u tagħmir u installazzjonijiet oħra użati għall-istordament jew tbiċċir iridu jkunu diżinjati, magħmula, miżmuma u użati b’tali mod li jkollhom stordament jew qtil malajr u effettiv skond id-disposizzjonijiet ma’ din id-Direttiva. L-awtorità kompetenti għandha tikkontrolla li l-istrumenti, żamma u tagħmir ieħor użat għall-istordament jew qtil jikkonformaw mal-prinċipji hawn fuq u għandha tikkontrolla regolarment biex tiżgura li huma fi stat tajjeb ta’ tiswija u jħallu l-oġġettiv imsemmi hawn fuq jintlaħaq.

    2. Tagħmir u strumenti spare tajbin iridu jiġu miżmuma fil-post tat-tbiċċir għal użu t’emerġenza. Jiġu miżmuma tajjeb u spezzjonati regolarment.

    Artikolu 7

    L-ebda persuna ma tidħol għal xi moviment, lairaging, żamma, stordament jew tbiċċir t’annimali sakemm ma jkollhiex it-tagħrif u s-sengħa neċessarja biex tagħmel ix-xogħol b’mod uman u effiċjenti, skond il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

    L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li persuni impjegati għal tbiċċir għandhom is-sengħa, abilità u għarfien professjonali neċessarji.

    Artikolu 8

    Spezzjonijiet u kontroll fil-biċċeriji għandhom jiġu magħmula taħt ir-responsabbilità ta’ l-awtorità kompetenti, li f’kull ħin ikollha aċċess liberu għall-partijet kollha tal-biċċerija sabiex taċċerta konformità ma’ din id-Direttiva. Iżda, spezzjonijiet u kontrolli bħal dawn jistgħu jsiru fl-istess ħin bħal kontrolli magħmula għal skopijiet oħra.

    KAPITOLU III

    Tbiċċir u qtil barra biċċeriji

    Artikolu 9

    1. Fejn annimali referuti għalihom fl-Artikolu 5 (1) huma maqtula barra biċċeriji, l-Artikolu 5 (1) (b), (ċ) u (d) japplikaw.

    2. Stati Membri jistgħu, iżda, jagħtu derogi minn paragrafu 1 fir-rispett ta’ tjur, fniek, ħnieżer, nagħaġ u mogħoż maqtula barra biċċeriji mis-sid tagħhom għall-konsum personali tiegħu, provdut li l-Artikolu 3 jitħares u li ħnieżer, nagħaġ u mogħoż ikunu storduti bil-quddiem.

    Artikolu 10

    1. Fejn annimali referuti għalihom f’Artikolu 5 (1) huma maqtula għal skopijiet ta’ kontroll ta’ mard, dan għandu jsir skond l-Anness E.

    2. Annimali miżmuma għall-fur tagħhom jinqatlu skond l-Anness F.

    3. Flieles żejda xjuħ bi ġranet, kif definit fl-Artikolu 2 (3) ta’ id-Direttiva 90/539/KEE, u feti fir-rifjut ta’ maqfes għandhom jinqatlu malajr kemm jista’ jkun skond l-Anness Ġ.

    Artikolu 11

    L-Artikoli 9 u 10 ma japplikawx fil-każ ta’ xi annimal li għandu jinqatel immedjatament għal raġunijiet ta’ emerġenza.

    Artikolu 12

    Annimali mweġġa’ jew morda għandhom jinqatlu fuq il-post. Iżda, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-trasport ta’ annimali mweġġa’ jew morda għall-iskop ta’ tbiċċir provdut li dan it-trasport ma jikkawżax aktar tbatija għall-annimali.

    KAPITOLU IV

    Disposizzjonijiet finali

    Artikolu 13

    1. Jekk neċessarju, regoli dwar il-protezzjoni ta’ annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew qtil minbarra dawk f’din id-Direttiva għandhom jiġu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

    2. (a) L-Annessi ma’ din id-Direttiva għandhom jiġu emendati mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, skond il-proċedura mqiegħda fil-paragrafu 1, partikolarment sabiex jaddattawhom għal progress teknoloġiku u xjentifiku;

    (b) minbarra dan, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1995, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport magħmul fuq il-bażi ta’ opinjoni mill-Kumitat Veterinarju Xjentifiku flimkien ma’ proposti xierqa li jikkonċernaw l-użu, partikolarment, ta’:

    - pistoli tal-balla libera, applikati mal-moħħ, jew gassijiet minbarra dawk referuti għalihom fl-Anness Ċ jew taħlita minnhom għall-istordament u aktar partikolarment dijossidu tal-karbonju għall-istordament ta’ tjur,

    - gassijiet minbarra dawk referuti għalihom fl-Anness Ċ jew taħlita minnhom għal tbiċċir,

    - xi proċedura oħra rikonoxxuta xjentifikament għal stordament jew qtil.

