EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993D0423

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 1993 li tawtorizza l-Istati Membri biex jipprovdu għall-derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KKE fir-rigward ta’ injam koniferu mnixxef fil-forn, li joriġina mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, u li jistabbilixxi d-dettalji tas-sistema indikatriċi li għandha tkun applikata lill-injam imnixxef fil-forn

ĠU L 195, 4.8.1993, p. 55–57 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/423/oj

31993D0423



Official Journal L 195 , 04/08/1993 P. 0055 - 0056
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 23 P. 0016
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 23 P. 0016


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-22 ta’ Ġunju 1993

li tawtorizza l-Istati Membri biex jipprovdu għall-derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KKE fir-rigward ta’ injam koniferu mnixxef fil-forn, li joriġina mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, u li jistabbilixxi d-dettalji tas-sistema indikatriċi li għandha tkun applikata lill-injam imnixxef fil-forn

(93/423/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 fuq miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u prodotti tal-pjanti u kontra l-firxa tagħhom ġewwa l- Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/19/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 14(3), it-tielet inċiż tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mill-Istati Membri,

Billi taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/93/KEE, minħabba r-riskju ta’ l-introduzzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara, l-injam tal-koniferi (Coniferales), ħlief dik tal-Thuja L., ħlief għall-injam fil-forma ta’:

- laqx, partiċelli, skart ta’ l-injam, jew skart miksub fi sħiħ jew f’parti minn dawn il-koniferi,

- kaxxi ta’ l-ippakkjar, qratel jew tankijiet,

- palletta, palletti tal-kaxxa jew load boards oħra,

- serratura, spacers u irfid,

imma inkluż dak li ma żammx il-wiċċ naturali tond, li joriġina mill-Kanada, iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Korea, it-Taiwan u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ma jistax ikun introdott fil-Komunità, sakemm ma jkunx għadda minn trattament ta’ sħana xieraq biex jilħaq temperatura minima fil-qalba ta’ 56 °C għall-30 minuta u jekk ma jkunx akkumpanjat biċ-ċertifikati preskritti fl-Artikolu 7 jew 8 ta’ l-imsemmija Direttiva;

Billi injam tal-koniferi li joriġina mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika huwa bħalissa introdott ġewwa l-Komunità; billi f’dan il-każ, ċertifikati fitosanitarji mhumiex ġeneralment maħruġa f’dak il-pajjiż, billi d-dettalji tas-sistema indikatriċi mhumiex ġeneralment maħruġa f’dak il-pajjiż; billi għandhom ikunu stabbiliti d-dettalji tas-sistema indikattriċi li għandhom ikunu applikati għall-injam, biex ikun konfermat li l-injam għadda mit-trattament tas-sħana meħtieġa li tilħaq 56 °C għal 30 minuta fil-qalba ta’ l-injam;

Billi, fir-rigward ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Kummissjoni stabbiliet, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, li programm uffiċjalment approvat u monitorjat ta’ tnixxif ta’ l-injam fil-forn ġie stabbilit biex ikun żgurat li l-injam huwa mnixxef fil-forn matul perjodu ta’ żmien suffiċjenti biex isseħħ l-mewt bis-sħana ta’ l-organiżmi ta’ ħsara konċernati (Bursaphelenchus xylophilus u l-vetturi tiegħu); billi r-riskju tat-tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara jitnaqqas sakemm l-injam ikun akkumpanjat b’ċertifikat tat-trattament tas-sħana bl-użu ta’ faċilità tal-forn maħruġ taħt dak il-programm;

Billi l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Uniti ta’ l-Amerika tagħmel disponibbli kull informazzjoni teknika meħtieġa biex ikun stmat l-funzjonament tal-programm imsemmi;

Billi din l-awtorizzazzjoni għandha tkun riveduta sa’ mhux aktar tard mill-1 ta’ April 1995;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq Saħħet il-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri huma hawnhekk awtorizzati li jipprovdu taħt il-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 2 għal deroga mill-Artikolu 7(2) u 12 (1) (b) tad-Direttiva 77/93/KEE, għall-injam koniferu li jkun għadda t-trattament xieraq tas-sħana, li joriġina mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

2. Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti:

(a) l-injam għandu jkun manifatturat f’segeriji jew trattati f’postijiet approvati u kwalifikati mis-Servizz ta’ l-Ispezzjoni tas-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Pjanti, Dipartiment US ta’ l-Agrikoltura biex jipparteċipa fil-programm ta’ l-injam imnixxef fil-forn;

(b) l-injam għandu jitnixxef f’forn matul perjodu ta’ żmien biżżejjed biex tintlaħaq it-temperatura fil-qalba ta’ 56 °C għall-30 minuta f’forn eżaminat u approvat għal dan l-iskop minn bureau uffiċjali ta’ klassifikazzjoni/ispezzjoni approvat għal dan l-iskop mis-Servizz ta’ l-Ispezzjoni tas-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Pjanti, Dipartiment US ta’ l-Agrikoltura; fil-każ ta’ l-użu ta’ skeda fejn it-temperatura dry-bulb ma tilħaqx 56 °C, il-proċess tat-tnixxif tal-forn għandu jinkludi perjodu ta’ kondizzjoni fit-tmiem taċ-ċiklu tat-tnixxif, fejn it-temperatura tal-forn tilħaq 60 °C għal mill-anqas siegħa;

(ċ) meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti taħt (b), marka standardizzata għandha tkun mwaħħla ma’ kull qatta’, jew fuq it-tgeżwir tagħhom, minn jew taħt is-superviżjoni ta’ uffiċjal maħtur tas-segerija msemmija f’(a);

(d) għandha titwaqqaf sistema biex tiżgura li l-kondizzjonijiet preskritti f’(b) u (ċ) huma sodisfatti mill-aġenziji uffiċjali ta’ gradi, kwalifikati u awtorizzati għal dak l-iskop taħt programm approvat u kontrollat mis-Servizz ta’ l-Ispezzjoni tas-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Pjanti, Dipartiment US ta’ l-Agrikoltura;

(e) sistema ta’ verifika għandu jipprovdi għal spetturi tas-Servizz ta’ l-Ispezzjoni tas-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Pjanti, Dipartiment ta’ l-Agrikoltura SU, li jmmonitorjaw is-segeriji kwalifikati msemmija f’(a) u li jagħmlu spezzjonijiet okkażjonali qabel l-imbark;

(f) l-injam għandu jkun akkumpanjat minn ‘ċertifikat ta’ trattament bis-sħana bl-użu tal-forn’ li huwa standardizzat taħt programm msemmi taħt (a), u li jikkonforma mal-kampjun mogħti fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, u li jinħareġ minn persuna awtorizzata fl-isem is-segeriji biex jipparteċipaw f’dak il-programm approvat mis-Servizz ta’ l-Ispezzjoni tas-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Pjanti, Dipartiment US ta’ l-Agrikoltura.

Artikolu 2

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet provduti fl-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 77/93/KEE, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-każijiet tal-konsenji introdotti bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni li ma jħarsux il-kondizzjonijiet preskritti taħt l-Artikolu 1(2)(ċ) u (f).

Artikolu 3

L-awtoriżżazzjoni mogħtija fl-Artikolu 1 għandha tgħodd mill-1 ta’ Ġunju 1993. Tista’ titħassar jekk ikun stabbilit li l-kondizzjonijiet preskritti mill-Artikolu 1(2) mhumiex biżżejjed biex ma jħallux l-introduzzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara jew jekk ma jkunux tħarsu.

L-awtoriżżazzjoni għandha tkun riveduta sa’ mhux aktar tard mill-1 ta’ April 1995.

Artikolu 4

Din-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula f’Brussel, fit-22 ta’ Ġunju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20.

[2] ĠU L 96, tat-22.4.1993, p. 33

--------------------------------------------------

ANEXOBILAGANHANGΠΑΡΑΡΤΗΜΑANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANEXO

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top