EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0663

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 1991 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE dwar l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

ĠU L 366, 31.12.1991, p. 17–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/663/oj

31991L0663

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 1991 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE dwar l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

Official Journal L 366 , 31/12/1991 P. 0017 - 0054
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 21 P. 0211
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 21 P. 0211
CS.ES Chapter 13 Volume 011 P. 32 - 69
ET.ES Chapter 13 Volume 011 P. 32 - 69
HU.ES Chapter 13 Volume 011 P. 32 - 69
LT.ES Chapter 13 Volume 011 P. 32 - 69
LV.ES Chapter 13 Volume 011 P. 32 - 69
MT.ES Chapter 13 Volume 011 P. 32 - 69
PL.ES Chapter 13 Volume 011 P. 32 - 69
SK.ES Chapter 13 Volume 011 P. 32 - 69
SL.ES Chapter 13 Volume 011 P. 32 - 69


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tal-10 ta’ Diċembru 1991

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE dwar l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(91/663/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100A tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom tip [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 87/403/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3]; kif emendata bid-Direttivi: 80/233/KEE tal-21 ta’ Novembru 1979 [4], 82/244/KEE tas-17 ta’ Marzu 1982 [5], 83/276/KEE tas-26 ta’ Mejju 1983 [6], 84/8/KEE tal-14 ta’ Diċembru 1983 [7] u 89/278/KEE tat-28 ta’ Marzu 1989 [8],

Billi għal raġunijiet ta’ ċarezza issa huwa meħtieġ li jkun hemm konsolidament ta’ dawn id-Direttivi;

Billi fid-dawl tal-progress tekniku issa huwa possibbli li jkunu introdotti emendi oħra, partikolarment li l-kulur tal-headlights issa huwa meħtieġ li jkun abjad biss, li l-fanali tal-ġnub għandhom ikunu speċifikati għal ċerti vetturi, u li l-ħtieġaħtieġa għal fanali fuq komponenti li jiċċaqalqu u materji oħra ta’ abbozzar dettaljat jistgħu jiġu ċċarati;

Billi l-miżuri li hemm previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għal Progress Tekniku tad-Direttivi fuq it-Tneħħija ta’ Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tal-Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/756/KEE hija emendata kif ġej:

1. l-Artikoli huma sostitwiti bl-Artikoli li ġejjin għal din id-Direttiva;

2. l-Annessi huma sostitwiti bl-Annessi għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, ‘vettura’ tfisser kwalunkwe vettura li għaliha tkun tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE.

Artikolu 3

1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1993, l-ebda Stat Membru ma jista’:

- jirrifjuta, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew joħroġ id-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonalitip, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi

għal raġunijiet marbuta mal-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq dan it-tip tip ta’ vettura jew fuq dawn il-vetturi, jekk dawn il-mezzi jkunu stallati f’konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1993, l-Istati Membri:

- ma għandhomx aktar joħorġu id-dokument msemmi fl-aħħar inċiż ta’ l- l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali tip

fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li fuqha l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl ma tkunx f’konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1994, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-ewwel dħul fis-servizz ta’ vetturi li fuqhom l-istallazzjoni ta’ dawn il-mezzi ma tkunx skond il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Stat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jkun infurmat dwar kull tibdil lil xi parti jew karatteristika msemmija fil-punt 1.1 t’L-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeterminaw jekk għandhomx jitwettqu testijiet oħra fuq it-tip ta’ vettura modifikat u jekk għandux jitfassal rapport ġdid. Meta testijiet bħal dawn jiżvelaw nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-modifikazzjoni ma għandhiex tiġi approvata.

Artikolu 5

Kwalunkwe emendi meħtieġa biex ikunu adattat il-kontenut tal-Annessi għal din id-Direttiva biex dawn jieħdu kont tal-progress tekniku għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1993 u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet dawn għandhom jagħmlu riferenza għal din id-Direttiva fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-mod ta’ kif issir din ir-riferenza għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-termini tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kontrollat b’din id-Direttiva jkunu komunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Viċi-President

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 44.

[3] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 1.

[4] ĠU L 51, tal-25.2.1980, p. 8.

[5] ĠU L 109, tat-22.4.1982, p. 31.

[6] ĠU L 151, tad-9.6.1983, p. 47.

[7] ĠU L 9, tat-12.1.1984, p. 24.

[8] ĠU L 109, tal-20.4.1989, p. 38.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

L-ISTALLAZZJONI TA’ MEZZI MEZZ TAD-DAWL U TA’ SINJALAZZJONI BID-DAWL

1. DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

1.1. ‘Tip ta’ vettura fejn għandha x’taqsam l-istallazzjoni ta’ mezzi tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl’

tfisser vetturi li ma jkunux ivarjaw fil-karatteristiċi essenzjali msemmija fil-punti 1.1.1 sa 1.1.4.

Dawn li ġejjin huma wkoll kunsidrati li mhumiex ‘vetturi ta’ tip differenti’: vetturi li jvarjaw fi ħdan it-tifsira tal-punti 1.1.1 sa 1.1.4, iżda mhux b’tali mod li jkun hemm tibdil fix-xorta, fin-numru, fil-pożizzjoni u l-viżibilità ġeometrika tal-fanali u fl-inklinazzjoni tar-raġġ dipped preskritt għat-tip ta’ vettura in kwistjoni, u vetturi li fuqhom jitwaħħlu jew ma jkunx hemm fanali fakultattivi;

1.1.1. il-qisien u l-forma esterna tal-vettura;

1.1.2. in-numru u l-pożizzjoni tal-mezzi;

1.1.3. is-sistema ta’ livellar tal-headlamp

1.1.4. is-sistema tas-suspensjoni

1.2. ‘Pjan trasvers’

tfisser pjan vertikali li jkun perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

1.3. ‘Vettura mhux mgħobbija’

tfisser il-vettura f’kundizzjoni ta’ sewqan, kif definit fil-punt 2.6 t’L-Anness I, id-dokument tal-informazzjoni tal-mudell, għad-Direttiva 70/156/KEE, iżda mingħajr is-sewwieq.

1.4. ‘Vettura mgħobbija’

tfisser il-vettura mgħobbija sal-massa massima li hija teknikament awtorizzabbli, kif dikjarat mill-manifattur, li għandu jwaħħal ukoll id-distribuzzjoni ta’ din il-massa bejn il-fusijiet f’konformità mal-metodu deskritt f’Appendiċi 1.

1.5. ‘Mezz’

tfisser element jew grupp ta’ elementi li jagħmlu funzjoni partikolari jew aktar minn waħda.

1.6. ‘Is-sors tad-dawl fejn għandhom x’jaqsmu l-fanali

tfisser il-filament inniffsu. (Fejn fanal ikollu aktar minn filament wieħed, kull wieħed għandu jikkostitwixxi sors ta’ dawl).

1.7. Fanal

tfisser mezz iddisinjat li jdawwal it-triq jew li jarmi sinjal bid-dawl. Il- tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara u r-retro-rifletturi ta’ wara huma wkoll meqjusa bħala fanali.

1.7.1. Fanali ekwivalenti’

tfisser fanali li jkollhom l-istess funzjoni u li jkunu awtorizzati fil-pajjiż li fih il-vettura tkun ġiet reġistrata; fanali bħal dawn jista’ jkollhom karatteristiċi differenti minn dawk stallati fuq il-vettura meta din tkun ġiet approvata b’kundizzjoni li dawn jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ dan l-Anness.

1.7.2. ‘Fanal b’funzjoni waħda’

tfisser parti minn mezz li jaqdi funzjoni waħda ta’ dawl jew ta’ sinjalazzjoni bid-dawl.

1.7.3. ‘Fanali indipendenti’ [1]

tfisser mezzi li jkollhom wċuħ separati ta’ illuminazzjoni, sorsi separati ta’ dawl u oqsfa separati ta’ fanali.

1.7.4. ‘Fanali ragruppati [2]

tfisser mezzi li jkollhom wċuħ separati ta’ illuminazzjoni u sorsi ta’ dawl separati, iżda qafas komuni ta’ fanali.

