This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R0595
Council Regulation (EEC) No 595/91 of 4 March 1991 concerning irregularities and the recovery of sums wrongly paid in connection with the financing of the common agricultural policy and the organization of an information system in this field and repealing Regulation (EEC) No 283/72
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 ta' l-4 ta' Marzu 1991 dwar l-irregolarijatjiet u l-irkupru ta' somom ta' flus imħallsa ħażin b'konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni u l-organizzazzjoni ta' sistema ta' tagħrif f'dan il-qasam u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 283/72
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 ta' l-4 ta' Marzu 1991 dwar l-irregolarijatjiet u l-irkupru ta' somom ta' flus imħallsa ħażin b'konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni u l-organizzazzjoni ta' sistema ta' tagħrif f'dan il-qasam u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 283/72
ĠU L 67, 14.3.1991, p. 11–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1848
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31972R0283 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31991R0595R(01) | ||||
Repealed by | 32006R1848 |
Official Journal L 067 , 14/03/1991 P. 0011 - 0015
Finnish special edition: P. 0040
Swedish special edition: P. 0010
Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 ta’ l-4 ta’ Marzu 1991 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta’ somom ta’ flus imħallsa ħażin b’konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ tagħrif f’dan il-qasam u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 283/72 IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2048/88 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1676/85 tal-11 ta’ Ġunju 1985 dwar il-valur ta’ l-unità tal-kontijiet u r-rati tal-kambju li jridu jiġu applikati għall-iskopijiet tal-politika agrikola komuni [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2205/90 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(4) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [5], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [6], Billi l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 jistabbilixxi l-prinċipji skond liema l-Komunità għandha l-ħsieb li tintensifika l-kampanja kontra l-irregolaritajiet u l-irkupru tas-somom ta’ flus mitlufa u billi, bi qbil mal-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu, il-Kunsill irid jadotta regoli ġenerali għall-adozzjoni tiegħu; Billi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 283/72 [7] jeħtieġu li jiġu aġġustati sabiex jarmonizzaw l-applikazzjoni tiegħu fl-Istati Membri u jintensifikaw il-kampanja kontra l-irregolaritajiet fid-dawl ta’ l-esperjenza; billi, għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li jinbidel ir-Regolament (KEE) Nru 283/72 fl-intier tiegħu; Billi, sabiex il-Komunità tkun aktar informata dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jiġġieldu kontra irregolaritajiet, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jridu jiġu mgħarrfa lill-Kummissjoni għandhom jiġu speċifikati; Billi, bil-għan li jiġu aċċettati n-natura tal-prassi qarrieqa u l-effetti finanzjarji ta’ l-irregolaritajiet u sabiex jiġu irkuprati somom ta’ flus mħallsa ħażin, għandha ssir dispożizzjoni sabiex irregolaritajiet bħal dawn jiġu mgħarrfa lill-Kummissjoni kull tliet xhur; billi komunikazzjoni bħal din trid tiġi supplimentata minn tagħrif dwar il-progress ta’ proċeduri ġudizzjali jew amministrattivi; Billi l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata sistematikament dwar il-proċeduri ġudizzjali u amministrattivi kontra persuni li ikkommettew irregolaritajiet; billi jkun tajjeb ukoll jekk tiġi żgurata t-trasmissjoni sistematika ta’ tagħrif li jirrigwarda l-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunità; Billi għandhom jiġu speċifikati l-proċeduri li jridu jiġu segwiti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni f’każijiet fejn is-somom mitlufa permezz ta’ irregolarità ma jistgħux jiġu irkuprati; Billi, f’każijiet meta l-Kummissjoni titlob lil Stat Membru sabiex