    Il-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq dawn il-proposti;

    (ċ) permezz ta’ deroga minn (a), u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1995, il-Kummissjoni, skond il-proċedura mqiegħda fl-Artikolu 16, għandha tissottometti lill-Kumitat Veterinarju Mwaqqaf rapport magħmul fuq il-bażi ta’ opinjoni mill-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, flimkien ma’ proposti xierqa, biex jipprovdu:

    (i) il-qawwa u t-tul ta’ użu tal-kurrent neċessarju biex jistordu speċi varji konċernati;

    (ii) il-konċentrazzjoni ta’ gass u tul ta’ esposizzjoni neċessarju biex tistordi speċi varji konċernati;

    (d) implimentazzjoni pendenti ta’ paragrafi (b) u (ċ), regoli nazzjonali fil-materja għandhom japplikaw, f’konformità mad-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat.

    Artikolu 14

    1. Esperti tal-Kummissjoni jistgħu jagħmlu kontrolli fuq il-post sakemm hu neċessarju jiżguraw applikazzjoni uniformi ma’ din id-Direttiva. Sabiex isir dan, jistgħu jikkontrollaw kampjun rappreżentattiv ta’ stabbilimenti biex jiżguraw li l-awtorità kompetenti qiegħda tikkontrolla li l-istabbilimenti msemmija qegħdin iwettqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bir-riżultat tal-kontrolli mwettqa.

    2. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru f’kollaborazzjoni ma’ l-awtorità kompetenti.

    3. Stat Membru li fit-territorju tiegħu qiegħed isir kontroll jagħti l-assistenza kollha neċessarja lill-esperti fl-għemil tad-doveri tagħhom.

    4. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu determinati skond il-proċedura mqiegħda fl-Artikolu 16.

    Artikolu 15

    Tul l-ispezzjoni tal-biċċeriji jew stabbilimenti li ġew jew għandhom jiġu approvati minn pajjiżi terzi għall-iskop li jkunu jistgħu jesportaw lill-Komunità skond ir-regoli tal-Komunità, l-esperti tal-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-annimali referuti għalihom fl-Artikolu 5 ġew maqtula taħt kondizzjonijiet li joffru garanziji ta’ trattament uman minn ta’ lanqas daqs dawk provduti għalihom f’din id-Direttiva.

    Biex laħam jitħalla jiġi importat minn xi pajjiż terzi ċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkompanja laħam bħal dan irid ikun supplimentat minn attestazzjoni li tiċċertifika li r-rekwiżit ta’ hawn fuq ikun intlaħaq.

    Artikolu 16

    1. Fejn il-proċedura mqiegħda f’dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-każ għandu jkun referut mingħajr dewmien lill-Kumitat Veterinarju Mwaqqaf mill-President tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abboż fi żmien limitat li l-president jista’ jqiegħed skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata b’maġġoranza preskritta fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-kumitat għandhom ikollhom is-saħħa skond il-mod provdut fl-dak l-Artikolu. Il-President ma jivvotax.

    3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba meta huma skond l-opinjoni tal-kumitat.

    (b) Fejn il-miżuri maħsuba mhumiex skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma kienet mogħtija, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tissottometti lill-Kunsill proposta relatata mal-miżuri li għandhom jittieħdu.. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

    Jekk, meta jiskadi perjodu ta’ tliet xhur mid-data li fiha l-każ ikun ġie referut lilu, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, minbarra fejn il-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri msemmija b’maġġoranza sempliċi.

    Artikolu 17

    Direttiva 74/577/KEE tiġi mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 1995.

    Artikolu 18

    1. Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolament u disposizzjonijiet amministrattivi, inkluż xi penali, bżonnjużi biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva nhar l-1 ta’ Jannar 1995. Huma għandhom imbagħad jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

    Meta Stat Membru jadotta dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' l-għamla ta' referenza bħal din għandha titqiegħed mill-Istati Membri.

    2. Iżda, mid-data mqiegħda fil-paragrafu 1, Stati Membri jistgħu, bi ħsieb għar-regoli ġenerali tat-Trattat, iżommu jew japplikaw fit-territorju tagħhom disposizzjonijiet aktar strinġenti minn dawk misjuba f’din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’miżuri bħal dawn.

    3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

    Artikolu 19

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Pajjiżi Membri.

    Magħmula Brussel, 22 ta’ Diċembru 1993.

    Għall-Kunsill

    J.-M. Dehousse

    Il-President

    [1] ĠU Nru C 314, tal-5. 12. 1991, p. 14.

    [2] ĠU Nru C 241, tal-21. 9. 1992, p. 75.

    [3] ĠU Nru C 106, tas-27. 4. 1992, p. 15.

    [4] ĠU Nru L 316, tas-26. 11. 1974, p. 10.

    [5] ĠU Nru L 137, tat-2. 6. 1988, p. 25.