1.7.5. ‘Fanali kombinati [3]

tfisser mezzi li jkollhom wċuħ separati ta’ illuminazzjoni, iżda sors komuni ta’ dawl u qafas komuni ta’ fanali.

1.7.6. ‘Fanali inkorporati reċiprokament’ [4]

Tfisser mezzi li jkollhom sorsi separati ta’ dawl jew sors wieħed ta’ dawl li jkun jaħdem b’kundizzjonijiet differenti (eż. differenzi ottiċi, mekkaniċi jew elettriċi), uċuħ ta’ illuminazzjoni li huma totalment jew parzjalment komuni u qafas komuni ta’ fanali.

1.7.7. ‘Fanali li jinħbew’

tfisser fanal li jkun jista’ jinħeba parzjalment jew kompletament meta ma jintużax. Dan ir-riżultat jista’ jintlaħaq permezz ta’ għatu li jimxi, bit-tneħħija tal-fanal minn post għall-ieħor jew b’xi mezz ieħor xieraq; it-terminu ‘jitreġġa’ lura’ huwa wżat b’mod aktar partikolari biex jiddeskrivi fanal li jinħeba, li l-ispostament tiegħu jagħmlu possibbli li jiddaħħal fil-karozzerija.

1.7.8. ‘Il-headlamp ewlenija’

tfisser il-fanal wżat biex idawwal it-triq f’distanza twila quddiem il-vettura.

1.7.9. ‘Il-headlamp b’ raġġ dipped

tfisser il-fanal wżat biex idawwal it-triq quddiem il-vettura mingħajr ma jgħammex jew jikkawża xi skomdu mhux meħtieġ għas-sewwieqa li jkunu ġejjin lejha jew oħrajn li jkunu qed jużaw it-triq.

1.7.10. ‘Il-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem’

tfisser il-fanal wżat biex itejjeb l-illuminazzjoni tat-triq fil-każ ta’ ċpar, meta jkun nieżel is-silġ, xita qawwija jew meta jkun hemm sħab tat-trab.

1.7.11. ‘Il-Fanal tar-rivers’

tfisser il-fanal wżat biex idawwal it-triq min-naħa ta’ wara tal-vettura u biex tiġbed l-attenzjoni ta’ dawk li jkunu qed jagħmlu użu mit-triq li l-vettura qiegħda tirriversja jew se tibda tirriversja.

1.7.12. ‘Il-fanal tal-indikatur tad-direzzjoni’

tfisser il-fanal użat biex turi lil sewwieqa oħra li s-sewwieq għandu l-ħsieb jibdel id-direzzjoni jew lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.

1.7.13. ‘Il-fanali tat-twissija tal-periklu’

tfisser l-operazzjoni simultanja tal-fanali tal-indikaturi tad-direzzjoni kollha tal-vettura biex jiġbdu l-attenzjoni għall-fatt li l-vettura temporanjament tikkostitwixxi periklu speċjali għal persuni oħra li jużaw it-triq.

1.7.14. ‘Il-Fanal tal-waqfien’

tfisser il-fanal użat biex turi lil persuni oħra li qed jagħmlu użu mit-triq u li qegħdin fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura li s-sewwieq ta’ din tal-aħħar qed juża l-brejkijiet.

1.7.15. ‘Il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara’

tfisser il-mezz użat biex idawwal l-ispazju maħsub li jakkomoda l-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara; dan jista’ jikkonsisti minn elementi ottiċi differenti.

1.7.16. ‘Il-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem’

tfisser il-fanal li juri l-preżenza u l-wisa’ tal-vettura meta tkun qed tħares lejha minn quddiem.

1.7.17. ‘Il-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara’

tfisser il-fanal li juri l-preżenza u l-wisa’ tal-vettura meta tkun qed tħares lejha minn wara.

1.7.18. ‘Il-fanal taċ-ċpar ta’ wara’

tfisser il-fanal wżat biex il-vettura tkun aktar tidher minn wara meta jkun ħafna ċpar.

1.7.19. ‘Il-fanal tal-ipparkjar’

tfisser il-fanal wżat biex jiġbed l-attenzjoni għall-preżenza ta’ karozza wieqfa f’żona mibnija. F’ċirkostanzi bħal dawn, dan jibdel il-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara.

1.7.20. ‘Fanal li tindika it-trufijiet tal-vettura’

tfisser il-fanal imwaħħal mat-trufijiet ta’ barra nett kemm jista’ jkun viċin in-naħa ta’ fuq tal-vettura u maħsuba biex juru b’mod ċar il-wisa’ kollha tal-vettura. Dan il-fanal huwa maħsub, għal ċertu vetturi u karrijiet, biex jikkumplimenta il-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara tal-vettura billi jiġbdu attenzjoni partikolari għal parti integrali tagħha.

1.7.21. ‘Fanal li tindika l-ġenb’

tfisser il-fanal li juri l-preżenza tal-vettura meta tkun qed tħares lejha mill-ġenb.

1.7.22. ‘Retro-riflettur’

tfisser mezz użat biex juri l-preżenza ta’ vettura bir-rifless tad-dawl li joħroġ minn sors ta’ dawl li ma jkunx ikkonnettjat mal-vettura, waqt li l-osservatur ikun qrib is-sors.

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva dawn li ġejjin mhumiex kunsidrati bħala retro-rifletturi:

- pjanċi tan-numri retro-riflettenti,

- is-sinjali retro-riflettenti msemmija fl-ADR (il-Ftehim Ewropew li jikkonċerna t-tagħbija internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi fuq it-triq),

- pjanċi u sinjali oħra retro-riflettenti li għandhom jintużaw biex jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Istati Membri biex jintużaw għal ċertu kategoriji ta’ vetturi jew għal ċerti modi ta’ tħaddim.

1.8. ‘Wiċċ li jarmi d-dawl’

tfisser il-wiċċ ta’ barra kollu jew parti minnu magħmul minn materjal trasparenti li jgħin li jitfa’ fuq id-dawl il-kwalitajiet fotometriċi u kolorimetriċi partikolari tiegħu. Meta parti biss mill-wiċċ ta’ barra tkun tarmi d-dawl, il-wiċċ li jarmi d-dawl għandu, f’każ ta’ dubju, ikun speċifkat mill-awtorità kompetenti wara konsultazzjoni mal-manifattur tal-vettura u/jew komponent.

1.9. Uċuħ li jdawlu

1.9.1. ‘Wiċċ li jdawwal ta’ mezz tad-dawl’ (il-Punti 1.7.8 sa 1.7.11)

tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-apertura sħiħa tar-riflettur fi pjan trasvers. Jekk it-mezz tad-dawl ma jkollux riflettur, id-definizzjoni tal-punt 1.9.2 għandha tiġi applikata. Jekk il-wiċċ li jdawwal tal-fanal jkun jestendi fuq parti biss tal-apertura sħiħa tar-riflettur, mela l-projezzjoni ta’ dik il-parti biss għandha tkun kunsidrata.

Fil-każ ta’ headlamp b’raġġ dipped, il-wiċċ li jdawwal ikun limitat bit-traċċa tal-cut-off li tkun tidher għal fuq il-lenti. Jekk ir-riflettur u l-lenti jkunu jaġġustaw ruħhom relattivament għal xulxin, l-aġġustament medju għandu jkun użat.

1.9.2. ‘Wiċċ li jdawwal ta’ fanal ta’ sinjalazzjoni għajr retro-riflettur’ (il-Punti 1.7.12 sa 1.7.21)

tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-fanal fi pjan perpendikulari għall-assi ta’ riferenza tagħha u li tkun f’kuntatt mal-wiċċ ta’ barra tal-fanal li jdawwal. Din il-projezzjoni tkun limitata bejn it-truf tal-iskrinijiet sitwati f’dan il-pjan, li kull waħda minnhom tippermetti biss 98 % tal-intensità luminuża totali tad-dawl biex jibqa’ għaddej fid-direzzjoni tal-assi ta’ riferenza.