jiftaħ inkjesta, il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwar it-tħejjija għall-inkjesta u l-eżitu tagħha; billi d-drittijiet ta’ l-uffiċjali tal-Kummissjoni li jipparteċipaw f’dawn l-inkjesti għandhom jiġu definiti; Billi r-regoli nazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ proċedimenti kriminali jew assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri fuq livell ġudizzjali fi kwistjonijiet kriminali m’għandhomx jiġu milquta mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; Billi dispożizzjoni għandha ssir għall-kontribut tal-Komunità għall-ispejjeż ta’ l-inkjesta u ta’ l-irkupru bbażati fuq is-somom irkuprati; billi huwa xieraq ukoll li jipprovdu għal possibiltà li l-Komunità tagħmel kontribut għall-ispejjeż legali u għall-ispejjeż li joħorġu direttament minn proċeduri ġudizzjali; Billi, sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha tiġi rinfurzata waqt li jiġi aċċertat li azzjoni bħal din titmexxa b’miżura kbira ta’ diskrezzjoni; Billi r-riżultati ġenerali għandhom jiġu komunikati lill-Kumitat tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija kull tliet xhur u lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill kull sena; Billi l-għatba minima li ’l fuq minnha każijiet ta’ irregolaritajiet iridu jiġu mgħarrfa awtomatikament mill-Istati Membri għandha tiġi mgħollija; billi dik l-għatba hija stabbilita, minkejja l-Artikolu 2(1) ta’ Regolament (KEE) Nru 1676/85, b’tali mod illi tikseb metodu uniformi u paragunabbli, li tista tiddaħħal fis-seħħ faċilment mill-amministrazzjonijiet nazzjonali fuq il-bażi ta’ rata ta’ kambju li tirrifletti realtà ekonomika; Billi għandu jiġi speċifikat li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw ukoll f’każijiet meta l-ħlas li suppost ikun sar minn operatur fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija, Taqsima ta’ Garanziji, minn issa ’il quddiem msejjaħ "il-Fond", ma jkunx sar minħabba xi irregolarità, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-miżuri li għalihom issir referenza f’dan ir-Regolament għandhom ikollhom x’jaqsmu ma’ l-infiq kollu li jsir mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija, Taqsima ta’ Garanziji. Dan ir-Regolament għandu jkompli japplika fil-każ ta’ irregolaritajiet li għandhom x’jaqsmu man-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija, Taqsima ta’ Garanziji, u li ġew mgħarrfa qabel l-1 ta’ Jannar 1989. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni, fl-Istati Membri, ta’ regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ proċedimenti kriminali jew assistenza reċiproka bejn Stati Membri fuq livell ġudizzjali f’ kwistjonijiet kriminali. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament: - id-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-liġi, regolamenti jew azzjonijiet amministrattivi għall-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70, u - il-lista ta’ awtoritajiet u korpi responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri u d-dispożizzjonijiet ewlenin li għandhom x’jaqsmu mas-sehem u l-funzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet u l-korpi u mal-proċeduri li huma responsabbli għall-applikazzjoni tagħhom. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni kull emenda għat-tagħrif mogħti skond il-paragrafu 1. 3. Il-Kummissjoni għandha tistudja l-komunikazzjonijiet ta’ l-Istati Membri u għandha tgħarraf lill-Kumitat tal-Fond bil-konklużjonijiet li bi ħsiebha tinferixxi minnhom. Hija għandha żżomm kuntatt ma’ l-Istati Membri, fejn approprjat fi ħdan il-Kumitat tal-Fond, sal-punt meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. L-Artikolu 3 1. Matul ix-xahrejn li jiġu wara t-tmiem ta’ kull tliet xhur, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista ta’ irregolaritajiet li kienu s-suġġett ta’ sejbiet amministrattivi ewlenin u ġudizzjali ta’ fatt. Għal dan l-iskop għandhom, safejn hu possibbli, jagħtu tagħrif dettaljat dwar: - id-dispożizzjoni li ġiet miksura, - in-natura u l-ammont ta’ l-infiq; f’każijiet meta ebda ħlas ma jkun sar, l-ammonti li kienu sejrin jiġu mħallsa ħażin kieku l-irregolarità ma ġietx skoperta, minbarra meta