Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0054

    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/54/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 li temenda d-Direttiva 91/67/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqiegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ l-akwakultura

    ĠU L 175, 19.7.1993, p. 34–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32006L0088

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/54/oj

    31993L0054



    Official Journal L 175 , 19/07/1993 P. 0034 - 0037
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0011
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0011


    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/54/KEE

    ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993

    li temenda d-Direttiva 91/67/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqiegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ l-akwakultura

    IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 dwar dan,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 28 ta’ Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqiegħed fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ l-akwakultura [4], huwa meħtieġ li tkun riveduta l-lista ta’ mard esiġita fl-Anness A ta’ l-imsemmija Direttiva; billi din ir-reviżjoni għandha tieħu akkont kemm tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-esperjenza akkwistata u l-fehma tal-Kumitat Veterenarju Xjentifiku;

    Billi, b’sussegwentement tal-fehma tal-Kumitat Veterenarju Xjentifiku, il-lista ta’ mard għandha tkun emendata sabiex jittieħed akkont ta’ l-aħħar sejbiet epidemjoloġiċi u l-esperjenza akkwistata;

    Billi s-sitwazzjoni dwar il-mard li hu eżotiku għal ħtiġijiet tal-Komunità jeħtieġ li jiġi rrivedut u billi d-data epidemjoloġika attwali tindika li s-suxxettibbiltà ta’ ċertu speċi għal ċertu mard li huwa endemiku fil-Komunità u l-klassifikazzjoni ta’ dak il-mard fil-listi II jew III ta’ l-Anness A tad-Direttiva 91/67/KEE għandu jkun meqjus mill-ġdid;

    Billi huwa meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti ħtiġijiet esiġiti fid-Direttiva 91/67/KEE, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-proċedura għall-approvazzjoni ta’ żoni u dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali ta’ l-akwakultura li ma jappartjenux għall-ispeċi suxxettibbli,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 91/67/KEE hija b’hekk emendata kif ġej:

    1. fl-Artikolu 3

    (a) il-paragrafu 1 (ċ) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "(ċ) m’għandhomx jiġu minn kull razzet li huwa suġġett għal kull projbizzjoni għal raġunijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u li ma jridux ikunu ġew f’kuntatt ma annimali minn kull razzet bħal dak, u b’mod partikolari minn razzet li huwa suġġett għal miżuri ta’ kontroll fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/53/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri minimi tal-Komunità għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut [5];"

    (b) il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

    "4. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 93/53/KEE f’dak li għandu x’jaqsam dwar il-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut, b’mod partikolari l-mard f’lista I";

    2. fl-Artikolu 5(1), il-kliem tad-daħla għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

    "1. Sabiex jiġi akkwistat, għal wieħed jew aktar mill-mard li hemm referenza għaliħ fl-Anness A, kolonna 1, lista II, l-istat ta’ żona approvata, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni:";

    3. l-Artikolu 5(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "2. Il-Kummissjoni għandja tgħarbel l-informazzjoni li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tuża din l-informazzjoni bħala s-sisien għall-approvazzjoni ta’ żoni b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26. Jekk, b’mod konformi ma’ l-Anness B, taħt I.D.5, II.D jew III.D.5, l-approvazzjoni ta’ kull żona tkun imneħħija mis-servizz uffiċjali, il-Kummissjoni għandha tirrevoka d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tagħha. L-approvazzjoni mill-ġdid taż-żona kkonċernata għandu jseħħ bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26.";

    4. Fl-Artikolu 6(1), il-kliem tad-daħla għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

    "1. Sabiex ikun akkwistat, għal waħda jew aktar mill-mard li għalih hemm referenza fl-Anness A, kolonna 1, lista II, l-istat ta’ razzett approvat illokalizzat f’żona mhux approvata, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni:";

