Is sliocht ón suíomh gréasáin EUR-Lex atá sa doiciméad seo
Doiciméad 31992R0900
Council Regulation (EEC) No 900/92 of 31 March 1992 amending Regulation (EEC) No 3677/90 laying down measures to be taken to discourage the diversion of certain substances to the illicit manufacture of narcotic drugs and psychotropic substances
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 900/92 tal-31 ta’ Marzu 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3677/90 li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta’ ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 900/92 tal-31 ta’ Marzu 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3677/90 li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta’ ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi
ĠU L 96, 10.4.1992, lgh. 1-6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
Gan a bheith i bhfeidhm a thuilleadh, Deireadh bailíochta: 18/08/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R0111
| Gaol | Act | Nóta tráchta | An fhoroinn lena mbaineann | Ón | to |
|---|---|---|---|---|---|
| Leasú | 31990R3677 | Żieda | artikolu 11BIS | 13/04/1992 | |
| Leasú | 31990R3677 | Żieda | artikolu 5BIS | 01/01/1993 | |
| Leasú | 31990R3677 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | 01/01/1993 | |
| Leasú | 31990R3677 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 01/01/1993 | |
| Leasú | 31990R3677 | Sostituzzjoni | artikolu 10 | 01/01/1993 | |
| Leasú | 31990R3677 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 01/01/1993 | |
| Leasú | 31990R3677 | Żieda | artikolu 2BIS | 01/01/1993 | |
| Leasú | 31990R3677 | Emenda | artikolu 2.1 | 01/01/1993 | |
| Leasú | 31990R3677 | Emenda | artikolu 1.2 | 01/01/1993 | |
| Leasú | 31990R3677 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 01/01/1993 | |
| Leasú | 31990R3677 | Sostituzzjoni | anness | 01/01/1993 | |
| Leasú | 31990R3677 | Sostituzzjoni | artikolu 2.4 | 01/01/1993 |
| Gaol | Act | Nóta tráchta | An fhoroinn lena mbaineann | Ón | to |
|---|---|---|---|---|---|
| Arna cheartú le | 31992R0900R(01) | ||||
| Aisghairthe go hintuigthe le | 32005R0111 | 19/08/2005 |
Official Journal L 096 , 10/04/1992 P. 0001 - 0006
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 11 P. 0027
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 11 P. 0027
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 900/92 tal-31 ta’ Marzu 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3677/90 li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta’ ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni, Billi r-Regolament (KEE) Nru 3677/90 [1] li jistabilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta’ ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi; Billi xeħtiet ta’ diversjoni qegħdin jinbidlu b’ mod mgħaġġel hu kunsidrat fuq livell internazzjonali li l-proċeduri identifikati permezz ta’ l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-NU kontra traffiku illegali fi drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, hawn aktar il quddiem magħrufa bħala l-"Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti", jistgħu ma jiġux rinforzati sabiex effettivament jiġġieldu diversjoni kemikali; Billi l-Kummissjoni u seba’ Stati Membri pparteċipaw fix-xogħol tal-Chemical Action Task Force stabbilita mill-Houston Economic Summit (G-7) fl-10 ta’ Lulju 1990 biex jiżviluppaw proċeduri effettivi biex jipprevjenu diversjoni ta’ kimiċi prekursuri u essenzjali fil-fabbrikazzjoni ta’ drogi illegali; billi kordinazzjoni sħiħa tal-Komunità kienet assigurata permezz ta’ dan ix-xogħol, kif ukoll konsultazzjonijiet mill-qrib ma’ rappreżentanti tal-kummerċ u l-industrija; Billi r-Rapport Finali tat-Task Force kien approvat mil-London Economic Summit (G-7) tal-15 ta’ Lulju 1991; Billi dan ir-Rapport Finali, filwaqt li jirrikonoxxi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti bħala l-istrument bażiku ta’ koperazzjoni internazzjonali f’materji ta’ diversjoni kemikali, fih numru ta’ rakkomandazzjonijiet għal rinfurzar ta’ miżuri nazzjonali u internazzjonali abbażi ta’ dik il-Konvenzjoni; Billi wħud mir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force jirreferu għal miżuri mhux koperti mir-Regolament (KEE) Nru 3677/90, u b’mod partikolari ċerti ħtiġijiet għar-rigward ta’ l-esportazzjoni ta’ sustanzi kemikali, l-estensjoni tal-lista ta’ sustanzi kemikali suġġetta għal kontroll internazzjonali, u skema ta’ klassifikazzjoni ġdida li hi category-based li tipprovdi għal miżuri xierqa ta’ kontroll konformi man-natura u xeħtiet tal-kummerċ tas-sustanzi f’wieħed mit-tlett kategoriji stabbiliti; billi s-sustanzi f’Kategorija 3 b’mod partikolari huma soġġett ta’ kummerċ b’mod wiesa’ fuq baċi leċita u għandhom ikunu soġġetti għal export authorization arrangements biss meta jkunu maħsuba għal ċerti pajjiżi sensittivi, sabiex ma jżidux b’mod mhux neċessarju l-piż ta’ kontrolli; billi aktar minn hekk, ir-rapport jirrakkomanda t-tisħiħ ta’ koperazzjoni internazzjonali permezz ta’ konklużjoni ta’ ftehim bilaterali, b’mod partikolari bejn reġjuni li jesportaw u reġjuni li jimportaw kemikali skedati; Billi jidher li hu importanti li l-Komunità, in vista ta’ l-impenn tagħha għat-tħaddim tat-Task Force, għandha timplimenta r-rakkomandazzjonijiet approvati, u tikkontribwixxi sa fejn hu possibbli għall-koperazzjoni internazzjoni f’dan il-qasam; Billi, skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, emendi għal Tabelli I u II ta’ l-Anness huma proposti lill-Kummissjoni dwar drogi narkotiċi tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ta’ l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 3677/90 hu b’dan emendat kif ġej: 1. fl-Artikolu 1(2), punt (f) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "(f) "destinatarju ta’ l-aħħar". tfisser kull persuna naturali jew legali li għalih is-sustanzi skedati jiġu kunsinjati fil-pajjiż ta’ destinazzjoni. Din il-persuna tista’ tkun differenti mill-utent aħħari;". Is-subparagrafu (f) ta’ qabel għandu jsir (ġ); 2. fl-Artikolu 2(1), it-tieni u t-tielet inċiżi għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej: "— il-kwantità u l-piż tas-sustanza skedata u, meta din tikkonsisti f’taħlita, l-kwantità u piż tat-taħlita kif ukoll il-kwantità u l-piż jew il-perċentwali ta’ kull sustanzi jew sustanzi elenkati fl-Anness li jkunu jinsabu fit-taħlita, — l-isem u indirizz ta’ l-esportatur, l-importatur, id-distributur u, skond l-Artikoli 4, 5 u 5a, id-destinatarju ta’ l-aħħar."; 3. fl-Artikolu 2, il-punt (4) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "4. id-dokumenti u records imsemmija fil-punti 1 u 3 għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tlett snin mill-aħħar tas-sena kalendarja li fiha l-operazzjoni msemmija fil-punt 1 tkun saret, u għandhom ikunu disponibbli malajr għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq talba."; 4. għandu jiżdied l-Artikolu li ġej: "Artikolu 2a Liċenzar u reġistrazzjoni ta’ operaturi 1. Operaturi, minbarra aġenti tad-dwana, warehouse depositors u trasportaturi meta jaġixxu waħedhom f’dik il-kapaċità, imqabbda fl-importazzjoni, esportazzjoni jew transit ta’ sustanzi skedati elenkati f’Kategorija 1 ta’ l-Anness għandhom ikunu meħtieġa li jottjenu liċenza mill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti biex jikkwalifikaw għal din l-attività. Meta jiġi kunsidrat jekk tingħatax liċenza, l-awtorità kompetenti għandha tieħu in kunsiderazzjoni il-kompetenza u l-integrità ta’ l-applikant. Il-liċenza tista’ tiġi sospiża jew revokata mill-awtoritajiet kompetenti kull meta jkun hemm raġunijet raġonevoli għalfejn wieħed jaħseb li dak li jkollu l-liċenza ma tibqax persuna idonea li jkollha liċenza, jew li l-kondizzjonijiet li taħthom il-liċenza tkun inħarġet ma jibqgħux rispettati. 2. Operaturi, minbarra aġenti tad-dwana, warehouse depositors u transportaturi meta jaġixxu waħedhom f’dik il-kapaċità, imqabbda biex jaħdmu fl-importazzjoni, esportazzjoni jew transit ta’ sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 2 jew l-esportazzjoni ta’ sustanzi skedati elenkati fil-kategorija 3 ta’ l-Anness huma meħtieġa li jirreġistraw u jaġġornaw mall-awtoritajiet kompetenti l-indirizzi tal-postijiet li minnhom huma jiffabrikaw jew jikkumerċjaw dawn is-sustanzi. Iżda, din il-ħtieġa ma tapplikax għar-rigward ta’ operaturi li jaħdmu fl-esportazzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ta’ sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 3 jew fl-esportazzjoni ta’ taħlitiet li jkollhom sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 3 li jkunu identifikati għal dak il-għan. 3. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-proċeduri biex jinħarġu liċenzi, inkluż iż-żieda ta’ kondizzjonijiet speċifiċi, bħat-tul tal-validità tagħhom u t-talba għal drittijiet biex dawn jinħarġu."; 5. L-Artikolu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 3 Kooperazzjoni L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu koperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti u operaturi, sabiex operaturi: - javżaw lill-awtoritajiet kompetenti minnufih b’kull ċirkostanzi, bħalma huma ordnijiet mhux tas-soltu u transazzjonijiet li jinvolvu sustanzi skedati, li jissuġġerixxu li dawk is-sustani huma maħsuba għal importazzjoni, esportazzjoni jew transit li jista’ jkun imdawwar għal fabbrikazzjoni illegali ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, - jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti f’forma sommarja dik l-informazzjoni dwar it-transazzjonijiet ta’ esportazzjoni tagħhom li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu."; 6. L-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 4 Awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni Sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 1 ta’ l-Anness 1. L-esportazzjoni ta’ sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 1 ta’ l-Anness għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni f’forma ta’ awtorizzazzjonijiet individwali ta’ esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni għandha ssir b’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ. 2. Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikollhom l-informazzjoni li ġejja: - l-isem u indirizz ta’ l-esportatur, l-importatur fil-pajjiż mhux membru u kull operatur ieħor involut fl-operazzjoni ta’ esportazzjoni jew shipment, u wkoll tad-destinatarju ta’ l-aħħar, - l-isem tas-sustanzi skedati kif mogħtija fil-Kategorija 1 fl-Anness, - il-kwantità u l-piż tas-sustanza skedata u, meta din tikkonsisti f’taħlita, il-kwantità u piż tat-taħlita kif ukoll il-kwantità u l-piż jew il-perċentwali ta’ kull sustanzi jew sustanzi elenkati fl-Anness li jkunu jinsabu fit-taħlita, - dettalji dwar l-arranġamenti ta’ trasport, u b’mod partikolari id-data mistennija tad- dispatch, metodu ta’ trasport, isem ta’ l-uffiċċju tad-dwana fejn id-dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni għandha ssir, u, safejn dik l-informazzjoni tkun disponibbli f’dan l-istadju, identifikazzjoni tal-mezzi ta’ trasport, itinerarju, punt mistenni ta’ ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità u l-punt tad-dħul fil-pajjiż importatur. Fil-każ ta’ paragrafu 10, kopja tal-permess ta’ importazzjoni maħruġ mill-pajjiż ta’ destinazzjoni għandu jkun mehmuż mall-applikazzjoni. 3. Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għandha tittieħed f’perjodu ta’ 15-il jum tax-xogħol mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tikkonsidra l-file li jkun komplut. Dan il-perjoru għandu jiġI estiż jekk, fil-każ tal-paragrafu 10, l-awtoritajiet ikunu obbligati li jagħmlu aktar inkjesti sabiex ikunu sodisfatti li l-importazzjoni tas-sustanzi tkun ġiet awtorizzata kif suppost. 4. Mingħajr ħsara għal xi implimentazzjoni possibbli ta’ miżuri tekniċi ta’ nfurzar, l-awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rifjutata, jekk: (a) ikun hemm raġunijiet raġonevoli li wieħed jissuspetta li l-informazzjoni mogħtija skond l-obbligazzjonijet taħt paragrafu 2 tkun falza jew mhux korretta; (b) fil-każ tal-paragrafu 10, ikun stabbilit li l-importazzjoni tas-sustanzi skedati ma tkunx ġiet awtorizzata kif suppost mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’ destinazzjoni; (ċ) ikun hemm raġunijiet xierqa li wieħed jissuspetta li s-sustanzi in kwistjoni jkunu ntiżi għall-fabbrikazzjoni illegali ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi. 5. Jekk id-dettalji fuq l-itinerarju u mezzi ta’ trasport ma kinux mogħtija fl-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tiddikjara lil-operatur għandu jagħti dawn id-dettalji lid-dwana jew xi awtorità kompetenti oħra fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità qabel it-tluq fiżiku tal-kunsinna. F’dan il-każ, l-awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tkun annotata akkont fil-ħin li tinħareġ. 