l-operatur huwa ħati ta’ żball jew negliġenza li nstabet qabel il-ħlas u li ma tirriżultax f’xi penali amministrattivi jew ġudizzjali, - l-organizzazzjoni komuni tas-suq u l-prodott jew prodotti jew miżura involuta, - il-perjodu li matulu, jew il-mument li fih, l-irregolarità ġiet kommessa, - il-prassi adottati meta tiġi kommessa l-irregolarità, - il-manjiera li biha ġiet skoperta l-irregolarità, - l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali li rreġistraw l-irregolarità, - il-konsegwenzi finanzjarji u l-possibiltajiet ta’ rkupru, - id-data u l-għajn ta’ l-ewwel tagħrif li wassal għal suspett li kienet teżisti xi irregolarità, - id-data li fiha ġiet skoperta l-irregolarità, - fejn xieraq, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi involuti, - l-identità tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi involuti, minbarra f’każijiet fejn tagħrif bħal dan ma huwa ta’ ebda rilevanza fil-ġlieda kontra l-irregolaritajiet minħabba fil-karattru ta’ l-irregolarità involuta. 2. Meta xi ftit minn dan it-tagħrif, u b’mod partikolari dak li jirrigwarda l-prattiċi adottati meta tiġi kommessa l-irregolarità u l-manjiera li biha ġiet skoperta, ma jkunx disponibbli, l-Istati Membri għandhom sa fejn ikun possibbli jipprovdu t-tagħrif nieqes meta jgħaddu listi sussegwenti ta’ kull tliet xhur ta’ irregolaritajiet lill-Kummissjoni. 3. Jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali jipprovdu għall-kunfidenzjalità ta’ investigazzjonijiet, il-komunikazzjoni ta’ dan it-tagħrif għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-qorti kompetenti. L-Artikolu 4 Kull Stat Membru għandu jikkomunika mill-aktar fis lill-Istati Membri l-oħra involuti u lill-Kummissjoni dwar kull irregolaritajiet li ġew skoperti u li huma suspettati li dwarhom hemm il-biża’ li jista jkollhom effetti malajr ħafna barra t-territorju tiegħu jew li juru li prassi qarrieqa ġdida ġiet adottata. L-Artikolu 5 1. Matul ix-xahrejn li jiġu wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjonibil-proċeduri stabbiliti wara l-irregolaritajiet mgħarrfa taħt l-Artikolu 3 u dwar il-bidliet importanti kollha li jirriżultaw minnhom, inklużi: - l-ammonti li kienu, jew li huma mistennija, li jiġu rkuprati, - l-azzjoni kawtelatorja meħuda mill-Istati Membri sabiex jissalvagwardjaw l-irkupru ta’ somom mħallsa ħażin, - il-proċeduri ġudizzjali u amministrattivi stabbiliti bil-ħsieb li jirkupraw somom imħallsa ħażin u sabiex jiġi applikati sanzjonijiet, - ir-raġunijiet għal kull abbandun ta’ proċeduri ta’ irkupru; il-Kummissjoni għandha, safejn ikun possibbli, tiġi mgħarrfa qabel ma tittieħed deċiżjoni, - kull abbandun ta’ prosekuzzjonijiet kriminali. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar deċiżjonijiet amministrattivi jew ġudizzjali, jew il-punti prinċipali tagħhom, li jirrigwardaw it-temma ta’ dawn il-proċeduri. 2. Meta Stat Membru jidhirlu li ammont ma jistax jiġi rkuprat totalment, jew ma jistax jiġi mistenni li jiġi rkuprat totalment, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, permezz ta’ notifika speċjali, bl-ammont mhux irkuprat u r-raġunijiet għaliex l-ammont għandu, fil-fehma tiegħu, jitħallas mill-Kummissjoni jew mill-Istat Membru. Dan it-tagħriġ irid ikun dettaljat biżżejjed biex iħalli lill-Kummissjoni tiddeċiedi min għandu jitgħabba bil-konsegenzi finanzjarji, skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 6 1. Meta l-Kummissjoni jidhrilha li seħħu xi irregolaritajiet f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri, għandha tgħarraf lill-Istat jew Stati Membri involuti u dak l-Istat jew dawk l-Istati għandhom, ma l-ewwel opportunità, iwettqu inkjesta li fiha l-uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, "inkjesta" għandha tittieħed li tfisser kull spezzjoni, verifika jew azzjoni mwettqa minn uffiċjali ta’ l-amministrazzjoni nazzjonali bil-ħsieb li jistabbilixxu jekk kienx hemm irregolarità, bl-eċċezzjoni ta’ azzjoni mwettqa fuq talba jew taħt l-awtorità diretta ta’ qorti. 2. L-Istat Membru għandu, kemm jista’ jkun malajr, jikkomunika lill-Kummissjoni s-sejbiet ta’ l-inkjesta. Meta inkjesta turi li kien hemm xi irregolarità, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni biha skond l-Artikoli 3, 4 u 5 u, fejn xieraq, l-Istati Membri l-oħra involuti, skond l-Artikolu 4. 