    --------------------------------------------------

    ANNESS A

    ĦTIĠIET GĦAL MOVIMENT U LAIRAGING T’ANNIMALI FIL-BIĊĊERIJI

    I. I.Ħtiġiet ġenerali

    1. Kull biċċerija li tibda topera wara t-30 ta’ Ġunju 1994 għandha jkollha tagħmir u faċilitajiet xierqa għall-iskop ta’ ħatt t’annimali minn mezzi ta’ trasport, u kull biċċerija eżistenti għandha tikkonforma ma’ dawn il-ħtiġiet sa l-1 ta’ Jannar 1996.

    2. Annimali għandhom jinħattu malajr kemm jista’ jkun wara l-wasla tagħhom. Jekk dewmien ma jistax jiġi evitat iridu jiġu protetti minn estremi ta’ temp u provduti b’ventilazzjoni xierqa.

    3. Annimali li jistgħu jweġġgħu lil xulxin minħabba l-ispeċi tagħhom, età jew oriġini għandhom jinżammu u lairaged il-bogħod minn xulxin.

    4. Annimali għandhom jiġu protetti minn kondizzjonijiet ta’ temp ħażin. Jekk ikunu ġew soġġetti għal temperaturi għoljin f’temp umdu jridu jiġu mkessħa b’mezzi xierqa.

    5. Il-kondizzjoni u stat ta’ saħħa ta’ l-annimali jrid ikun kontrollat minn ta’ lanqas kull filgħodu u filgħaxija.

    6. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet provduti fil-Kapitolu VI ta’ l-Anness I ta’ Direttiva 64/433/KEE, annimali li jkunu esperjenzaw uġigħ jew tbatija matul it-trasport jew mal-wasla fil-biċċerija, u annimali mhux imdorrija, iridu jkunu maqtula mill-ewwel. Jekk dan mhux possibbli, iridu jkunu separati u maqtula malajr kemm jista’ jkun u minn ta’ lanqas matul is-sagħtejn ta’ wara. Annimali li ma jistgħux jimxu ma jistgħux jiġu mkaxkra għall-post tat-tbiċċir, imma jridu jinqatlu fejn jinsabu jew, fejn hu possibbli u ma jistgħux jgħaddu minn tbatija bla bżonn, trasportati fuq xi karrell jew pjattaforma li tiċċaqlaq għall-post tat-tbiċċir b’urġenza.

    II. Ħtiġiet għal annimali mwassla minbarra f’kontejners

    1. Fejn biċċeriji għandhom tagħmir għal ħatt ta’ annimali, dan it-tagħmir irid ikollu qiegħ li ma jiżloqx u, jekk neċessarju, ikun provdut bi protezzjoni laterali. Ponot, rampi u skaluni jridu jkunu attrezzati bi ġnub, poġġamani jew xi forma oħra ta’ protezzjoni biex tipprevjeni li l-annmiali jaqgħu minnhom. Rampi ta’ ħruġ jew dħul irid ikollhom lanqas inklinazzjoni possibbli.

    2. Tul il-ħatt, ħsieb irid jingħata biex ma jiġux mbezza’, eċitati jew maltrattati l-annimali, u biex jigi żgurat li ma jiġux maqluba. Annimali ma għandhomx jiġu merfugħa mir-ras, qrun, widnejn, saqajn, denb jew suf b’tali mod li jikkawzaw uġiegħ jew tbatija bla bżonn. Fejn neċessarju, jridu jiġu mmexxija individwalment.

    3. Annimali jridu jiġu mmexxija bil-galbu. Skaluni jridu jkunu mibnija biex inaqqsu r-riskju li l-annimali jweġġgħu, u jiġu rranġati sabiex jiġu esplojtati t-tendenzi gregarious tagħhom. Strumenti maħsuba biex jiggwidaw annimali jridu jintużaw biss għal dak l-iskop, u biss għal perjodi qosra. Strumenti li jamministraw xokkijiet elettriċi jistgħu jiġu użati biss għal annimali adulti bovini u ħnieżer li jirrifjutaw li jimxu, sakemm ix-xokkijiet ma jdumux aktar minn żewġ sekondi, u mqassmin kif xieraq u li l-annimali għandhom spażju quddiemhom biex jiċċaqalqu. Dawn ix-xokkijiet jistgħu jiġu applikati biss lill-muskoli tas-saqgħajn ta’ wara.

    4. Annimali ma jistgħux jiġu milquta, lanqas pressa applikata lil, xi parti partikolarment sensittiva ta’ ġisimhom. Partikolarment, dnub l-annimali ma jistgħux jiġu mgħaffġa, imdawra jew miksura u għajnejhom ma jistgħux jiġu maħtufa. Daqqiet u daqqiet bis-sieq ma jistgħux jiġu mogħtija.

    5. Annimali ma jistgħux jiġu meħuda fil-post tat-tbiċċir sakemm ma jistgħux jinqatlu mill-ewwel. Jekk ma jistgħux jinqatlu mill-ewwel mal-wasla jridu jiġu lairaged.