Biex ikunu stabbiliti l-limiti ta’ taħt, ta’ fuq u dawk laterali tal-wiċċ li jdawwal, għandhom jintużaw biss skrinijiet li jkollhom trufijiet orizzontali jew vertikali.

1.9.3. ‘Il-wiċċ li jdawwal’ ta’ retro-riflettur’ (Punt 1.7.22)

tfisser il-wiċċ li jdawwal ta’ retro-riflettur fi pjan perpendikulari mal-assi ta’ riferenza u limitat bi pjani li jmissu t-trufijiet ta’ barra tal-wiċċ li jipprojetta d-dawl tar-retro-riflettur u li jkun parallel għall-assi ta’ dan. Biex ikunu stabbiliti l-limiti ta’ taħt, ta’ fuq u dawk laterali tal-wiċċ li jdawwal, għandhom jintużaw biss pjani orizzontali jew vertikali.

1.10. ‘Wiċċ li jidher’

għal direzzjoni definita ta’ osservazzjoni, tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-wiċċ li jdawwal fi pjan perpendikolari lejn id-direzzjoni ta’ osservazzjoni (ara l-figura f’Appendiċi 2) u tanġenzjali lejn l-aktar punt esterjuri tal-lenti.

1.11. ‘Assi ta’ riferenza’

tfisser l-assi karatteristiċi tas-sinjal tad-dawl, stabbiliti mill-manifattur għall-użu bħala d-direzzjoni ta’ riferenza (H = 0°, V = 0°) għal angoli ta’ medda għall-kejl fotometriku u meta l-fanal jitwaħħal fuq il-vettura.

1.12. ‘Ċentru ta’ riferenza’

tfisser l-intersezzjoni tal-assi ta’ riferenza bil-wiċċ li jdawwal. Dan iċ-ċentru ta’ riferenza għandu jkun speċifikat mill-manifattur tal-fanal.

1.13. ‘Angoli ta’ viżibilità ġeometrika’

tfisser l-angoli li jistabbilixxu -medda tal-angolu solidu minimu li fih il-wiċċ tal-fanal li jidher irid ikun viżibbli. Dik il-medda tal-angolu solidu jiġi stabbilit bis-segmenti tal-isfera li ċ- ċentru tagħha jikonċidi maċ-ċentru ta’ riferenza tal-fanal u l-ekwatur ikunu parallel mal-art. Dawn is-segmenti jiġu stabbiliti f’relazzjoni mal-assi ta’ riferenza. L-angoli orizzontali β jikkorrispondu għall-loniġtudini u l-angoli vertikali αgħal mal-latitudni.

M’għandu jkun hemm l-ebda ostaklu fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-angoli tal-viżibilità ġeometrika għall-propagazzjoni tad-dawl minn kwalunkwe parti tal-wiċċ tal-fanal li jidher meta din tkun osservata mill-infinit.

Jekk jittieħdu qisien aktar viċin il-fanal, għandu jkun hemm bdil parallel fid-direzzjoni ta’ osservazzjoni biex tkun tista’ tintlaħaq l-istess eżattezza.

M’għandha ssir l-ebda kunsiderazzjoni fuq l-ostakli li jkun hemm fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-angoli tal-viżibilità ġeometrika, jekk dawn kienu diġa preżenti meta l-fanal ingħata l-approvazzjoni tat-tip.

Jekk, meta l-fanal huwa stallata, kwalunkwe parti tal-wiċċ tal-fanal li jidher tkun għadha moħbija permezz ta’ partijiet oħra tal-vettura, għandha tingħata prova li l-parti tal-fanal li ma tkunx moħbija minn xi ostakli għadha xorta waħda tikkonforma mal-valuri fotometriċi preskritti għall-approvazzjoni tal--mezz bħala unit ottiku (ara l-figura taħt).

+++++ TIFF +++++

1.14. ‘It-tarf estrem ta’ barra’

fuq kull naħa tal-vettura tfisser il-pjan parallel għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u li jkun imiss it-tarf laterali ta’ barra tagħha, mingħajr kunsiderazzjoni lejn il-projezzjoni:

1.14.1. ta’ tyres ħdejn il-punt tal-kuntatt tagħhom mal-art u l-konnezzjonijiet għal gauges li jkejlu l-pressjoni tat-tyres;

1.14.2. ta’ mezzi għal kontra ż-żlieq li jista’ jkun imwaħħal mar-roti;

1.14.3. tal-mirja li minnhom tara wara;

1.14.4. tal-fanali tal-indikatur tad-direzzjoni, fanali li juru t-trufijiet ta’ barra, l-fanali ta’ wara u ta’ quddiem, il-fanali tal-ipparkjar, retro-rifletturi u fanali li jindikaw il-ġnub;

1.14.5. ta’ siġilli tad-dwana mwaħħla fuq il-vettura u mezzi biex jassiguraw u jipproteġu siġilli bħal dawn.

1.15. ‘Il-wisa’ globali’

tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali definiti fil-punt 1.14.

1.16. ‘Fanal wieħed’

tfisser apparat jew parti minn apparat, li jkollu funzjoni waħda u wiċċ li jdawwal wieħed u sors wieħed jew aktar ta’ dawl. Għall-għan tal-istallazzjoni fuq vettura, ‘fanal wieħed’ tfisser ukoll kwalunkwe ġabra ta’ żewġ fanali indipendenti jew ta’ fanali raggruppati, kemm jekk ikunu identiċi kemm jekk le, li jkollhom l-istess funzjoni, jekk ikunu stallati b’tali mod li l-projezzjonijiet tal-uċuħ li jdawlu tal-fanali fuq pjan trasvers ikunu jokkupaw mhux inqas minn 60 % tal-iżgħar rettangolu li jdawwar il-projezzjonijiet tal-uċuħ li jdawlu msemmija.

F’każ bħal dan, kull waħda minn dawn il-fanali għandhom, fejn l-approvazzjoni tkun meħtieġa, ikunu approvati bħala fanali tat-tip ‘D’. Din il-kombinazzjoni possibbli ma tapplikax għal headlamps ewlenin, dawk li jitfgħu raġġ dipped u fanali taċ-ċpar ta’ quddiem.

1.17. ‘Żewġ fanali jew numru ndaqs ta’ fanali’

tfisser wiċċ singlu li jdawwal fil-forma ta’ strixxa jekk dan ikun impoġġi simetrikament f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u jkun jestendi fuq iż-żewġ naħat sa mhux anqas minn 400 mm tat-tarf estrem ta’ barra tal-vettura, u ma jkunx inqas minn 800 mm twil. L-illuminazzjoni ta’ wiċċ bħal dan għandha tkun provduta b’mhux inqas minn żewġ sorsi ta’ dawl impoġġija kemm jista’ jkun viċin it-truf tagħha. Il-wiċċ li jdawwal jista’ jkun kostitwit minn numru ta’ elementi mpoġġija maġenb xulxin fuq kundizzjoni li l-projezzjonijiet tad-diversi wċuħ individwali li jdawlu li jkunu fuq l-istess pjan trasvers ikunu jokkupaw mhux inqas minn 60 % tal-area tal-iżgħar rettangolu li jdur madwar il-projezzjonjiet ta’ dawk l-uċuħ individwali li jdawlu.

1.18. ‘Distanza bejn żewġ fanali’

li jħarsu fl-istess direzzjoni tfisser l-iqsar distanza bejn il-projezzjonijiet ortogonali fi pjan perpendikulari għall-assi ta’ riferenza tat-truf ta’ zewġt uċuħ li jdawlu kif definit skond il-każ imsemmi fil-punt 1.9. Id-distanza bejn iż-żewġ fanali tista’, iżda, tkun mkejla mingħajr ma jkunu stabbiliti b’mod eżatt it-truf tal-uċuħ li jdawlu, fejn id-distanza tkun tidher b’mod ċar li hija ċara ħafna iżjed mill-ħtiġiet minimi tad-Direttiva.