6. Fil-każijiet kollha, l-awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tiġi murija għal spezzjoni mill-awtoritajiet tad-dwana meta ssir id-dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni. Kopja ta’ din l-awtorizzazzjoni għandha wkoll takkumpanja l-kunsinna sa l-uffiċċju tad-dwana fil-punt tal-ħruġ tas-sustanzi skedati mit-territorju doganali tal-Komunità. Dan l-uffiċċju għandu jdaħħal, fejn xieraq, id-dettalji msemmija fil-paragrafu 5 u kull dettalji oħra meħtieġa u jagħmel it-timbru fuq il-kopja ta’ l-awtorizzazzjoni qabel jirritornaha lill-awtorità li tkun ħarġitha. 7. Il-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni ma tipprekludix xi responsabbiltà amministrattiva jew mod ieħor ta’ dak li jkollu dik l-awtorizzazzjoni. 8. L-awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni tista’ tiġi sospiża jew revokata mill-awtoritajiet kompetenti kull meta jkun hemm raġunijet xierqa li wieħed jissuspetta li s-sustanzi jistgħu jiġu mdawwra għall-fabbrikazzjoni illegali ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi. 9. Għar-rigward ta’ talbiet għal notifikazzjoni ta’ pre-esportazzjoni ndirizzata lill-Komunità minn pajjiż mhux membru bis-saħħa ta’ l-Artikolu 12 (10) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti: (a) il-Kummissjoni għandha minnufih tikkomunika mal-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri dawk it-talbiet li jkunu ġew riċevuti; (b) l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri interessati għandhom, qabel esportazzjoni ta’ sustanzi skedati lill-pajjiiż li jkun qed jagħmel it-talba, jissuplixxu l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż. Kopja ta’ din ir-risposta għandha tiġi komunikata lill-Kummissjoni sabiex tiġi ċirkolata lill-Istati Membri l-oħra; (ċ) l-awtorità li tagħti dik l-informazzjoni għandha titlob li l-awtorità fil-pajjiż mhux membru li jirċievi l-informazzjoni għandhom jżomm kunfidenzjali kull kummerċ, xogħol, sigriet kummerċjali jew professjonali jew kull proċess kummerċjali msemmi hemmhekk. 10. Kull meta jkun hemm ftehim bejn il-Komunità u pajjiż mhux membru li esportazzjonijiet ma jkunux awtorizzati sakemm permess ta’ importazzjoni jkun inħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’ l-aħħar għas-sustanzi in kwistjoni: (a) il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-isem u indirizz ta’ l-awtorità kompetenti fil-pajjiż mhux membru flimkien ma’ kull informazzjoni dwar l-operat li tkun ġiet miksuba minn dan il-pajjiż; (b) l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom ikunu sodisfatti li kull importazzjni tkun awtorizzata kif xieraq, jekk meħtieġ, billi tintalab konferma mill-awtorità msemmija fil-punt (a)."; 7. L-Artikolu 5 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 5 Ħtiġijiet ta’ esportazzjoni speċifiċi Sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 2 ta’ l-Anness 1. L-esportazzjoni ta’ sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 2 ta’ l-Anness għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni maħruġa skond il-paragrafi 2 u 3 mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni tkun saret skond id-dispożizzjoni li tkun fis-seħħ. 2. Esportazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti mutatis mutandis għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, kull meta dawn jidhru li jkunu maħsuba, direttament jew indirettament, għal xi pajjiż mhux membru li jkun ġie identifikat li jkun interessat fil-fabbrikazzjoni illegali ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi permezz ta’ l-użu tas-sustanzi skedati in kwistjoni. L-imsemmija identifikazzjoni għandha tkun bażata, b’mod partikolari, fuq talba raġunata lill-Kummissjoni minn pajjiż mhux membru ntererssat. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 japplikaw ukoll kull meta awtorizzazzjoni individwali miftuħa ma tkunx tista’ tinħareġ skond paragrafu 3. 3. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-esportazzjoni ta’ sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 2 tista’ tkun awtorizzata fuq talba ta’ l-operaturi nteressati fuq bażi globali permezz tal-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni individwali miftuħa. Id-deċiżjoni biex tinħareġ dik l-awtorizzazzjoni għandha tieħu in konsiderazzjoni l-kompetenza u l-integrità ta’ l-applikant flimkien man-natura, volum u xeħta ta’ l-involviment tiegħu f’dawn is-sustanzi. F’dawk il-każijiet, dak li jkollu l-awtorizzazzjoni għandu jniżżel id-dettalji ta’ din l-awtorizzazzjoni fid-dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni rilevanti. Skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti, dak li jkollu dik l-awtorizzazzjoni għandu jagħti informazzjoni f’forma sommarja dwar esportazzjonijiet magħmula bl-awtorità ta’ l-awtorizzazzjoni. L-awtorizzazzjoni individwali miftuħa tista’ tiġi sospiża jew revokata kull meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli li wieħed jemmen li dak li jkollu l-awtorizzazzjoni ma jibqax kapaċi u idoneu li jkollu awtorizzazzjoni, jew li l-kondizzjonijiet li bihom tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni ma jibqgħux validi."; 8. għandu jiżdied l-Artikolu li ġej: "Artikolu 5a Ħtiġijiet ta’ esportazzjoni speċifiċi Sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 3 ta’ l-Anness 1. Kull meta l-esportazzjoni tas-sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 3 ta’ l-Anness tkun intiża, direttament jew indirettament, għal xi pajjiż mhux membru: (a) li miegħu il-Komunità tkun għamlet ftehim li permezz tiegħu l-ebda esportazzjoni mill-Komunità lejn dak il-pajjiż m’għandha tkun awtorizzata sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż ikunu ħarġu permess ta’ importazzjoni għar-rigward tal-kunsinna in kwistjoni; jew (b) li jkun ġie identifikat bħala pajjiż interessat fil-fabbrikazzjoni illegali ta’ eroina jew kokaina fit-territorju tiegħu jew bħala pajjiż sensittiv għar-rigward id-diversjoni probabbli tas-sustanzi msemmiija, dik l-esportazzjoni għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni maħruġa skond il-paragrafi 2 u 3 mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni tkun saret skond id-dispożizzjonijiet li jkunu fis-seħħ. 2. Esportazzjonijiet ta’ sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti mutatis mutandis għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, kull meta, soġġett għall-arranġamenti speċifiċi magħmula bejn il-Komunità u l-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1, awtorizzazzjoni individwali ta’ esportazzjoi tkun meħtieġa. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 japplikaw ukoll kull meta awtorizzazzjoni individwali ma tkunx tista’ tinħareġ skond paragrafu 3. 3. F’ċirkostanzi xierqa, l-esportazzjoni ta’ sustanzi fil-Kategorija 3 tista’ tkun awtorizzata fuq bażi globali bil-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni individwali miftuħa. Id-deċiżjoni sabiex jinħarġu, jiġu sospiżi jew revokati dawk l-awtorizzazzjonijiet għandha tittieħed mill-applikazzjoni mutatis mutandis ta’ l-Artikolu 5(3). B’żieda ma’ dan, għandha tkun kondizzjoni għall-ħruġ ta’ dawk l-awtorizzazzjonijiet li, għal raġunijiet ta’ kontroll, min ikollu l-awtorizzazzjoni għandu jżomm għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li minnu tkun saret l-esportazzjoni, fejn xieraq u għar-rigward ta’ kull esportazzjoni, kopja tal-permess ta’ importazzjoni maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż mhux membru. F’każi ta’ dubbju, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż mhux membru. F’każi ta’ dubbju, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ esportazzjoni jistgħu jikkuntattjaw l-awtoritajiet li jkunu ħarġu l-permess ta’ importazzjoni."; 9. L-Artikolu 6 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 6 Poteri ta’ awtoritajiet kompetenti 1. Sabiex tiġi assigurata applikazzjoni korretta ta’ l-Artikoli 2, 4, 5 u 5a, kull Stat Membru għandu jadotta fil-qafas tal-liġi domestika tiegħu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti: (a) li jiksbu informazzjoni dwar kull ordnijiet għal jew operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi skedati; (b) li jidħlu fil-postijiet tax-xogħol ta’ operaturi sabiex jottjenu xhieda ta’ irregolaritajiet. 2. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 5a u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru jista’ jipprojbixxi l-introduzzjoni ta’ sustanzi skedati ġewwa t-territorju doganali tal-Komunità jew it-tluq tagħhom minnu, jekk ikun hemm raġunijiet xierqa biex wieħed jissuspetta li s-sustanzi jkunu ntiżi għall-fabbrikazzjoni illegali ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi. 3. Għall-finijiet li jipprevjenu riskji speċifiċi ta’ diversjoni f’żoni ħielsa kif ukoll f’żoni oħra sensittivi bħalma huma bonded warehouses, Stati Membri għandu jassiguraw li kontrolli applikati għall-operazzjonijiet li jsiru f’dawn ż-żoni jkunu effettivi f’kull stadju ta’ dawk l-operazzjonijiet u mhux anqas iebsin minn dawk applikati f’partijiet oħra tat-territorju doganali."; 10. L-Artikolu 10 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 10 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat magħmul mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz, f’perjodu ta’ żmien li jistabbilixxi l-president skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata permezz tal-maġġoranza kif provdut fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti ta’ l-Istati Membri fil-kumitat għandhom ikollhom is-saħħa skond il-manjiera provduta f’dak l-Artikolu; il-President ma jistax jivvota. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżura li japplikaw minnufih. Iżda, jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, dawn għandhom jiġu komunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F’dak il-każ il-Kummissjoni għandha tiddiferixxi t-tħaddim tal-miżuri li tkun iddeċidiet dwarhom għal tlett xhur mid-data ta’ dik il-komunikazzjoni. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fiż-żmien imsemmi fis-subparagrafu preċedenti. 3. Il-proċedura stabbilità fil-paragrafu 2 għandha tiġi segwita b’mod partikolari għar-rigward: (a) kif jiġu stabbiliti l-kwantitajiet tas-sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 3 u l-identifikazzjoni ta’ taħlitiet li jkollhom sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 3 bis-saħħa tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2a(2); (b) l-identifikazzjoni ta’ pajjiżi u sustanzi bis-saħħa ta’ l-Artikolu 5(2); (ċ) l-adozzjoni ta’ ħtiġijiet ta’ awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni bis-saħħa tal-paragrafu 1(b) ta’ l-Artikolu 5a kull meta ma jkunx hemm ftehim mal-pajjiż mhux membru in kwistjoni; (d) l-adozzjoni tal-formula mudell ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 kif ukoll għal regoli dettaljati dwar l-użu tagħha u r-regoli dettaljati għat-tħaddim tas-sistema ta’ l-awtorizzazzjoni individwali miftuħa msemmija fl-Artikoli 5 u 5a; (e) l-emenda għall-Anness ta’ dan ir-Regolament, fil-każijiet fejn l-Annessi għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ikunu emendati."; 11. Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej: "Artikolu 11a Il-Kummissjoni hi b’dan awtorizzata li tadotta pożizzjoni, għan-nom tal-Komunità, favur ta’ l-emendi għal Tabelli I u II ta’ l-Anness gall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonformaw ma’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament."; 12. L-Anness għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: ANNESS Sustanza | NM denominazzjoni (jekk differenti) | Kodiċi NM | KATEGORIJA 1 — Ephedrine | | 29394010 | — Ergometrine | | 29396010 | — Ergotamine | | 29396030 | — Lysergic acid | | 29396050 | — 1-phenyl-2-propanone | Phenylacetone | 29143010 | — Pseudoephedrine | | 29394030 | — Acetylanthranilic acid | 2-Acetamidobenzoic acid | 29242950 | — 3,4 Methylenedioxyphenylpropan-2-one | | 29329077 | Il-bejgħ tas-sustanzi elenkati f’din il-Kategorija kull meta l-eżistenza ta’ dawk is-salts tkun possibbli. | KATEGORIJA 2 — Acetic anhydride | | 29152400 | — Anthranilic acid | | ex29224990 | — Phenylacetic acid | | 29163300 | — Piperidine | | 29333930 | — Isosafrole (cis + trans) | | 29329073 | — Piperonal | | 29329075 | — Safrole | | 29329071 | Is-salts tas-sustanzi elenkati f’din il-Kategorija kull meta l-eżistenza ta’ dawk is-salts tkun possibbli. | KATEGORIJA 3 — Acetone | | 29141100 | — Ethyl ether | Diethyl ether | 29091100 | — Methylethyl ketone (MEK) | Butanone | 29141200 | — Toluene | | 29023010/90 | — Potassium permanganate | | 28416010 | — Sulphuric acid | | 28070010 | — Hydrochlorid acid | Hydrogen chloride | 28061000 | Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 1993, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 1(11) li għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fil-31 ta’ Marzu 1992. Għall-Kunsill Il-President Vitor Martins [1] ĠU L 357, ta’ l-20.12.1990, p. 1. --------------------------------------------------