    6. Mingħajr preġudizzju għal derogi mogħtija minn Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 64/433/KEE, biċċeriji jridu jkunu mgħammra b’numru biżżejjed ta’ mwaqel għal lairaging tajjeb ta’ l-annimali bi protezzjoni mill-effetti ta’ temp ħażin.

    7. Minbarra l-konformità mal-ħtiġiet diġà mniżżlin fir-regoli tal-Komunità, lairages irid ikollhom:

    - art li timminimizza r-riskju ta’ żlieq u li ma tikkawżax weġgħat lill-annimali f’kuntatt magħhom,

    - ventilazzjoni adegwata, billi jittieħed kont ta’ l-estremi ta’ temperatura u umdità li tkun mistennija. Fejn mezzi mekaniċi ta’ ventilazzjoni huma meħtieġa, għandu jkun provdut għal faċilitajiet ta’ back up ta’ emerġenza fil-każ ta’ ħsara,

    - dawl artifiċjali f’livell suffiċjenti li jippermetti spezzjoni ta’ l-annimali kollha f’kull ħin; jekk bżonnjuż, irid ikun hemm dawl ta’ back up xieraq,

    - fejn neċessarju, tagħmir għal annimali marbuta,

    - fejn neċessarju, provista biżżejjed ta’ materjal tajjeb tas-sodda għall-annimali kollha miżmuma fil-lairage tul il-lejl.

    8. Fejn, minbarra l-lairages imsemmija hawn fuq, biċċeriji wkoll għandhom lairages ta’ l-għelieqi mingħajr xelter jew dell naturali, trid tiġi provduta protezzjoni xierqa minn temp ħażin. Lairages ta’ l-għelieqi jridu jiġu miżmuma f’tali kondizzjonijiet biex jiżguraw li l-annimali mhumiex soġġetti għal perikoli fiżiċi, kimiċi jew perikoli oħra ta’ saħħa.

    9. Annimali li mhumiex meħuda direttament mal-wasla fuq il-post tat-tbiċċir jrid ikollhom ilma tax-xorb disponibbli għalihom minn faċilitajiet xierqa kull ħin. Annimali li ma jkunux ġew maqtula sa 12-il siegħa mill-wasla tagħhom iridu jiġu mitmugħa, u jrid jingħatalhom wara dan ammonti moderati ta’ ikel f’intervalli xierqa.

    10. Annimali li huma miżmuma għal 12-il siegħa jew aktar f’biċċerija jridu jiġu lairaged u, fejn xieraq, marbuta b’tali mod li jistgħu jimteddu mingħajr diffikultà. Fejn annimali mhumiex marbuta, ikel irid jiġi provdut b’tali mod li jippermetti lill-annimali li jieklu mingħajr xkiel.

    III. Ħtiġiet għal annimali mwassla f'kontejners

    1. Kontejners li fihom annimali jiġu trasportati jridu jinġarru bil-galbu, u ma jistgħux jiġu mitfugħa, mwaqqa’ jew maqluba. Fejn possibbli, jridu jiġu mgħobbija u mħatta orizzontalment u mekanikalment..

    2. Annimali mwassla f’kontejners b’qiegħan perforati jew flessibbli jridu jinħattu b’attenzjoni partikolari sabiex jiġi evitat li jweġġgħu. Fejn xieraq, annimali jridu jinħattu minn kontejners individwalment.

    3. Annimali li jkunu ġew trasportati f’kontejners iridu jinqatlu malajr kemm jista’ jkun; inkella jridu jekk neċessarju jiġu mogħtija l-ilma u mitmugħa skond punt II.9..

    --------------------------------------------------

    ANNESS B

    ŻAMMA TA’ ANNIMALI QABEL STORDAMENT, TBIĊĊIR JEW QTIL

    1. Annimali jridu jkunu miżmuma b’mod xieraq b’tali mod li jinevitalhom xi uġiegħ, tbatija, aġitazzjoni, weġgħat jew kontużjonijiet li jistgħu jiġu evitati.

    Iżda, fil-każ ta’ qtil ritwali, żamma ta’ annimali bovini qabel it-tbiċċir bl-użu ta’ metodu mekaniku maħsub biex jevita xi wġiegħ, tbatija jew aġitazzjoni u xi weġgħat jew kontużjonijiet lill-annimali hi obbligatorja.

    2. Saqgħajn l-annimali ma jistgħux jintrabtu, u annimali ma jistgħux jiġu maqtugħa mill-art qabel stordament jew qtil. Iżda, tjur u fniek jistgħu jiġu maqtugħa mill-art għat-tbiċċir sakemm jittieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li, fil-mument ta’ stordament, huma fi stat rilassat biżżejjed għal stordament li għandu jsir b’mod effettiv u mingħajr dewmien bla bżonn.

    Aktar minn hekk, iż-żamma ta’ annimal f’sistema ta’ żamma ma tista’ fl-ebda ċirkostanzi tkun meqjusa bħal qtugħ mill-art.

