Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R3541

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3541/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li jipprojbixxi li jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet Irakini dwar kuntratti u transazzjonijiet li t-twettieq tagħhom ġie effettwat bir-Riżoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u r-riżoluzzjonijiet relatati

ĠU L 361, 10.12.1992, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/3541/oj

31992R3541



Official Journal L 361 , 10/12/1992 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0051
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0051


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3541/92

tas-7 ta' Diċembru 1992

li jipprojbixxi li jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet Irakini dwar kuntratti u transazzjonijiet li t-twettieq tagħhom ġie effettwat bir-Riżoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u r-riżoluzzjonijiet relatati

Il-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Billi, taħt ir-Regolamenti (KEE) Nru 2340/90 [1] u (KEE) Nru 3155/90 [2], il-Komunità ħadet miżuri biex timpedixxi l-kummerċ bejn il-Komunità u l-Iraq;

Billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti addotta r-Riżoluzzjoni 687 (1991) tat-3 ta' April 1991 li, fil-paragrafu 29 tagħha, tieħu ħsieb tal-pretensjonijiet ta' l-Iraq fir-rigward ta' kuntratti u t-transazzjonijiet li ġew effettwati bil-miżuri meħuda mill-Kunsill tas-Sigurtà skond ir-Riżoluzzjoni 661 (1990) u r-riżoluzzjonijiet relatati;

Billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha fil-laqgħa dwar Kooperazzjoni Politika qablu li l-Iraq irid jikkonforma bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 29 tar-Riżoluzzjoni 687 (1991) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u jikkunsidraw illi, fit-teħid tad-deċiżjoni jekk għandhomx inaqqsu jew ineħħu l-miżuri meħuda kontra l-Iraq, skond il-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni 687 tal-Kunsill tas-Sigurtà, għandu jittieħed kont partikolari ta' kull nuqqas min-naħa ta' l-Iraq milli jikkonforma mal-paragrafu 29 ta' l-istess Riżoluzzjoni;

Billi, b'konsegwenza ta' l-embargo kontra l-Iraq, l-operaturi ekonomiċi fil-Komunità u l-pajjiżi terzi huma esposti għar-riskju ta' pretensjonijiet min-naħa Irakina;

Billi huwa neċessarju li jiġu protetti b'mod permanenti l-operaturi kontra pretensjonijiet bħal dawn u sabiex iżżomm lill-Iraq milli jikseb kumpens għall-effetti negattivi ta' l-embargo;

Billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha f'laqgħa dwar Kooperazzjoni Politika qablu li jirrikorru għal mezz Komunitarju sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi, fil-Komunità kollha, tal-paragrafu 29 tar-Riżoluzzjoni 687 (1991) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;

Billi din l-implimentazzjoni uniformi hija essenzjali għall-ksib ta' l-għanijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u b'mod partikolari biex ikun evitat it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni;

Billi t-Trattat ma jipprovdix, għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, poteri aktar minn dawk ta' l-Artikolu 235,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

Adotta dan ir-Regolament:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

1. "kuntratt jew transazzjoni" tfisser kull transazzjoni ta' kull forma u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, kemm jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew partijiet differenti; għal dan il-għan "kuntratt" jinkludi bond, garanzija finanzjarja u indennizz jew kreditu kemm jekk legalment indipendenti u kemm jekk le u kull dispożizzjoni relatata taħt jew f'konnessjoni mat-transazzjoni;

2. "pretensjoni" tfisser kull pretensjoni, kemm jekk affermata permezz ta' proċeduri legali u kemm jekk le, magħmula qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, taħt jew b'konnessjoni ma' kuntratt jew transazzjoni, u b'mod partikolari tkun tinkludi:

(a) pretensjoni għat-twettieq ta' kull obbligu li jqum minn jew b'konnessjoni ma' kuntratt jew transazzjoni;

(b) pretensjoni għall-estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennità ta' kwalunkwe forma;

(ċ) pretensjoni għal kumpens fir-rigward ta' kuntratt jew transazzjoni;

(d) kontrotalba;

(e) pretensjoni għar-rikonoxximent jew infurzar, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, jew deċiżjoni, deċiżjoni arbitrali jew deċiżjoni ekwivalenti, tkun magħmula jew mogħtija fejn ikun;

3. "miżuri deċiżi skond ir-Resoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u riżoluzzjonijiet relatati" tfisser miżuri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew miżuri introdotti mill-Komunitajiet Ewropej jew minn xi Stat, pajjiż jew organizzazzjoni internazzjonali bi qbil ma', kif meħtieġ minn, jew in konnessjoni ma', l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet relevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jew xi azzjoni, inkluża kwalunkwe azzjoni militari, awtorizzata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, fir-rigward tal-invażjoni jew l-okkupazzjoni tal-Kuwajt mill-Iraq;

4. "persuna jew korp fl-Iraq" tfisser:

(a) l-Istat Iraki jew kull awtorità pubblika Irakina;

(b) kull persuna li tinsab fl-Iraq jew residenti hemmhekk;

(ċ) kull korp illi għandu l-uffiċċju reġistrat jew il-kwartieri ġenerali tiegħu fl-Iraq;

(d) kull korp ilkontrollat, direttament jew indirettament, minn wieħed jew aktar mill-persuni jew korpi hawn fuq imsemmija.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, it-twettieq ta' kuntratt jew transazzjoni għandu jitqies ukoll bħala li jkun ġie effettwat mill-miżuri meħuda skond ir-Riżoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u riżoluzzjonijiet oħra relatati fejn l-eżistenza jew il-kontenut tal-pretensjoni jirriżulta direttament jew indirettament minn dawk il-miżuri.