3. Meta l-uffiċjali tal-Kummissjoni jieħdu sehem fl-inkjesta, l-Istat Membru involut għandu jiġi infurmat biha. Minbarra f’każijiet urġenti, l-Istat Membru għandu jikkomunika l-fatti bażiċi ta’ l-inkjesta lill-Kummissjoni ta’ mill-inqas ġimgħa bil-quddiem. 4. Meta l-uffiċjali tal-Kummissjoni jieħdu sehem f’inkjesta, dik l-inkjesta għandha f’kull ħin titmexxa mill-uffiċjali ta’ l-Istati Membri; L-uffiċjali tal-Kummissjoni ma jistgħux, fuq l-inizjattiva tagħhom stess, jużaw is-setgħat ta’ ispezzjoni mogħtija lill-uffiċjali nazzjonali; minn naħa l-oħra, għandu jkollhom aċċess għall-istess postijiet u għall-istess dokumenti bħal ma għandhom dawk l-uffiċjali. Sakemm u safejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar proċedimenti kriminali jirriżervaw ċerti atti għal uffiċjali assenjati speċifikament mill-liġi nazzjonali, l-uffiċjali tal-Kummissjoni m’għandhomx jieħdu sehem f’atti bħal dawn. F’kull każ, m’għandhomx jieħdu sehem b’mod partikolari fit-tfittxija ta’ postijiet jew fl-interrogazzjonijiet formali magħmula lil persuni taħt il-liġi kriminali nazzjonali. Huma għandhom, madankollu, ikollhom aċċess għat-tagħrif miksub b’dak il-mod. Sabiex jieħdu sehem fl-ispezzjonijiet li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom jipproduċu struzzjonijiet bil-miktub fejn jiddikjaraw l-identitajiet u l-funzjonijiet tagħhom. L-Artikolu 7 1. Meta l-ammonti rkuprati jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Fond, l-Istat Membru jista’ jżomm 20 % ta’ dawk l-ammonti meta r-regoli stabbiliti minn dan ir-Regolament ma ġewx miksura b’mod sinifikanti. 2. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jiddeċiedu, fuq talba espressa tal-Kummissjoni, li jagħtu bidu jew li jissoktaw bi proċeduri ġudizzjali bil-ħsieb li jirkupraw ammonti mħallsa ħażin, il-Kummissjoni tista’ tintrabat li tħallas lura lill-Istati Membri l-ispejjeż legali kollha jew parti minnhom u l-ispejjeż li jkunu saru fil-proċedimenti legali, malli tiġi preżentata xiehda dokumentata, anke jekk il-proċedimenti ma jirnexxux. L-Artikolu 8 1. Il-Kummissjoni għandha żżomm kuntatti approprjati ma’ l-Istati Membri involuti bl-iskop li jissupplimentaw it-tagħrif mogħti dwar l-irregolaritajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 3, dwar il-proċeduri li għalihom issir referenza fl-Artikolu 5,u, b’mod partikolari, dwar il-possibiltà ta’ irkupru. 2. Mingħajr preġudizzju għal dan il-kuntatt, il-kwistjoni għandha titpoġġa quddiem il-Kumitat tal-Fondi meta n-natura ta’ l-irregolarità hija tali li tissuġġerixxi li prattiċi identiċi jew simili jistgħu jseħħu fi Stati Membri oħra. 3. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ta’ natura informattiva fuq livell Komunitarju għar-rappreżentanti approprjati ta’ l-Istati Membri sabiex jeżaminaw magħhom t-tagħrif miksub taħt l-Artikoli 3, 4 u 5 u l-paragrafu 1 t’hawn fuq, b’mod partikolari għar-rigward tal-lezzjonijiet li minnhom wieħed għandu jitgħallem dwar l-irregolaritajiet, il-miżuri preventivi u l-proċedimenti legali. Safejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat informat b’dan ix-xogħol u għandha tikkonsulta lill-Kumitat dwar kull proposti li tkun beħsiebha tissottometti lill-Kunsill għall-prevenzjoni ta’ l-irregolaritajiet. 4. Fuq talba ta’ Stat Membru jew, taħt l-arranġamenti stabbiliti fil-paragrafu 3, tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin, fejn approprjat fi ħdan il-Kumitat tal-Fondi jew xi korp kompetenti ieħor, bl-iskop li jingħalqu kull lakuni li jsiru apparenti matul l-applikazzjoni tad- dispożizzjonijiet fis-seħħ u li jippreġudikaw l-interessi tal-Komunità. L-Artikolu 9 Il-Kumitat tal-Fondi għandu jiġi mgħarraf kull tliet xhur mill-Kummissjoni dwar il-kobor tas-somom involuti fl-irregolaritajiet li ġew skoperti u bid-diversi kategoriji ta’ irregolaritajiet, mqassma skond it-tip u b’dikjarazzjoni tan-numru. F’Kapitolu speċjali tar-rapport annwali dwar l-amministrazzjoni tal-Fond, stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70, il-Kummissjoni għandha tagħti n-numru ta’ każijiet li ġew mgħarrfa u dawk li ngħalqu, flimkien mas-somom rkuprati u s-somom imħassra. L-Artikolu 10 1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex jiżguraw li t-tagħrif li jpartu jibqa’ kunfidenzjali. 