    3. Annimali li jiġu storduti jew maqtula b’mezzi mekaniċi jew elettriċi applikati lir-ras iridu jkunu preżentati f’tali posizzjoni li t-tagħmir ikun jista’ jiġi applikat u operat b’mod faċili, preċiż u għall-ħin xieraq. L-awtorità kompetenti tista’, iżda, fil-każ ta’ solipedi u baqar, tawtorizza l-użu ta’ mezzi xierqa biex jinżammu l-movimenti tar-ras.

    4. Tagħmir elettriku ta’ stordament ma għandux jintuża bħala mezz ta’ żamma jew immobbilizzazzjoni jew biex l-annimali jiċċaqalqu.

    --------------------------------------------------

    ANNESS Ċ

    STORDAMENT JEW QTIL TA’ ANNIMALI MINBARRA ANNIMALI MKABBRA GĦAS-SUF

    I. METODI PERMESSI

    A. Stordament

    1. Pistola tal-bolt li jaqbad

    2. Kunkussjoni

    3. Elektronarkożi

    4. Esposizzjoni għal dijossidu tal-Karbonju

    B. Qtil

    1. Pistola jew senter ta’ balla libera

    2. Xukkjar

    3. Esposizzjoni għal dijossidu tal-karbonju

    Ċ. L-awtorità kompetenti tista’, iżda, tawtorizza dekapitazzjoni, diżlokazzjoni ta’ l-għonq u l-użu ta’ kamra bla arja bħala metodu ta’ qtil għal ċerti speċi speċifiċi, sakemm l-Artikolu 3 jitħares u li l-ħtiġiet speċifiċi mqiegħda f’punt III ta’ dan l-Anness huma milħuqa.

    II. ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI GĦAL STORDAMENT

    Stordament ma għandux isir sakemm ma jkunx possibbli jiġu mifsuqa l-annimali wara mill-ewwel.

    1. Pistola ta’ bolt li jaqbad

    (a) L-istrumenti jridu jkunu pożizzjonati sabiex jiġi żgurat li l-balla tidħol fir-ras. Partikolarment, hu projibit tispara lejn baqar fil-pożizzjoni tar-ras.

    Nagħaġ u mogħoż jistgħu jiġu sparati fil-pożizzjoni tar-ras jekk il-preżenza ta’ qrun tipprevjeni l-użu tal-pożizzjoni tal-qurriegħa. F’każijiet bħal dawn l-isparatura trid tkun imqiegħda mill-ewwel wara l-bażi tal-qrun u mmirata lejn il-ħalq, u l-fsid irid jibda fi żmien 15-il sekonda mill-isparatura.

    (b) Meta jiġi użat strument ta’ bolt li jaqbad, l-operatur irid jiżgura li l-bolt jidħol kollu kemm hu wara kull sparatura. Jekk ma toħroġx, ma għandux jerġa’ jintuża l-istrument sakemm ikun imsewwi.

    (ċ) L-annimali ma jistgħux jitqiegħdu fi stalel ta’ stordament sakemm l-operatur li ħa jistordihom ikun lest li jagħmel hekk malli l-annimal jitqiegħed fl-istalla. L-annimali ma jistgħux jitqiegħdu f’żamma tar-ras sakemm il-biċċier ikun lest li jistordihom.

    2. kunkussjoni

    (a) Dan hu permess biss bl-użu ta’ strument operat mekkanikament li jamministra daqqa lir-ras. L-operatur irid jiżgura li l-istrument ikun applikat fil-pożizzjoni proprja u li l-qawwa tajba ta’ skartoċċ tkun użata, skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur, biex jipproduċi stordament effettiv mingħajr frattura lir-ras.

    (b) Iżda, fil-każ ta’ gruppi żgħar ta’ fniek, fejn hi użata daqqa li mhix mekkanika lir-ras, dik l-operazzjoni trid tiġi magħmula b’tali mod li l-annimal ikun ġie stordut mill-ewwel u jibqa’ hekk sal-mewt tiegħu u skond id-disposizzjonijiet ġenerali ta’ l-Artikolu 3.

    3. Elektronarkożi

    A. Elettrodi

    1. Elettrodi jridu jitqiegħdu biex jiksu lill-moħħ, billi jħallu l-kurrent jgħaddi minnhom. Miżuri xierqa għandhom jittieħdu wkoll biex jiġi żgurat li hemm kuntatt elettriku tajjeb, partikolarment billi jitneħħa suf żejjed jew tixrib tal-gilda.

    2. Fejn annimali huma storduti individwalment, l-apparat irid:

    (a) jinkorpora apparat li jiżen ix-xkiel tat-toqol u jipprevjeni operazzjoni ta’ l-apparat jekk il-kurrent minimu meħtieġ ma jistax jgħaddi;

    (b) jinkorpora apparat li jinstema’ jew jidher li jindika t-tul ta’ ħin ta’ l-applikazzjoni tiegħu lill-annimal;

    (ċ) ikun imqabbad ma’ apparat li jindika l-vultaġġ u l-kurrent taħt il-piż, imqiegħed sabiex ikun jidher b’mod ċar lill-operatur.