    5. Fl-Artikolu 7(1), il-kliem tad-daħla għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

    "1. It-tqegħid fis-suq ta’ ħut ħaj li jappartjeni għall-ispeċi suxxettibbli li għaliha hemm referenza fl-Anness A, kolonna 2, lista II, il-bajd jew il-gametes tagħhom, għandhom ikunu suġġetti għal garanziji addizzjonali segwenti:";

    6. Fl-Artikolu 8(1), il-kliem tad-daħla għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

    "1. It-tqegħid fis-suq ta’ molluski ħajjin li għalihom hemm referenza fl-Anness A, il-kolonna 2, lista II, għandu jkun suġġett għal garanziji addizzjonali li ġejjin:";

    7. fl-Artikolu 9, l-ewwel sentenza ta’ punt 1 għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

    "1. Ħut li huwa suxxettibbli għall-mard li għalih hemm referenza fl-Anness A, il-kolonna 1, lista II, għandu jiġi maqtul u eviskerat qabel ma jiġi kkonsenjat.";

    8. fl-Artikolu 9, l-ewwel sentenza ta’ punt 2 għandha tkun mibdula b’dan li ġej:

    "2. Molluski ħajjin li huma suxxettibli għall-mard li għalihom hemm referenza fl-Anness A, il-kolonna 1, lista II, għandu jiġi kkonsenjat jew direttament għal konsum uman jew inkella lill-industrija ta’ l-ippriservar; m’għandhomx ikunu mqegħda mill-gdid fl-ilmijiet sa kemm:";

    9. l-Artikolu 14 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "Artikolu 14

    1. Mingħajr preġudizju għall-ħtiġiet tal-mard li għalihom hemm referenza fl-Anness A, il-kolonna ċ, lista III, stabbilita b’mod konformi ma’ l-Artikoli 12 u 13, it-tqegħid fis-suq ta’ ħut ħaj maqbud minn irziezet tal-ħut li ma jappartjenux għall-ispeċi suxxettibbli li hemm referenza għalihom fl-Anness A, kolonna 2, lista II, kif ukoll il-bajd u l-gametes tagħhom għandhom ikunu suġġetti għal ħtiġiet addizzjonali segwenti:

    (a) meta dawn jiġu introdotti f’żona approvata, huma għandhom, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 11, ikunu akkumpanjati b’kull dokument ta’ ċaqlieq li jikkorrispondi għal mudell li għandu jiġi mħejji b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, li jiċċertifika li dawn ikunu ġejjin minn kull żona ta’ l-istess stat ta’ saħħa, minn kull razzet approvat f’kull żona li ma hiex approvata jew minn razzet li jista’ jkun jinstab f’żona mhux approvata bil-kondizzjoni li razzet bħal dak ma jkun fih l-ebda ħut ta’ l-speċi suxxettibbli li għalihom hemm referenza fl-Anness A, kolonna 2, lista II, u li ma jkunx konness ma’ xmajjar jew ma’ ilmijiet kostali jew ta’ ilmijiet estwarji.

    Madanakollu, sakemm joħroġ ir-riżultat ta’ l-analiżi li għalih hemm previst fl-Artikolu 28, l-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ kull proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, jitolbu għal kull deroga mis-subparagrafu preċedenti, b’mod partikolari sabiex jiġi pprojbit id-dħul f’kull żona approvata ta’ ħut li għalih hemm referenza f’dan il-paragrafu li joriġina minn kull razzet approvat li jinstab f’kull żona mhux approvata bil-kondizzjoni li razzett bħal dan ma jkun fih l-ebda ħut li jappartjeni għall-ispeċi suxxettibbli li għalihom hemm referenza fl-Anness A, il-kolonna 2, lista II, u li ma jkollux konnessjoni ma’ kull korsa ta’ l-ilma jew ilmijiet kostali ta’ ilmijiet estwari. Sabiex jiżgura konformità uniformi ma’ dik id-disposizzjoni, kondizzjonijiet u miżuri xierqa għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ l-istess proċedura. Sakemm iseħħu dawk id-deċiżjonijiet, ir-regoli nazzjonali rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw bla ħsara għal konformità mad-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat;