2. It-tagħrif li għalih issir referenza fil-paragrafu 1 ma jistax, b’mod partikolari, jintbagħat lil persuni oħra għajr dawk fl-Istati Membri u fl-istituzzjonijiet tal-Komunità li d-doveri tagħhom jeħtieġu li jkolhom aċċess għalih, ħlief jekk l-Istat Membru li fornih ikun qabel espressament. 3. L-ismijiet ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jistgħu jiġu żvelati biss lill-Stat Membru ieħor ta’ l-istituzzjoni tal-Komunità sakemm u safejn dan ikun meħtieġ sabiex jipprevjenu jew sabiex jittieħdu passi kontra xi irregolarità jew sabiex jistabbilixxu jekk saritx irregolarità allegata. 4. It-tagħrif komunikat jew akkwistat f’kull forma taħt dan ir-Regolament għandu jiġi kopert mill-kunfidenzjalità professjonali u għandu jiġi protett bl-istess mod bħal ma hu tagħrif simili protett mill-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru li rċevih u mid-dispożizzjonijiet relattivi applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Barra minn hekk, dak it-tagħrif ma jistax jintuża għal xi skopijiet oħra għajr dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, ħlief jekk l-awtoritajiet li fornewh taw il-kunsens espress tagħhom u kemm-il darba d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih l-awtorità li rċevietu tinstab ma jipprojbixxux komunikazzjoni jew użu bħal dan. 5. Il-paragrafi 1 sa 4 m’għandhomx jimpedixxu l-użu, f’kull azzjoni legali jew proċedimenti preżentati sussegwentement għar-rigward tan-nuqqas ta’ konformita mal-liġi dwar kwistjonijiet agrikoli, ta’ tagħrif miksub skond dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li pprovda dan it-tagħrif għandha tiġi mgħarrfa minnufih dwar użu bħal dan. 6. Meta Stat Membru jgħarraf lill-Kummissjoni li persuna fiżika jew ġuridika li isimha ġie kkomunikat lill-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament ġġib prova waqt inkjesta ulterjuri li m’hi involuta f’ebda irregolarità, il-Kummissjoni għandha mill-ewwel tgħarraf lil dawk li lilhom tkun żvelat dak l-isem taħt dan ir-Regolament b’dak il-fatt. Malli jseħħ dan, din il-persuna m’għandhiex aktar titqies, fuq il-bażi tan-notifika ta’ qabel, bħala persuna involuta fl-irregolarità inkwestjoni. L-Artikolu 11 F’każijiet ta’ ko-finanzjament mill-Fond u Stat Membru, l-ammonti rkuprati għandhom jitqassmu minn dak l-Istat Membru u mill-Komunità f’proporzjon ma l-infiq rispettiv tagħhom. L-Artikolu 12 1. Meta l-irregolaritajiet jkollhom x’jaqsmu ma’ somom ta’ inqas minn 4000 ECU, l-Istati Membri m’għandhomx jibagħtu t-tagħrif imsemmi fl-Artikoli 3 u 5 lill-Kummissjoni sakemm dan ta’ l-aħħar ma jitolbux espressament. 2. L-ammont li għalih issir referenza fil-paragrafu 1 għandu jinqaleb f’munita nazzjonali billi jiġu applikati r-rati tal-kambju ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, serje Ċ, li huma validi fl-ewwel jum tax-xogħol tas-sena li fiha t-tagħrif dwar l-irregolaritajiet ġie kkomunikat. L-Artikolu 13 Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis f’każijiet meta l-ħlas ta’ somma lill-fond ma jkunx sar bi qbil mad-dispożizzjonijiet inkwestjoni. L-Artikolu 14 1. Ir-Regolament (KEE) Nru 283/72 huwa hawnhekk imħassar. 2. Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 283/72 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. L-Artikolu 15 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-aħħar erba’ inċiżi tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) għandhom ikunu applikabbli mid-data tal-komunikazzjoni li tirigwarda t-tieni perjodu ta’ tliet xhur ta’ l-1991. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Marzu 1991. Għall-Kunsill Il-President R. Steichen [1] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13. [2] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 1. [3] ĠU L 164, ta’ l-24.6.1985, p. 1. [4] ĠU L 201, tal-31.7.1990, p. 9. [5] ĠU C 138, tas-7.6.1990, p. 6. [6] ĠU C 324, ta’ l-24.12.1990. [7] ĠU L 36, ta’ l-10.2.1972, p. 1. --------------------------------------------------