    B. Stordamenti bil-banju ta’ l-ilma

    1. Fejn jintużaw stordamenti bil-banju ta’ l-ilma biex jiġu storduti tjur, il-livell ta’ l-ilma jrid ikun aġġustat sabiex jiżgura li hemm kuntatt tajjeb mar-ras ta’ l-għasfur.

    Il-qawwa u t-tul tal-kurrent użat f’dan il-każ għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti sabiex tiżgura li l-annimal hu stordut mill-ewwel u jibqa’ hekk sal-mewt.

    2. Fejn tjur huma storduti fi gruppi f’banju ta’ l-ilma, għandu jinżamm vultaġġ biżżejjed biex jipproduċi kurrent qawwi biżżejjed li jiżgura li kull għasfur ikun stordut.

    3. Miżuri xierqa għandhom jittieħdu sabiex jiġi żgurat li l-kurrent jgħaddi tajjeb, partikolarment kuntatti elettriċi tajbin u tixrib tal-kuntatt mill-qafla sas-sieq.

    4. Banjijiet ta’ l-ilma għat-tjur għandhom ikunu biżżejjed fid-daqs u fond għat-tip ta’ għasfur li qiegħed jiġi maqtul, u ma jistax ifur fil-bidu. L-elettrodu li hu mdaħħal fl-ilma jrid jestendi t-tul tal-banju ta’ l-ilma.

    5. Jekk neċessarju, irid ikun disponibbli back up manwali.

    4. Esposizzjoni għal dijossidu tal-karbonju

    1. Il-konċentrazzjoni ta’ dijossidu tal-karbonju għal stordament ta’ ħnieżer għandu jkun minn ta’ lanqas 70 % fil-volum.

    2. Il-kamra li fiha ħnieżer huma esposti għall-gass, u t-tagħmir użat biex jgħaddu l-ħnieżer minnu, irid ikun hekk disinjat, mibni u miżmum sabiex jevita weġgħat lill-ħnieżer u tagħfis tas-sider u jħallihom jibqgħu wefqin sakemm jitilfu s-sensi. Dawl xieraq irid jiġi provdut fil-mekkaniżmu tal-conveying u l-kamra biex tħalli ħnieżer jaraw ħnieżer oħra jew il-madwar tagħhom.

    3. Il-kamra trid tkun mgħammra b’apparat għal kalkolu tal-konċentrazzjoni ta’ gass fil-punt ta’ esposizzjoni massima u li tagħti twissija ċara li tinstema’ u tidher jekk il-konċentrazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju taqa’ taħt il-livell meħtieġ.

    4. Ħnieżer għandhom jitqiegħdu f’imwaqel jew kontejners li fihom jistgħu jaraw lil xulxin u mgħoddija f’kamra tal-gass fi żmien 30 sekonda mid-dħul tagħhom fl-installazzjoni. Iridu jiġu mgħoddija malajr kemm jista’ jkun mid-dħul sal-punt ta’ konċentrazzjoni massima tal-gass u jridu jiġu esposti għalih għal tul ta’ ħin biżżejjed biex jiżgura li jibqgħu storduti sakemm jinqatlu.

    III. ĦTIĠIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL QTIL

    1. Pistola jew senter ta’ balla libera

    Dawn il-metodi, li għandhom jintużaw biex joqtlu speċi varji, partikolarment annimali slavaġġ u ċriev kbar u mrobbija, huma soġġetti għal awtorizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti, li trid tiżgura partikolarment li huma użati minn personal kwalifikat kif xieraq u f’konformità mad-disposizzjonijiet ġenerali ta’ l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.

    2. Dekapitazzjoni u diżlokazzjoni ta’ l-għonq

    Dawn il-metodi, li għandhom jintużaw biss għal qtil ta’ tjur, huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti, li trid tiżgura partikolarment li huma użati minn personal kwalifikat kif xieraq u f’konformità mad-disposizzjonijiet ġenerali ta’ l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.

    3. Ixxukkjar u dijossidu tal-karbonju

    L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-qtil ta’ speċi varji b’dawn il-metodi provdut li, minbarra d-disposizzjonijiet ġenerali ta’ l-Artikolu 3, jitħarsu d-disposizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-punt II (3) u (4) ta’ dan l-Anness. Għandha wkoll, biex tikseb dan, tqiegħed is-saħħa u t-tul tal-kurrent użat u l-konċentrazzjoni u t-tul ta’ l-espożizzjoni ta’ dijossidu tal-karbonju.