1.19. ‘Fanal fakultattiv’

tfisser fanal li l-preżenza tiegħu titħalla għad-diskrezzjoni tal-manifattur tal-vettura.

1.20. ‘Tell-tale li jaħdem’

tfisser mezz tad-dawl jew tal-ħoss li juri jekk mezz li jkun ġie attivat ikunx qed jaħdem sew jew le.

1.21. ‘Circuit-closed tell-tale’

tfisser dawl li juri li mezz partikolari ġie mixgħul iżda ma jurix jekk dan ikunx qed jaħdem tajjeb jew le.

1.22. ‘Art’

tfisser il-wiċċ li fuqha jkun hemm il-vettura, li jrid ikun kemm jista’ jkun orizzontali.

1.23. ‘Komponenti li jiċċaqalqu tal-vettura

tfisser dawk il-pannelli jew partijiet oħra tal-vettura, li l-pożizzjoni tagħhom tista’ tinbidel billi jinqalbu fuq ġenb, iduru jew jiżżerżqu mingħajr l-ebda użu ta’ għodda. Dawn ma jinkludux kabini tas-sewwieq li jiġġenbu.

1.24. ‘Il-pożizzjoni normali tal-użu ta’ komponent li jiċċaqlaq’

tfisser il-pożizzjoni(jiet) ta’ komponent jiċċaqlaq u li huwa speċifikat mill-manifattur tal-vettura għall-kundizzjonijiet normali ta’ użu u għall-kundizzjoni tal-ipparkjar tal-vettura.

1.25. ‘Il-kundizzjoni normali tal-użu ta’ vettura’

tfisser:

1.25.1. għal vettura bil-mutur, meta l-vettura tkun lesta biex timxi bil-magna tagħha mixgħula u l-komponenti mhux fissi tagħha jkunu fil-pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-Punt 1.24;

1.25.2. u għal karru, meta dan ikun marbut ma’ vettura li qed tirmonka fil-kundizzjoni deskritta fil-punt 1.25.1 u l-komponenti mhux fissi tiegħu ikunu fil-pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-Punt 1.24.

1.26. ‘Il-kundizzjoni tal-ippparkjar ta’ vettura’

tfisser:

1.26.1. għal vettura bil-mutur, meta l-vettura hija wieqfa u l-magna tagħha tkun mitfija, waqt li l-komponenti mhux fissi tagħha jkunu fil-pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-Punt 1.24;

1.26.2. u għal karru, meta dan ikun marbut ma’ vettura li qed tirmonkah fil-kundizzjoni deskritta fil-punt 1.26.1 u l-komponenti mhux fissi tiegħu ikunu fil-pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-Punt 1.24.

2. L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tip ta’ vettura fejn għandha x’taqsam l-istallazzjoni ta’ mezzi tad-dawl u ta’ sinjalazzjon bid-dawl tagħha għandha tkun sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu.

2.2. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt, dejjem fi tliet kopji:

2.2.1. deskrizzjoni tal-tip tal-vettura f’konformità mal-punti mniżżla f’1.1, flimkien mar-restrizzjonijiet fuq it-tagħbija, partikolarment it-tagħbija massima awtorizzata fil-bagoll;

2.2.2. lista ta’ mezzi preskritta mill-manifattur dwar l-assemblaġġ tal-mezz tad-dawl u ta’ sinjalzzjoni bid-dawl. Din il-lista tista’ tinkludi diversi tipi ta’ mezz għal kull tħaddim. Kull tip għandha tkun identifikata b’mod xieraq (il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent, isem il-manifattur, eċċ.);

2.2.3. Tpinġija tas-sistema kollha tat-tagħmir tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl, li turi l-pożizzjoni tad-diversi fanali tal-vettura;

2.2.4. jekk ikun meħtieġ, biex tkun verifikata l-konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva preżenti, tpinġija(ijiet) ta’ kull fanal individwali li turi l-wiċċ li jdawwal kif definit fil-punti 1.9.1, 1.9.2 u 1.9.3, il-wiċċ li jitfa’ d-dawl kif definit fil-punt 1.8, l-assi ta’ riferenza kif definit fil-punt 1.11 u ċ-ċentru tar-riferenza kif definit fil-punt 1.12. Din l-informazzjoni mhix meħtieġa fil-każ tal-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (il-punt 1.7.15).

2.3. Vettura mhux mgħobbija li fuqha jkun hemm imwaħħal it-tagħmir tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl kif deskritt fil-punt 2.2.2 kif ukoll mudell tal-vettura li għandha tkun approvata, għandhom ikunu sottomessi lill-awtorità teknika li jwettqu dawn it-testijiet tal-approvazzjoni.

2.4. Id-dokument previst f’L-Anness II għandu jkun mehmuż mad-dokument tal-approvazzjoni tat-tip.

3. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

3.1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, l-istallazzjoni tal-mezzi tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl kif definit fil-punti 1.7.8 sa 1.7.22 biss għandha tkun awtorizzata. L-istallazzjoni ta’ kwalunkwe mezz ieħor tad-dawl jew ta’ sinjalazzjoni bid-dawl huwa għalhekk projbit.

3.2. Il-mezzi tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl għandhom ikun stallati b’tali mod li taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu kif definit fil-punti 1.25, 1.25.1 u 1.25.2, u minkejja xi vibrazzjonijiet li għalihom dawn jistgħu jkunu soġġetti, dawn xorta waħda jżommu l-karatteristiċi stabbiliti f’dan l-Anness u l-vettura tkun konformi mal-ħtiġiet ta’ dan l-Anness. Partikolarment, m’għandux ikun possibbli li l-aġġustament tal-fanali ikun disturbat bi żball.

3.3. Il-fanali li jdawlu kif deskritt fil-punti 1.7.8, 1.7.9 u 1.7.10 għandhom ikunu mwaħħla b’tali mod li l-issettjar korrett tal-allinjament tagħhom ikun wieħed faċli li jsir.

3.4. Għall-mezzi kollha ta’ sinjalazzjoni bid-dawl, inklużi dawk imwaħħla fuq il-pannelli tal-ġenb, l-assi tar-riferenza tal-fanal meta tkun imwaħħla fuq il-vettura għandha tkun parallela għal pjan tad-direzzjoni tal-vettura fuq it-triq; barra minn hekk, din għandha tkun perpendikulari għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, fil-każ ta’ retro-rifletturi tal-ġenb u l-fanali li juru l-ġenb, u parallela għal dak il-pjan fil-każ ta’ kull mezz ieħor ta’ sinjalazzjoni bid-dawl. F’kull direzzjoni għandha tkun permessa tolleranza ta’ ±3°. Barra minn hekk, kwalunkwe struzzjonijiet speċifiċi fejn tidħol l-istallazzjoni stabbilita mill-manifattur għandha jkun hemm konformità magħhom.

3.5. Fin-nuqqas ta’ ħtiġiet speċifiċi, l-għoli u l-allinjament tal-fanali għandhom ikunu verifikati mal-vettura mhux mgħobbija meta din tkun qiegħda fuq wiċċ ċatt u orizzontali taħt il-kundizzjonijiet definiti fil-punti 1.25, 1.25.1 u 1.25.2.

3.6. Fin-nuqqas ta’ ħtiġiet speċifiċi, il-fanali li jiffurmaw par għandhom:

3.6.1. ikunu mwaħħla simetrikament fuq il-vettura f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan (dan l-estimu għandu jkun ibbażat fuq il-forma ġeometrika ta’ barra tal-fanal u mhux fuq it-tarf tal-wiċċ li jdawwal tagħha msemmi fil-punti 1.9.1, 1.9.2 u 1.9.3);

3.6.2. ikunu simetriċi għal xulxin f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan; din il-ħtieġa mhix valida fejn hi konċernata l-istruttura ta’ ġewwa tal-fanal;

3.6.3. jissodisfaw l-istess karatteristiċi kolorimetriċi;

3.6.4. ikollhom karatteristiċi fotometriċi sostanzjalment identiċi.

