Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0004

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 92/4/KEE ta’ l-10 ta’ Frar 1992 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/663/KEE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi tal-purità għal emulsjonanti, stabbilizzaturi, thickeners u gelling agents għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel

    ĠU L 55, 29.2.1992, p. 96–97 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32008R1333

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/4/oj

    31992L0004



    Official Journal L 055 , 29/02/1992 P. 0096 - 0097
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 22 P. 0004
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 22 P. 0004


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/4/KEE

    ta’ l-10 ta’ Frar 1992

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/663/KEE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi tal-purità għal emulsjonanti, stabbilizzaturi, thickeners u gellingagents għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar additivi għall-ikel awtorizzati sabiex jintużaw f’oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,

    Billi kont tenut ta’ l-ispeċifikazzjonijiet kif adottati mill-Codex Alimentarius u sabiex jingħata kas ta’ tekniki ġodda ta’ produzzjoni, huwa meħtieg li tigi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 78/663/KEE [2], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 90/612/KEE [3];

    Billi, bi qbil ma’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/107/KEE, il-Kumitat Xjentifiku ta’ l-Oġġetti ta’ l-Ikel ġie kkonsultat fuq id-dispożizzjonijiet li aktarx jaffettwaw is-saħħa pubblika;

    Billi, il-miżuri li għalihom hemm provvediment f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Oġġetti ta’ l-Ikel.

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    L-Anness għad-Direttiva 78/663/KEE huwa hawnhekk emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandħom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 1993, u għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni b’dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal referenza bħal din għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Frar 1992.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Viċi-President

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1978, p. 27.

    [2] ĠU L 223, ta’ l-14.8.1978, p. 7.

    [3] ĠU L 326, ta’ l-24.11.1990, p. 58.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    L-Anness għad-Direttiva 78/663/KEE huwa emendat kif ġej:

    (a)(b) Taħt E 473 – Sucrose esters:l-aħħar sentenza fil-punt dwar id-deskrizzjoniji kimika hija mibdula bis-sentenza li ġejja: "L-ebda solvent organiku għajr dimethylsulphoxide, dimethylformamide, ethylacetate, isopropanol, isobutanol u methylethylketon ma jista’ jintuża fil-preparazzjoni tagħhom."taħt il-punt dwar il-kontenut ta’ isobutanol, huwa miżjud il-punt li ġej: "Il-kontenut ta’ methylethylketon/mhux aktar minn 10 mg/kg."

    --------------------------------------------------

    Top