    (b) meta dawn jiġu introdotti f’kull razzett approvat li, għalkemm jinstab f’kull żona mhux approvata, jeżawrixxi l-kondizzjonijiet ta’ l-Anness Ċ, huma għandhom, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 11, ikunu akkumpanjati b’kull dokument ta’ ċaqlieq li jikkorrespondi mal-mudell li għandu jkun imħejji b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, li jiċċertifika li dawn ikunu ġejjin minn kull żona approvata, minn kull razzett ta’ l-istess stat ta’ saħħa jew minn razzett li jista’ jinstab f’kull żona mhux approvata bil-kondizzjoni li razzett bħal dak ma jkun fih l-ebda ħut li jappartjeni għall-speċi suxxettibbli li għalih hemm referenza fl-Anness A, il-kolonna 2, lista II, u li ma jkunx konness ma’ kull perkors ta’ ilma jew ma’ ilmijiet kostali jew ilmijiet ta’ estwarju.

    2. Il-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għat-tqegħid fis-suq ta’ molluski mkabbra fl-irziezet li ma jappartjenux għall-ispeċi suxxettibbli li għalihom hemm referenza fl-Anness A, kolonna 2, lista II.

    3. Mingħajr preġudizju għall-ħtiġiet għal mard li hemm referenza dwaru fl-Anness A, il-kolonna 1, lista III, stabbilita b’mod konformi ma’ l-Artikoli 12 u 13, it-tqegħid fis-suq ta’ ħut selvaġġ, molluski jew krustaċeji slavaġ, il-bajd u l-gametes tagħhom, għandhom ikunu suġġetti għal dawn il-ħtiġiet addizzjonali segwenti:

    (a) meta dawn ikunu ser jiġu introdotti f’kull żona approvata, huma għandhom, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 11, ikunu akkumpanjati b’kull dokument ta’ ċaqlieq, li jikkorrispondi mal-mudell li għandu jiġi mħejji b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, li jiċċertifika li dawn huma ġejjin minn żona ta’ l-istess stat ta’ saħħa;

    (b) meta dawn ikunu ser jiġu introdotti f’kull razzett approvat, li għalkemm jinstabu f’kull żona mhux approvata, jeżawrixxi l-kondizzjonijiet ta’ l-Anness Ċ, huma għandhom, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 11, jiġi akkumpanjat b’kull dokument ta’ ċaqlieq, li jikkorrespondi għall-mudell li għandu jiġi mħejji b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, li jiċċertifika li dawn ikunu ġejjin minn kull żona approvata;

    (ċ) meta annimali bħal dawn ikunu maqbuda f’baħar fond u għandhom ikunu użati għat-tnissil f’żoni approvati u rziezet approvati, dawn għandhom jitqiegħdu fi kwarantina taħt is-superviżjoni tas-servizz uffiċjali f’faċilitajiet adatti u taħt il-kondizzjonijiet xierqa li għandhom jiġu ddeterminati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26.

    4. Il-ħtiġiet stabbiliti f’paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx japplikaw meta esperjenza prattika u/jew evidenza xjentifika tkun uriet li ma jkun hemm l-ebda tixrid passiv tal-mard meta annimali ta’ l-akwakultura, il-bajd u l-gametes tagħhom, li ma jappartjenux għall-ispeċi suxxettibbli li għalihom hemm referenza fl-Anness A, il-kolonna 2, lista II, ikunu mċaqalqa minn kull żona mhux approvata lejn kull żona approvata.

    B’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-lista ta’ annimali ta’ l-akwakultura li dwarhom id-deroga li għaliha hemm referenza fl-ewwel subparagrafu għandha tkun applikabbli u, fejn meħtieġ, għandha temenda dik il-lista fid-dawl ta’ żviluppi xjentifċi u teknoloġiċi. Il-kondizzjonijiet speċjali għat-tqegħid ta’ dawn l-annimali fis-suq, inkluż il-mudell tad-dokument meħtieġ biex jakkumpanjahom, għandhom ikunu stabbiliti w emendati skond l-istess proċedura.