3.7. Fuq vetturi li l-forma esterna tagħhom ma tkunx waħda simetrika, il-ħtiġiet t’hawn fuq għandhom jiġu sodisfatti kemm jista’ jkun.

3.8. Fanali li jkollhom funzjonijiet differenti jistgħu jkunu indipendenti jew raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament f’mezz wieħed, sakemm kull fanal jkun jikkonforma mal-ħtiġiet li japplikaw għalih.

3.9. L-għoli massimu ’l fuq mill-art għandu jkun imkejjel mill-ogħla punt waqt li l-għoli minimu mill-iktar punt baxx tal-wiċċ li jdawwal.

Fil-każ ta’ headlamps ta’ raġġ dipped, l-għoli minimu f’relazzjoni ma’ l-art ikun imkejjel mill-iktar xifer baxx tar-riflettur.

3.9.1. Il-pożizzjoni, fejn hi konċernata l-wisa’, għandha tkun stabbilita mix-xifer tal-wiċċ li jdawwal li huwa l-iktar wieħed ’il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura meta tkun riferuta għall-wisa’ ġenerali, u mit-truf ta’ ġewwa tal-uċuħ li jdawlu meta riferuta għad-distanza ta’ bejn il-fanali.

3.10. Fl-assenza ta’ ħtiġiet speċifiċi l-ebda fanali għajr dawk tal-indikaturi tad-direzzjoni u dawk li jagħtu twissija ta’ periklu ma jistgħu jarmu dawl li jberraq.

3.11. L-ebda dawl aħmar li jista’ jirriżulta f’xi konfużjoni m’għandu joħroġ minn fanal f’direzzjoni ’l quddiem kif definit fil-punt 1.7. L-ebda dawl abjad li jista’ jirriżulta f’xi konfużjoni, għajr dak tal-fanal tar-rivers, m’għandu joħroġ minn fanal kif definit fil-punt 1.7 f’direzzjoni lura. M’għandha ssir l-ebda kunsiderazzjoni għal mezzi ta’ dawl immuntati fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-vettura. Fil-każ ta’ dubju, din il-ħtieġa għandha tkun verifikata kif ġej:

3.11.1. għal viżibilità ta’ dawl aħmar minn quddiem: m’għandu jkun hemm l-ebda viżibiltà diretta tal-wiċċ li jarmi d-dawl ta’ fanal aħmar jekk osservatur iħares lejha waqt li dan ikun miexi f’Żona 1 fi pjan trasvers sitwat 25 m quddiem il-vettura (ara Appendiċi 3, Figura 1);

3.11.2. għal viżibilità ta’ dawl abjad minn wara: m’għandu jkun hemm l-ebda viżibiltà diretta tal-wiċċ li jarmi d-dawl ta’ fanal abjad jekk osservatur iħares lejha waqt li dan ikun miexi f’Żona 2 fi pjan trasvers sitwat 25 m wara l-vettura (ara Appendiċi 3, Figura 2);

3.11.3. Żoni 1 u 2, kif jarahom l-osservatur, huma limitati fil-pjani rispettivi tagħhom kif ġej:

3.11.3.1. fejn għandu x’jaqsam l-għoli, minn żewġ pjani orizzontali li jkunu 1 u 2.2 m rispettivament ’il fuq mill-art;

3.11.3.2. fejn għandha x’taqsam il-wisa’, minn żewġ pjani vertikali li jagħmlu angolu ta’ 15° lejn il-quddiem u l-wara rispettivament, u barra l-vettura b’riferenza lejn il-pjan medjan tal-vettura, li jgħaddi mill-punt (jew punti) ta’ kuntatti ta’ pjani vertikali li jkunu paralleli għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, u li jillimitaw il-wisa’ ġenerali tal-vettura.

Jekk ikun hemm diversi punti ta’ kuntatt, l-iktar waħda ’l bogħod li tkun fuq quddiem għandha tkun tikkorrispondi għall-pjan ta’ quddiem waqt li l-iktar waħda ’l bogħod li tkun fuq wara għandha tikkorrispondi għall-pjan ta’ wara.

3.12. Il-konnezzjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li l-fanali ta’ quddiem u ta’ wara, dawk li jindikaw it-truf tal-vettura, fejn ikunu mwaħħla, il-fanali li jindikaw il-ġnub, fejn ikunu mwaħħla, u l-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jkunu jistgħu jinxtegħlu u jintfew biss simultanjament.

Din il-ħtieġa m’għandhiex tapplika meta jintużaw il-fanali ta’ quddiem u ta’ wara, kif ukoll għal dawk li jindikaw il-ġnub kombinati jew inkorporati reċiprokament mal-fanali imsemmija, bħala fanali tal-ipparkjar.

3.13. Il-konnezzjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li l-headlamps tad-dawl prinċipali u dawk tar-raġġ dipped u l-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem ma jkunux jistgħu jinxtegħlu sakemm il-fanali imsemmija fil-punt 3.12 ikunu mixgħula wkoll. Din il-ħtieġa m’għandhiex tapplika, iżda, għall-headlamps tad-dawl prinċipali jew għal dawk tar-raġġ dipped meta t-twissijiet ta’ luminosità tagħhom tkun tikkonsisti minn dawl irregolari f’intervalli qosra tal-headlamp tad-dawl prinċipali jew id-dawl irregolari f’intervalli qosra tal-headlamp tar-raġġ dipped, jew inkella d-dawl alternat f’intervalli qosra tal-headlamp tad-dawl prinċipali u dik tar-raġġ dipped.

3.14. Il-kuluri tad-dawl li joħroġ minn ġol fanali jridu jkunu kif ġej:

—il-headlamp tad-dawl prinċipali: | abjad |

—il-headlamp tar-raġġ dipped: | abjad |

—il-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem | abjad jew isfar |

—il-fanal tar-rivers: | abjad |

—il-fanal tal-indikatur tad-direzzjoni: | ambra |

—il-fanali tat-twissija tal-periklu: | ambra |

—il-fanal tal-waqfien: | aħmar |

—il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: | abjad |

—il-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem: | abjad |

—il-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara: | aħmar |

—il-fanal taċ-ċpar ta’ wara: | aħmar |

—il-fanal tal-ipparkjar: | abjad minn quddiem, aħmar minn wara, ambra jekk inkorporata fil- fanali tal-indikatur tad-diirezzjoni fil-ġenb jew fil-fanali li juri l-ġenb |

—il-fanal li jindika l-ġenb: | ambra; iżda, jista’ jkun aħmar jekk l-iktar fanal fuq wara li turi l-ġenb jkun raggruppat jew kombinat jew reċiprokament inkorporat mal-fanal li juri l-pożizzjoni ta’ wara, il-fanal li juri t-tarf ta’ wara, il-fanal taċ-ċpar ta’ wara, il-fanal ta’ waqfien jew ikun miġbur jew ikollu parti tal-wiċċ li jitfa’ d-dawl komuni mar-retro-riflettur ta’ wara |

—il-fanal li jindika t-trufijiet tal-vettura: | abjad fuq quddiem, aħmar fuq wara |

—ir-retro-riflettur ta’ wara, mhux trijangulari: | aħmar |

—ir-retro-riflettur ta’ wara, trijangulari: | aħmar |

—ir-retro-riflettur ta’ quddiem, mhux trijangulari [5]: | identiku għal dawl ta’ okkorrenza |

—ir-retro-riflettur ta’ quddiem, mhux trijangulari: | ambra; iżda, jista’ jkun aħmar jekk l-iktar retro-riflettur ta’ wara ikun raggruppat jew ikollu parti tal-wiċċ li jitfa’ d-dawl komuni mal-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara, il-fanal li jindika t-tarf ta’ wara tal-vettura il-fanal taċ-ċpar ta’ wara, il-fanal tal-waqfien jew il-fanal l-aħmar ta’ wara li jindika l-ġenb. |

3.15. Il-funzjoni tas-circuit-closed tell-tales tista’ tkun sodisfatta minn tell-tales li jkunu jaħdmu.

3.16. Il-fanali li jinħbew

3.16.1. Il-ħabi ta’ fanali għandu jkun projbit, barra mill-headlamp li titfa’ d-dawl prinċipali, dik li titfa’ r-raġġ dipped u l-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem, li jistgħu jinħbew meta ma jkunux qed jintużaw.