    4. Kamra bla arja

    Dan il-metodu, li għandu jintuża biss għal qtil mingħajr skarnar ta’ ċerti annimali għall-konsum li jagħmlu parti mill-ispeċi ta’ tjur imrobbija (summien, perniċi u faġan), hu soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti, li għandha tiżgura, minbarra konformità mal-ħtiġiet imqiegħda fl-Artikolu 3, li:

    - l-annimali huma mqiegħda f’kamra bla arja li fiha vakum ikun milħuq malajr permezz ta’ pompa elettrika qawwija,

    - il-vakum ikun miżmum sakemm l-annimali jkunu mejta,

    - l-annimali jkunu miżmuma fi gruppi f’kontejners ta’ trasport li jkunu jistgħu jiġu mqiegħda fil-kamra tal-vakum, li huma disinjati għal dak l-iskop.

    --------------------------------------------------

    ANNESS D

    FSID TA’ ANNIMALI

    1. Għal annimali li jkunu ġew storduti, il-fsid irid jinbeda malajr kemm jista’ jkun wara l-istordament u għandu jsir b’tali mod li jġib miegħu fsid malajr, bl-abbundanza u komplet. F’kull każ, il-fsid irid isir qabel ma’ l-annimal jerġa’ jikseb is-sensi.

    2. L-annimali kollha li jkunu ġew storduti għandhom jinfisdu billi tinqata’ minn ta’ lanqas waħda mill-arterji karoditi jew il-vini li joħorġu minnhom.

    Wara l-qtugħ tal-vini tad-demm, ma jistgħux isiru xi proċeduri ta’ tbiċċir u lanqas ta’ xi stimulazzjoni elettrika fuq l-annimali qabel ma l-fsid ikun intemm.

    3. Meta persuna waħda hi responsabbli għall-istordament, tixkil, irfiegħ u fsid ta’ annimali, dik il-persuna trid tagħmel dawk l-operazzjonijiet konsekuttivament fuq annimal wieħed qabel ma tagħmilhom fuq annimal ieħor.

    4. Back up manwali jrid ikun disponibbli fejn tjur ikunu mifsuda permezz ta’ skarnatriċi awtomatiċi ta’ l-għonq sabiex, fl-każ ta’ ħsara, għasafar jistgħu jinqatlu mill-ewwel.

    --------------------------------------------------

    ANNESS E

    METODI TA’ QTIL GĦAL KONTROLL TA’ MARD

    Metodi permessi

    Kull metodu permess taħt Anness Ċ li jikkawża ċertu mewt.

    Minbarra dan, l-awtorità kompetenti tista’, f’konformità mad-disposizzjonijiet ġenerali ta’ l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, tippermetti l-użu ta’ metodi oħra għat-tbiċċir ta’ annimali f’sensihom, billi tiżgura partikolarment li:

    - jekk metodi huma użati li ma jikkawżax mewt mill-ewwel (per eżempju, sparar bil-bolt ta’ qbid), miżuri xierqa għandhom jittieħdu biex joqtlu lill-annimali malajr kemm jista’ jkun, u f’kull każ qabel ma jerġgħu jiġu f’sensihom,

    - xejn aktar ma jsir lill-annimali qabel ma jkun aċċertat li huma mejta.

    --------------------------------------------------

    ANNESS F

    METODI TA’ QTIL TA’ ANNIMALI BIS-SUF

    I. Metodi permessi

    1. Strumenti operati mekkanikament li jidħlu fil-moħħ.

    2. Injezzjoni ta’ overdose ta’ droga bi kwalitajiet ta’ loppju.

    3. Ixxukkjar b’waqfien tal-qalb.

    4. Espożizzjoni għal monossidu tal-karbonju.

    5. Espożizzjoni għal kloroformju.

    6. Esposizzjoni għal dijossidu tal-karbonju.

    L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi fuq il-metodu l-aktar xieraq għal tbiċċir ta’ speċi differenti konċernati f’konformità mad-disposizzjonijiet ġenerali ta’ l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.

    II. Ħtiġiet speċifiċi

    1. Strumenti operati mekkanikament li jidħlu fil-moħħ.

    (a) L-istrumenti jridu jkunu pożizzjonati sabiex jiġi żgurat li l-balla tidħol fir-ras..

    (b) Dan il-metodu hu permess biss jekk ikun segwit bi fsid mill-ewwel.

    2. Injezzjoni ta' overdose ta' droga bi kwalitajiet ta' loppju.

    Dawk il-loppju, dożi u applikazzjonijiet biss li jikkawżaw telf immedjat tas-sensi segwiti bil-mewt jistgħu jintużaw.

    3. Ixxukkjar b'waqfien tal-qalb.

    Elettrodi iridu jitqiegħdu sabiex jiksu l-moħħ u l-qalb u l-livell ta’ kurrent minimu wżat irid iwassal għal telf mill-ewwel tas-sensi u waqfien tal-qalb. Iżda, għal ilpup, fejn elettrodi huma applikati lill-ħalq u l-warrani, kurrent ta’ valur average ta’ 0,3 amps irid jiġi applikat għal minn ta’ lanqas 3 sekondi.