    5. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal ħut tropikali ornamentali miżmum permanentament fl-akkwarji.";

    10. il-paragrafu li ġej għandu jkun magħdud ma’ l-Artikolu 19:

    "4. Jekk sa l-1 ta’ Jannar 1994 l-ebda deċiżjoni ma tkun ittieħdet f’dak li jirrigwarda t-tħejjija tal-lista li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1, il-miżuri transizzjonali meħtieġa jistgħu jiġu adottati, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, għal kull perijodu ta’ tliet snin.";

    11. il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 20:

    "3. Sakemm jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni li hemm previst għalihom f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-importazzjoni ta’ annimali u prodotti ta’ l-akwakultura minn pajjiżi terzi tkun suġġetta għal kondizzjonijiet li huma mill-anqas ekwivalenti għal dawk li japplikaw għal produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-Komunità;";

    12. L-Artikolu 24 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "Artikolu 24

    Jekk kull marda infettiva jew li tittieħed ta’ annimali ta’ l-akwakultura, li x’aktarx tipperikola s-saħħa ta’ mrieħel ħajjin f’kull Stat Membru, toħroġ jew tinxtered f’kull pajjiż terz jew jekk għal xi raġuni oħra ta’ saħħa ta’ l-annimali hekk tiġġustifika, proċeduri u miżuri stabbiliti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 90/675/KEE għandhom jiġu applikati f’dak li jirrigwarda prodotti ta’ l-akwakultura u dawk stabbiliti fl-Artikolu 18 tad- Direttiva 91/496/KEE għandhom japplikaw f’dak li jirrigwarda annimali ta’ l-akwakultura.";

    13. L-Anness A għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "

    ANNESS A

    LISTI TA’ MARD/PATOĠENI TA’ ĦUT, MOLLUSKI U KRUSTAĊEJI

    1 | 2 |

    Mard/patoġeni | Speċi suxxettibbli |

    LISTA I

    Ħut

    Anemija infettuża tas-salamun (ISA) | Salamun ta' l-Atlantiku (Salmo solar) |

    LISTA II

    Ħut

    Septiċimja emmoroġika virali (VHS) | Speċi tas-salmonidi; Salamun griż (grayling)(Thymallus thymallus); Ħut mhux żejtni (Whitefish) (Coregonus spp.); Imsell (Esox lucius) Rombu (Scophthalmus maximus) |

    Nekrożi ħematopojetika infettuża (IHN) | Speċi tas-salmonidi; Imsell għall-qali (esox lucius) |

    Molluski

    Bonamia ostreae | Gandoffli ċatti (Ostrea edulis) |

    Marteilla refringens | Gandoffli ċatti (Ostrea edulis) |

    LISTA III

    Ħut

    Nekrożi pankreatika infettuża (IPN) Viremja tar-rebbiegħa tal-karpjun (SVC) Mard bakterjoloġiku tal-kliewi (BKD) (Renibacterium salmonidarum) Furunculosi (Aeromonas salmonicida) (Mard enteriku tal-'ħalq aħmar') (ERM) (Yersinia ruckeri) Gyrodactylus salaries | Għandhom jiġu speċifikati fil-programm li hemm referenza dwaru fl-Artikoli 12 u 13' |

    Krustaċeji

    Pesta ta' Ċkala kbar (Aphanomyces astaci)' | |

    "

    14. Referenzi għal ‘lista I’ ta’ l-Anness A għandhom jiġu mħassra mill-Annessi B, C u D.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1994; u għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom kull referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex jagħmlu kull referenza bħal dik għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta’ Ġunju 1993.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. Westh

    [1] ĠU Ċ 324, ta’ l- 10.12.1992, p. 16.

    [2] ĠU Ċ 150, tal- 31.5.1993.

    [3] ĠU Ċ 129, ta’ l- 10.5.1993, p. 6.

    [4] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1.

    [5] ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 23.

    --------------------------------------------------

    Top