Artikolu 2

1. Huwa projbit li tkun milqugħa jew illi jittieħdu xi passi biex tkun milqugħa xi pretensjoni magħmula minn:

(a) persuna jew korp fl-Iraq jew li jaġixxi permezz ta' persuna jew korp fl-Iraq;

(b) kull persuna jew korp li jaġixxi, direttament jew indirettament, għan-nom ta' jew għall-benefiċċju ta' wieħed jew iktar persuni jew korpi fl-Iraq;

(ċ) kull persuna jew korp li jieħu vantaġġ minn trasferiment jew drittijiet ta', jew inkella li jippretendi permezz ta' jew taħt, wieħed jew aktar persuni jew korpi fl-Iraq;

(d) kwalunkwe persuna jew korp ieħor msemmi fil-paragrafu 29 tar-Riżoluzzjoni 687 (1991) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;

(e) kull persuna jew korp li tagħmel pretensjoni li toħroġ minn jew f'konnessjoni mal-ħlas ta' bond jew garanzija finanzjarja jew indennità lil wieħed jew iktar mill-persuni u korpi hawn fuq imsemmija,

taħt jew b'konnessjoni ma' kuntratt jew transazzjoni li t-twettieq tiegħu ġie effettwat, direttament jew indirettament, fl-intier jew parti minnu, mill-miżuri meħuda skond ir-Riżoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u riżoluzzjonijiet oħra relatati.

2. Din il-projbizzjoni għandha tapplika ġewwa l-Komunità u għal kull ċittadin ta' Stat Membru u kull korp inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta' Stat Membru.

Artikolu 3

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda skond ir-Riżoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u r-riżoluzzjonijiet relatati, l-Artikolu 2 ma għandux japplika:

(a) għal pretensjonijiet li jkollhom x'jaqsmu ma' kuntratti jew transazzjonjiet, bl-eċċezzjoni ta' bonds, garanziji finanzjarji jew indennità, dwar liema l-persuni jew il-korpi msemmija fl-Artikolu msemmi jagħtu prova f'qorti ta' Stat Membru li l-pretensjoni ġiet aċċettata mill-partijiet sa minn qabel l-addozzjoni tal-miżuri meħuda skond ir-Riżoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Nazzjonijiet Uniti u r-riżoluzzjonijiet relatati u li dawk il-miżuri ma ħallew ebda effett fuq l-eżistenza jew il-kontenut tal-pretensjoni;

(b) għal pretensjonijiet għall-ħlas taħt kuntratt ta' assigurazzjoni fir-rigward ta' każ li jkun seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 jew taħt kuntratt ta' assigurazzjoni fejn din l-assigurazzjoni tkun obbligatorja taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(ċ) għal pretensjonijiet għall-ħlas ta' somom imħallsa f'kont, minn liema il-ħlas kien miżmum skond il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 sakemm dan il-ħlas ma jkollux x'jaqsam ma' somom imħallsa f'bonds fir-rigward ta' kuntratti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu msemmi;

(d) għal pretensjonijiet dwar kuntratti ta' xogħol soġġetti għal-liġi ta' kull Stat Membru;

(e) għal pretensjonijiet ta' ħlas ta' oġġetti li l-persuni jew il-korpi li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 jagħtu prova lil qorti fi Stat Membru li dawn kienu ġew esportati qabel l-addozzjoni tal-miżuri stabbiliti skond ir-Riżoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u r-riżoluzzjonijiet relatati u li dawk il-miżuri ma ħallew ebda effett fuq l-eżistenza jew il-kontenut tal-pretensjoni;

(f) għal pretensjonijiet għal somom li l-persuni jew korpi msemmija fl-Artikolu 2 jagħtu prova f'qorti fi Stat Membru li jkunu dovuti taħt kwalunkwe self magħmul qabel l-addozzjoni tal-miżuri stabbiliti skond ir-Riżoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u r-riżoluzzjonijiet relatati u li dawk il-miżuri ma kellhomx effett fuq l-eżistenza jew il-kontenut tal-pretensjoni,

sakemm il-pretensjoni ma tinkludi l-ebda ammont, bħala interessi, piż jew xorta oħra, sabiex tikkumpensa għall-fatt li t-twettieq kien, b'riżultat ta' dawk il-miżuri, mhux magħmul skond it-termini tal-kuntratt jew transazzjoni rilevanti.

Artikolu 4

F'kull proċediment għall-infurzar ta' pretensjoni, id-dmir li tingħata prova li s-sodisfazzjon tal-pretensjoni ma huwiex projbit mill-Artikolu 2 għandu jkun fuq il-persuna li tfittex l-infurzar ta' dik il-pretensjoni.

Artikolu 5

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet li jridu jiġu mposti meta d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiġu miksura.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis- 7 ta' Diċembru 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Hurd

[1] ĠU L 213, tad-9.8.1990. p. 1. Kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1194/91 (ĠU L 115, tat-8.5.1991, p. 37).

[2] ĠU L 304, ta' l-1.11.1990. p. 1. Kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1194/91 (ĠU L 115, tat-8.5.1991, p. 37).

[3] Opinjoni mogħtija fid-19 ta' Novembru 1992 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

--------------------------------------------------

Top