3.16.2. Fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas li jaffettwa t-tħaddim tal-mezz(i) tal-ħabi, il-fanali għandhom jibqgħu fil-pożizzjoni tagħhom ta’ użu, jekk ikunu diġa qed jintużaw, jew inkella għandhom ikunu jistgħu jitmexxew fil-pożizzjoni tagħhom ta’ użu mingħajr l-użu ta’ għodda.

3.16.3. Għandu jkun possibbli li l-fanali jitmexxew fil-pożizzjoni ta’ użu u li jinxtegħlu permezz ta’ kontroll wieħed, mingħajr ma teskludi l-possibilità li dawn ikunu jistgħu jitmexxew f’pożizzjoni ta’ użu mingħajr ma jinxtegħlu.

Iżda, fil-każ ta’ gruppi ta’ headlamps li jitfgħu d-dawl prinċipali u dawk li jitfgħu raġġ dipped, il-kontroll msemmi fuq ikun meħtieġ biss biex iħaddem il-headlamps tar-raġġ dipped.

3.16.4. M’għandux ikun possibbli b’mod deliberat, mis-sedil tas-sewwieq, li twaqqaf il-moviment tal-fanali mixgħulin qabel ma dawn jilħqu l-pożizzjoni tal-użu. Jekk ikun hemm il-periklu li bil-moviment tal-fanali tista’ tagħmmex għajnejn ta’ xi persuni oħra li jkunu qed jagħmlu użu mit-triq, dawn ikunu jistgħu jinxtegħlu biss meta dawn ikunu laħqu l-pożizzjoni tagħhom tal-użu.

3.16.5. F’temperaturi ta’ 30 għal + 50 °C fanal għandu jilħaq il-pożizzjoni tal-użu fi żmien tliet sekondi mill-operazzjoni tal-bidu tal-kontroll.

3.17. Numru ta’ fanali

In-numru ta’ fanali imwaħħla fuq il-vettura għandu jkun ugwali għan-numru(i) speċifikat fis-subpunt 2 tal-punti 4.1 sa 4.18.

3.18. Barra kif provdut bil-punti 3.19, 3.20 u 3.22, il-fanali jistgħu jkunu stallati fuq komponenti li jiċċaqalqu.

3.19. Il-fanali tal-pożizzjoni ta’ wara, il-fanali tal-indikatur tad-direzzjoni ta’ wara u r-retro-rifletturi ta’ wara, kemm dawk triangulari kemm dawk li mhumiex, ma jistgħux ikunu stallati fuq komponenti li jaċċaqilqu. Jekk dawn il-funzjonijiet ikunu jistgħu jsiru pemezz ta’ grupp ta’ żewġ fanali immarkati ‘D’ (ara l-punt 1.16), wieħed minn dawn il-fanali biss jeħtieġ li jkun stallat fuq il-parti fissa tal-vettura.

3.20. M’għandux ikun hemm xi komponent li jiċċaqlaq, b’mezz ta ’ sinjalazzjoni bid-dawl jew mingħajru installat fuqu, li fi kwlunkwe pożizzjoni fissa jaħbu aktar minn 50 % tal-wiċċ li jidher tal-fanali ta’ quddiem u ta’ wara, tal-fanali tal-indikatur tad-direzzjoni ta’ quddiem u ta’ wara u tar-retro-rifletturi meta dawn ikunu osservati f’direzzjoni parallela għall-assi lonġitudinali tal-vettura.

Jekk dan ma jkunx prattikabbli:

3.20.1. rimarka fil-punt 16 tad-dokument f’L-Anness II għandha tinforma lill-amministrazzjonijiet oħra li iktar minn 50 % tal-wiċċ li jidher jista’ jinħeba mill-komponenti li jiċċaqalqu;

3.20.2. Fil-każ tal-punt 3.20.1 avviż fil-vettura għandu jinforma lill-utent li f’ċertu pożizzjoni(jiet) tal-komponenti li jiċċaqalqu l-utenti oħra tat-triq għandhom ikunu avżati dwar il-preżenza tal-vettura fuq it-triq; per eżempju permezz ta’ trijanglu li jiġbed l-attenzjoni jew xi mezz ieħor skond il-ħtiġiet nazzjonali għall-użu fuq it-toroq.

3.21. Meta l-komponenti li jiċċaqalqu jkunu f’pożizzjoni għajr dik ‘normali’ kif definita fil-punt 1.24, il-mezzi stallati fuqhom m’għandhomx jikkawżaw skomdu mhux neċessarju għall-utenti tat-triq.

3.22. Meta fanal ikun stallat fuq komponent li jiċċaqlaq u l-komponent li jiċċaqlaq ikun f’pożizzjoni(jiet) normali ta’ użu (ara l-punt 1.24), il-fanal għandu dejjem jirritorna lejn il-pożizzjoni(jiet) speċifikata(i) mill-manifattur b’konformità ma’ dan l-Anness. Fil-każ tal-headlamps li jitfgħu raġġ dipped u l-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem, din il-ħtieġa għandha tkun kunsidrata bħala sodisfatta jekk, meta l-komponenti li jiċċaqalqu jitmexxew u jirritornaw lejn il-pożizzjoni normali tagħhom wara 10 darbiet, l-ebda valur tal-angolu ta’ inklinazzjoni ta’ dawn il-fanali, relattiv għas-sostenn tieġħu, imkejjel wara kull operazzjoni tal-komponent li jiċċaqlaq, ma jkun ivarja b’aktar minn 0,15 % mill-medja tal-10 valuri mkejla.

3.23. Il-fanali jistgħu jkunu raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati ma’ xulxin sakemm il-ħtiġiet kollha dwar il-kulur, il-pożizzjoni, l-allinjament, il-viżibilità ġeometrika, il-konnezzjonijiet elettriċi u ‘ħtiġiet oħra’, jekk ikun hemm, għal kull fanal, ikunu ġew rispettati.

3.24. Bl-eċċezzjoni tar-retro-rifletturi, fanal li anki jekk ikollu marka ta’ approvazzjoni, għandu jkun meqjus bħala wieħed li ma jkunx preżenti meta dan ma jkunx jista’ jitħaddem bl-istallazzjoni unika ta’ fanal tal-filament.

4. SPEĊIFIKAZZJONIJIET INDIVIDWALI

4.1. ‘Il-headlamp li titfa’ d-dawl prinċipali’

4.1.1. Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi bil-mutur

Projbita fuq il-karrijiet

4.1.2. Numru

Tnejn jew erbgħa

Fejn vettura jkollha erba’ headlamps li jitfgħu d-dawl prinċipali u li jkunu moħbija, l-istallazzjoni ta’ żewġ headlamps addizzjonali li jitfgħu d-dawl prinċipali għandha tkun awtorizzata biss bl-għan biex dawn jagħtu sinjali bid-dawl (kif definit fil-punt 3.13) matul il-ġurnata.

4.1.3. Arranġament

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.1.4. Pożizzjoni

4.1.4.1. Wisa’:

it-truf ta’ barra tal-wiċċ li jdawwal m’għandu fl-ebda każ ikun aktar qrib l-iktar tarf ta’ barra tal-vettura milli t-truf ta’ barra tal-wiċċ li jdawwal tal-headlamps li jitfgħu raġġ dipped.

4.1.4.2. L-għoli

l-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.1.4.3. Tul:

fuq quddiem tal-vettura u mwaħħla b’tali mod li d-dawl li joħroġ ma jiddisturbax lis-sewwieq kemm direttament jew indirettament minn ġol-mirja li minnhom tara wara u/jew minn uċuħ oħra li jirriflettu tal-vettura.

