EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R3279

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3279/92 tad- 9 ta’ Novembru 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ inbejjed aromatiċi, xorb aromatizzat b’bażi ta’ inbid u cocktails aromatizzati magħmula mill-inbid.

ĠU L 327, 13.11.1992, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/03/2015; Imħassar b' 32014R0251

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/3279/oj

31992R3279



Official Journal L 327 , 13/11/1992 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0177
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0177


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3279/92

tad- 9 ta’ Novembru 1992

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ inbejjed aromatiċi, xorb aromatizzat b’bażi ta’ inbid u cocktails aromatizzati magħmula mill-inbid.

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’kooperazjzoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali [3],

Billi l-użu ta’ kapsuli jew fojl b’bażi ta’ ċomb bħala għatu għall- mekkaniżmu li jagħlqu fuq kontenituri li fihom jitpoġġew l-inbejjed aromatizzati, ix-xorb aromatizzat b’bażi ta’ inbid u cocktails aromatizzati magħmula mill-inbid għandu jiġi projbit sabiex jiġi eliminat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, b’mod partikolari b’kuntatt aċċidentali ma’ dawk il-prodotti, u r-riskju ta’ tniġġiż ta’ l-ambjent minn skart li jkun fih iċ-ċomb li jinstab f’dawn il-kapsuli jew fojl; billi, madanakollu, il-fabbrikanti u l-utenti ta’ dawn il-kapsuli jew fojl għandhom jingħataw żmien biex jaġġustaw u dana billi l-projbizzjoni tiġi applikata mill-1 ta’ Jannar 1993 biss; billi huwa meħtieġ li l-prodotti fil-flixken li jkollhom kapsuli jew fojl b’bażi ta’ ċomb qabel id-data hawn fuq imsemmija jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw il-ħażniet kollha;

Billi huwa xieraq li ċerti definizjonijiet ta’ xorb aromatizzat b’bażi ta’ inbid jiġu adattati sabiex jiġu meqjusa aħjar il-prassi tradizzjonali tal-produzzjoni

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1601/91 [4] għandu jiġi emendat b’riżultat ta’ dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1601/91 huwa emendat kif gej:

1. l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 2(3)(a) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(a) xarba miksuba mill-inbid:

Sangria:

- aromatizzata biż-żjieda ta’ estratti jew essenzi tal-frott taċ-ċitru naturali,

- bil-meraq ta’ dan il-frott jew mingħajr,

- possibbilment:

- miżjuda bil-ħwawar,

- biz-zokkor,

- bil-CO2,

u li jkollu qawwa ta’ alkoħol akkwistata skond il-volum ta’ inqas minn12 % vol.";

2. L-Artikolu 2(3)(e) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(e) Kalte Ente:

xarba aromatizzata b’bażi ta’ inbid, miksuba bit-taħlita ta’ inbid semi-spumanti jew inbid semi-spumanti bil-CO2 miżjud ma’ inbid spumanti jew inbid spumanti miżjud bil-CO2, u biż-żieda ta’ sustanzi jew estratt ta’ lumi naturali, li it-togħma tagħhom għandha tkun tintiegħem sew. Il-prodott finali għandu jkun fih mhux anqas minn 25 % bil-volum ta’ inbid spumanti jew inbid spumanti bis-CO2 miżjud;".

3. il-paragrafu li ġej għandu jidħol fl-Artikolu 8:

"4a. Sa mill-1 ta’ Jannar 1993, il-prodotti fil-fliexken msemmija f’dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu maħzuna bil-għan li jinbiegħu jew jitpoġġew fuq is-suq f’reċipjenti b’mekkaniżmi ta’ għeluq mgħottija b’kapsuli jew fojl b’bazi ta’ ċomb. Madanakollu, il-bejgħ ta’ prodotti fil-fliexken li qabel dik id-data kellhom kapsuli bħal dawn jew fojl għandu jitħalla jsir sakemm jispiċċaw il-ħażniet."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid- 9 ta’ Novembru1992.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Hurd

[1] ĠU Ċ 69, 18.3.1992, p. 11.

[2] ĠU Ċ 241, 21.9.1992, p. 97. u d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 1992 (s’issa għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU Ċ 169, 6.7.1992, p. 1.

[4] ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.

--------------------------------------------------

Top