    4. Espożizzjoni għal monossidu tal-karbonju.

    (a) Il-kamra li fiha l-annimali huma esposti għall-gass trid tkun disinjata, mibnija u miżmuma b’tali mod li jiġu evitati weġgħat lill-annimali u tħallihom jiġu sorveljati.

    (b) L-annimali jridu jiġu mdaħħla fil-kamra biss wara li tkun ġiet mimlija b’konċentrazzjoni ta’ monossidu tal-karbonju ta’ minn ta’ lanqas 1 % ta’ volum, fornit b’sors ta’ 100 % monossidu tal-karbonju.

    (ċ) Il-gass provdut minn magna adattata speċjalment għal dak l-iskop tista’ tintuża biex toqtol mustelids u chinchillas provdut li testijiet ikunu wrew li l-gass użat:

    - ikun ġie mkessaħ tajjeb,

    - ikun ġie ffiltrat tajjeb,

    - ikun ħieles minn xi materja jew gass li jirrita,

    - u li l-annimali ma jistgħux jitqiegħdu fil-kamra sakemm il-konċentrazzjoni ta’ monossidu tal-karbonju tkun laħqet minn ta’ lanqas 1 % fil-volum.

    (d) Meta inalat, il-gass irid l-ewwel idaħħal loppju ġenerali qawwi u mbagħad irid jikkawża ċertu mewt.

    (e) L-annimali jridu jibqgħu fil-kamra sakemm ikunu mejta.

    5. Espożizzjoni għal kloroformju.

    Espożizzjoni għal kloroformju tista tiġi użata biex toqtol chinchillas provdut li:

    (a) il-kamra li fiha l-annimali jkunu esposti għall-gass hi disinjata, mibnija u miżmuma b’tali mod li tevita weġgħat lill-annimali u tħallihom jiġu sorveljati;

    (b) l-annimali huma mdaħħla fil-kamra biss jekk tkun fiha kunpost saturat ta’ l-arju tal-kloroformju.

    (ċ) meta inhaled, il-gass irid l-ewwel idaħħal loppju ġenerali qawwi u mbagħad irid jikkawża ċertu mewt.;

    (d) l-annimali jridu jibqgħu fil-kamra sakemm ikunu mejta..

    6. Espożizzjoni għal dijossidu tal-karbonju

    Dijossidu tal-karbonju jista’ jintuża biex jinqatlu mustelids u chinchillas provdut li:

    (a) il-kamra li fiha l-annimali jkunu esposti għall-gass hi disinjata, mibnija u miżmuma b'tali mod li tevita weġgħat lill-annimali u tħallihom jiġu sorveljati;

    (b) l-annimali huma mdaħħla fil-kamra biss meta l-atmosfera jkun fiha l-ogħla konċentrazzjoni possibbli ta’ dijossidu tal-karbonju suplit minn sors ta’ 100 % dijossidu tal-karbonju;

    (ċ) meta inalat il-gass irid l-ewwel idaħħal loppju ġenerali qawwi u mbagħad irid jikkawża ċertu mewt.;

    (d) l-annimali jridu jibqgħu fil-kamra sakemm ikunu mejta.

    --------------------------------------------------

    ANNESS Ġ

    QTIL TA’ FLIELES ŻEJDA U FETI FIR-RIFJUT TA’ MQAFES

    I. Metodi permess għall-qtil ta’ flieles

    1. Użu ta’ apparat mekkaniku li jikkawża mewt malajr.

    2. Espożizzjoni għal dijossidu tal-karbonju..

    3. Iżda, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti l-użu ta’ metodi oħra ta’ qtil rikonoxxuti xjentifikament provdut li jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ġenerali ta’ Artikolu 3.

    II. Ħtiġiet speċifiċi

    1. Użu ta' apparat mekkaniku li jwassal għal mewt malajr

    (a) L-annimali jridu jinqatlu b’apparat li fih xfafar tat-tbiċċir li jduru malajr operati mekkanikament jew proġezzjonijiet esteżi tal-polistirene.

    (b) Il-kapaċità ta’ l-appart trid tkun biżżejjed biex tiżgura li l-annimali kollha huma maqtula mill-ewwel, anke jekk huma mqandla f’numri kbar.

    2. Espożizzjoni għal dijossidu tal-karbonju

    (a) L-annimali jridu jitqiegħdu f’atmosfera bl-ogħla konċentrazzjoni li tista’ tinkiseb ta’ dijossidu tal-karbonju, fornita b’sors ta’ 100 % dijossidu tal-karbonju.

    (b) L-annimali jridu jibqgħu f’din l-atmosfera sakemm ikunu mejta.

    III. Metodu permess għall-qtil ta' feti

    1. Biex jinqatel xi fetu ħaj mill-ewwel, kull rifjut ta’ bokkaport irid jiġi trattat mill-apparat mekaniku msemmi fil-punt II (1).

    2. Iżda, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti l-użu ta' metodi oħra ta' qtil rikonoxxuti xjentifikament provdut li jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ġenerali ta' Artikolu 3

    --------------------------------------------------

    Top