4.1.5. Viżibilità ġeometrika

Il-viżibilità tal-wiċċ li jdawwal, inkluża l-viżibilità tiegħu f’żoni li ma jkunux jidhru li huma mdawla fid-direzzjoni tal-osservazzjoni kunsidrata, għandha tkun żgurata fi spazju diverġenti definit b’linji ta’ ġenerazzjoni bbażati fuq il-perimetru tal-wiċċ li jdawwal u jifforma angolu ta’ mhux inqas minn 5° mal-assi ta’ riferenza tal-headlamp. L-oriġini tal-angoli tal-viżibilità ġeometrika huwa l-perimetru tal-projezzjoni tal-wiċċ li jdawwal fuq pjan trasvers li jkun tanġenti ma’ l-iktar parti ta’ quddiem tal-lenti tal-headlamp.

4.1.6. Allinjament

Lejn in-naħa ta’ quddiem

Barra mill-mezzi meħtieġa biex iżommu l-aġġustament korrett, u meta jkun hemm żewġ pari ta’ headlamps, par minnhom, li jikkonsisti minn headlamps li jkollhom il-funzjoni li jitfgħu d-dawl prinċipali biss, ikun jista’ jdur fuq il-pern, skond l-angolu tal-molla tal-lock tal-istering, madwar assi viċin ħafna l-vertikali.

4.1.7. Konnessjonijiet elettriċi

4.1.7.1. Il-headlamps li jitfgħu d-dawl prinċipali jistgħu jinxtgħelu kemm simultanjament jew f’pari. Biex tibdel mir-raġġ dipped għad-dawl prinċipali minn ta’ lanqas par wieħed ta’ dawl prinċipali irid ikun mixgħul. Biex tibdel mid-dawl prinċipali għar-raġġ dipped il-headlamps li jitfgħu d-dawl prinċipali iridu jkunu mitfija simultanjament.

4.1.7.2. Ir-raġġ dipped jista’ jibqa’ mixgħul fl-istess ħin bħad-dwal prinċipali.

4.1.7.3. Fejn ikun hemm erba’ headlamps li jitfgħu d-dawl prinċipali li jkunu moħbija, il-pożizzjoni mgħollija tagħhom għandha tipprevjeni l-operazzjoni simultanja ta’ kwalunkwe headlamps addizzjonali li jitfgħu d-dawl prinċipali, jekk dawn ikunu maħsuba li jitfgħu xi sinjali bid-dawl (kif definit fil-punt 3.13) matul il-ġurnata.

4.1.8. Circuit-closed tell-tale

Obbligatorja.

4.1.9. Ħtiġiet oħra

4.1.9.1. L-intensità massima aggregata tad-dawl tal-headlamp li tista’ tinxtegħel simultanjament m’għandhiex teċċedi il-225000 cd.

4.1.9.2. Din l-intensità massima għandha tinkiseb billi tgħodd flimkien l-intensitajiet massimi individwali mkejla fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent u murija fuq iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni rilevanti.

4.2. Il-headlamp li jitfa’ raġġ dipped

4.2.1. Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi bil-mutur

Projbita fuq il-karrijiet

4.2.2. Numru

Tnejn

4.2.3. Arranġament

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.2.4. Pożizzjoni

4.2.4.1. Wisa’:

it-tarf tal-wiċċ li jdawwal li jkun l-iktar il-bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mill-iktar xifer ta’ barra tal-vettura.

It-truf ta’ ġewwa tal-uċuħ li jdawlu m’għandhomx ikunu inqas minn 600 mm bejniethom.

Id-distanza tista’ titnaqqas sa 400 mm fejn il-wisa’ ġenerali tal-vettura tkun inqas minn 1300 mm.

4.2.4.2. L-għoli:

’il fuq mill-art: mhux inqas minn 500 mm u mhux aktar minn 1200 mm.

4.2.4.3. Tul:

fuq quddiem tal-vettura; din il-ħtieġa għandha titqies bħala sodisfatta jekk id-dawl li joħroġ ma jkunx jikkawża xi skomdu għas-sewwieq, kemm direttament jew indirettament, minn ġol-mirja li minnhom tara wara u/jew mill-uċuħ oħra li jirriflettu tal-vettura.

4.2.5. Viżibilità ġeometrika

Definita bl-angoli α u β kif speċifikat fil-punt 1.13.

α = 15º ’il fuq u 10º ’l isfel,

β = 45º ’il barra u 10º ’il ġewwa.

Peress li l-valuri fotometriċi meħtieġa għall-headlamps li jitfgħu raġġ dipped ma jkoprux il-qasam ġeometriku sħiħ tal-viżibilità, valur minimu ta’ 1 cd fl-ispazju li jibqa’ huwa meħtieġ għall-għanijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Il-preżenza ta’ pannelli jew affarijiet oħra ta’ tagħmir ħdejn id-dawl m’għandhomx iwasslu għal effetti sekondarji li jikkawżaw xi skomdu għal nies oħra li jkunu qed jużaw it-triq.

4.2.6. Allinjament

4.2.6.1. Wara l-aġġustament tal-inklinazzjoni tal-bidu, l-inklinazzjoni vertikali tar-raġġ dipped, espressa f’perċentwali għandha tkun imkejla f’kundizzjonijiet statiċi u skond il-kundizzjonijiet kollha ta’ tagħbija kif definit f’Appendiċi 1.

L-inklinazzjoni ’l isfel tal-bidu tal-cut-off tar-raġġ dipped li għandu jkun issettjat fil-vettura waqt li mhix mgħobbija u b’perusna waħda fuq is-sedil tas-sewwieq għandha tkun speċifikata sa 0,1 % mill-manifattur tal-vettura u indikata b’mod li tinqara sew u ma titħassarx, fuq kull vettura, jew qrib il-headlamps jew il-pjanċa tal-manifattur bis-simbolu muri fl-Appendiċi 6.

Il-valur ta’ din l-inklinazzjoni ’l isfel murija huwa definit fil-punt 4.2.6.1.1.

4.2.6.1.1. Jiddependi mill-għoli tat-twaħħil f’metri (għ) tat-tarf t’isfel tal-wiċċ li jdawwal tal-headlamp li jitfa’ raġġ dipped, imkejjel fuq vettura mhix mgħobbija, l-inklinazzjoni vertikali tal-cut-off tar-raġġ dipped għandha, skond il-kundizzjonijiet statiċi kollha tal-Appendiċi 1, tibqa’ bejn il-limiti li ġejjin u l-għan tal-bidu għandu jkollu dawn il-valuri:

għ < 0,80

limiti: | bejn 0,5 % u 2,5 % |

l-għan inizjali: | bejn 1,0 % u 1,5 %; |

0,80 ≤ għ ≤ 0,90

limiti: | bejn 0,5 % u 2,5 % |

l-għan inizjali: | bejn 1,0 % u 1,5 %; |

jew, fid-diskrezzjoni tal-manifattur tal-vettura

limiti: | bejn 1,0 % u 3,0 % |

l-għan inizjali: | bejn 1,5 % u 2,0 %; |

l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tip ta’ vettura għandha, f’dan il-każ, ikun fiha informazzjoni dwar liema minn dawn iż-żewġ alternattivi se jintużaw;

għ < 0,90

limiti: | bejn 1,0 % u 3,0 % |

l-għan inizjali: | bejn 1,5 % u 2,0 %. |

Il-limiti t’hawn fuq u l-valuri ta’ l-għan inizjali huma mqassra fil-figura li tidher taħt.

+++++ TIFF +++++

4.2.6.2. Il-kundizzjoni ta’ qabel tista’ tkun sodisfatta permezz ta’ mezz li jaħdem fuq pożizzjoni relattiva tal-headlamp u l-vettura. Fil-każ li dan il-mezz ma jiffunzjonax, id-dawl m’għandux jirritorna għal pożizzjoni li hija inqas inklinata ’l isfel minn dik il-pożizzjoni tiegħu li kien fiha fil-ħin li l-mezz ma ħadimx.

