Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R3519

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3519/92 ta’ l-4 ta’ Diċembru 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-supplimenti għall-premium speċjali għall-produtturi taċ-ċanga u tal-vitella u għal-laġġu għall-manteniment ta’ baqar tal-ħalib fil-Gżejjer Kanarji

ĠU L 355, 5.12.1992, p. 22–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/3519/oj

31992R3519



Official Journal L 355 , 05/12/1992 P. 0022 - 0022
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0089
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0089


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3519/92

ta’ l-4 ta’ Diċembru 1992

li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-supplimenti għall-premium speċjali għall-produtturi taċ-ċanga u tal-vitella u għal-laġġu għall-manteniment ta’ baqar tal-ħalib fil-Gżejjer Kanarji

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 ta’ l-15 ta’ Ġunju 1992 li jirrigwarda miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Kanarji rigward ċerti prodotti agrikoli [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 12,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1601/92 fih dispożizzjonijiet għall-miżuri speċifiċi marbuta mal-produzzjoni agrikola fil-Gżejjer Kanarji; billi dawk il-miżuri jinkludu supplimenti għal-laġġu speċjali għall-annimali bovini rġiel u l-laġġu għall-manteniment tal-baqar tal-ħalib li għalihom hemm dispożizzjonijiet fil-leġislazzjoni tal-Komunità; billi, bil-għan li tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni, għandhom isiru dispożizzjonijiet biex l-għoti ta’ dawk is-supplimenti jseħħ bi tweġiba għall-applikazzjonijiet mibgħuta skond dawk l-iskemi tal-laġġu;

Billi, skond ir-Regolament (KEE) Nru 1601/92, miżuri speċifiċi huma applikkabli mill-1 ta’ Lulju 1992; billi għalhekk għandhom isiru dispożizzjonijiet biex ir-regoli dettaljati ta’ applikazzjoni jibdew iseħħu mill-istess data;

Billi l-miżuri li għalihom hemm dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal-laħam taċ-ċanga u l-vitella,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Is-suppliment għal-laġġu speċjali għall-annimali bovini rġiel imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1601/92 għandu jingħata a bażi ta’ applikazzjonijiet għal-laġġu speċjali għall-produtturi taċ-ċanga u tal-vitella.

2. Is-suppliment għall-fond għall-manteniment ta’ baqar tal-ħalib imsemmija fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1601/92 għandu jingħata a bażi ta’ applikazzjonijiet għal-laġġu għall-baqar tal-ħalib.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1992.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Diċembru 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13.

--------------------------------------------------

Top