4.2.6.2.1. Il-mezz imsemmi fil-punt 4.2.6.2. għandu jkun wieħed awtomatiku.

4.2.6.2.2. Mezzi li jkunu aġġustati manwalment, kemm jekk b’mod kontinwu jew le, għandhom xorta waħda jkunu awtorizzati, sakemm dawn ikollhom pożizzjoni ta’ waqfien li fiha l-fanali ikunu jistgħu jmorru lura lejn l-inklinazzjoni inizjali kif definita fil-punt 4.2.6.1 permezz tal-viti tal-aġġustament tas-soltu. Dawn il-mezzi aġġustati manwalment għandhom jitħaddmu mis-sedil tas-sewwieq. Mezzi li jkunu aġġustati kontinwament għandhom ikollhom marki ta’ riferenza li juru l-kundizzjonijiet ta’ tagħbija li jwasslu għall-ħtieġa ta’ aġġustament tar-raġġ dipped.

In-numru ta’ pożizzjonijiet fuq mezzi li ma jkunux aġġustabbli kontinwament għandu jkun tali li jiżgura konformità mal-medda ta’ valuri speċfikati fil-punt 4.2.6.1.1 fil-kundizzjonijiet kollha ta’ tagħbija kif definit fl-Appendiċi 1.

Għal dawn il-mezzi ukoll, il-kundizzjonijiet ta’ tagħbija t’Appendiċi 1 li jkunu jeħtieġu aġġustament fir-raġġ dipped għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar ħdejn il-kontroll tal-mezz (ara Appendiċi 7).

4.2.6.2.3. Il-kejl tal-varjazzjoni tal-inklinazzjoni tar-raġġ dipped bħala funzjoni ta’ tagħbija għandu jsir f’konformità mal-proċedura tat-test stabbilita f’Appendiċi 5.

4.2.7. Konnessjonijiet elettriċi

Il-kontroll biex tibdel għar-raġġ dipped għandu jitfi simultanjament il-headlamps kollha li jitfgħu d-dawl prinċipali.

Ir-raġġ dipped jista’ jibqa’ mixgħul fl-istess ħin bħad-dwal prinċipali.

4.2.8. Circuit-closed tell-tale

Fakultattiv.

4.2.9. Ħtiġiet oħra

Il-ħtiġiet tal-punt 3.6.2 ma japplikawx għal headlamps li jitfgħu raġġ dipped.

Il-headlamps li jitfgħu raġġ dipped m’għandhomx iduru skond l-angolu tal-molla tal-lock tal-istering.

4.3. Il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem

4.3.1. Preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi bil-mutur

Projbita fuq il-karrijiet

4.3.2. Numru

Tnejn

4.3.3. Arranġament

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.3.4. Pożizzjoni

4.3.4.1. Wisa’:

il-punt fuq il-wiċċ li jdawwal li jkun l-iktar ’il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mill-iktar xifer ta’ barra tal-vettura.

4.3.4.2. L-għoli

mhux inqas minn 250 mm ’il fuq mill-art.

L-ebda punt fuq il-wiċċ li jdawwal m’għandu jkun ogħla mill-ogħla punt fuq il-wiċċ li jdawwal tal-headlamp li jitfa’ raġġ dipped.

4.3.4.3. Tul:

fuq quddiem tal-vettura: din il-ħtieġa għandha titqies bħala sodisfatta jekk id-dawl li joħroġ ma jkunx jikkawża xi skomdu lis-sewwieq, kemm direttament jew indirettament, minn ġol-mirja li minnhom tara wara u/jew minn uċuħ oħra li jirriflettu tal-vettura.

4.3.5. Viżibilità ġeometrika

Definita bl-angoli αu β kif speċifikat fil-punt 1.13.

α = 5° ’il fuq u ’l isfel,

β = 45º ’il barra u 10º ’il ġewwa.

4.3.6. Allinjament

L-allinjament tal-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem m’għandux ivarja skond l-angolu tal-molla tal-lock tal-istering.

Dawn għandhom ikunu jħarsu ’l quddiem mingħajr ma jikkawżaw skomdu bla bżonn lil sewwieqa oħra li jkun għaddejjin jew lil persuni oħra li jkunu qed jagħmlu użu mit-triq.

4.3.7. Konnessjonijiet elettriċi

Għandu jkun possibbli li tixgħel u titfi l-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem indipendentement mill-headlamps li jitfgħu d-dawl prinċipali, dawk li jitfgħu raġġ dipped jew kwalunkwe kombinazzjoni oħra ta’ headlamps li jitfgħu r-raġġ dipped u dak prinċipali.

4.3.8. Circuit-closed tell-tale

Diskrezzjonali.

4.4. Il-fanali tar-rivers

4.4.1. Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi bil-mutur

Fakoltattiva fuq il-karrijiet

4.4.2. Numru

Waħda jew tnejn.

4.4.3. Arranġament

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.4.4. Pożizzjoni

4.4.4.1. Wisa’:

l-ebda speċifikazzjonijiet individwali.

4.4.4.2. L-għoli

mhux inqas minn 250 mm u mhux aktar minn 1200 mm ’il fuq mill-art.

4.4.4.3. Tul:

fuq wara tal-vettura.

4.4.5. Viżibilità ġeometrika

Definita bl-angoli α u β kif speċifikat fil-punt 1.13.

α = 15º ’il fuq u 5º l-isfel,

β = 45º lejn il-lemin u lejn ix-xellug jekk ikun hemm fanal waħda,

β = 45º ’il barra u 30º ’il ġewwa jekk ikun hemm tnejn.

4.4.6. Allinjament

Fuq in-naħa ta’ wara.

4.4.7. Konnessjonijiet elettriċi

Il-fanali tar-rivers jistgħu jinxtgħelu biss jekk il-ger tar-rivers ikun applikat u jekk il-mezz li jikkontrolla t-tħaddim jew il-waqfien tal-magna jkun f’tali pożizzjoni li jippermetti t-tħaddim tal-magna.

Dawn m’għandhomx jinxtgħelu jew jibqgħu mixgħula jekk l-ebda waħda minn dawn il-kundizzjonijiet t’hawn fuq ma jkunu ntlaħqu.

4.4.8. Circuit-closed tell-tale

Fakultattiva.

4.5. Il-fanali tal-indikatur tad-direzzjoni

4.5.1. Preżenza (ara Appendiċi 4)

Obbligatorja. It-tipi ta’ fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni huma fil-kategoriji (1, 1 a, 1 b, 2 a, 2 b u 5), li t-twaħħil tagħhom fuq vettura jikkostitwixxi arranġament (‘A’ jew ‘B’).

Arranġament ‘A’ japplika għall-vetturi kollha bil-mutur.

Arranġament ‘B’ japplika biss għall-karrijiet.

4.5.2. Numru

In-numru ta’ mezzi għandu jkun tali li dawn ikunu jistgħu jibagħtu sinjali li jikkorrispondu għall-wieħed mill-arranġamenti msemmija fil-punt 4.5.3.

4.5.3. Arranġament

A: żewġ fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni ta’ quddiem tal-kategoriji li ġejjin:

- 1 jew 1 a jew 1 b,

jekk id-distanza bejn ix-xifer tal-wiċċ li jdawwal ta’ dan il-fanal u dak tal-wiċċ li jdawwal tal-headlamp li jitfa’ raġġ dipped u/jew il-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem, fejn dan ikun imwaħħal, tkun minn ta’ lanqas 40 mm,

- 1 a jew 1 b,

jekk id-distanza bejn ix-xifer tal-wiċċ li jdawwal ta’ dan il-fanal u dak tal-wiċċ li jdawwal tal-headlamp li jitfa’ raġġ dipped u/jew il-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem, fejn dan ikun imwaħħal, tkun aktar minn 20 mm u inqas minn 40 mm,

- 1 b,

jekk id-distanza bejn ix-xifer tal-wiċċ li jdawwal ta’ dan il-fanal u dak tal-wiċċ li jdawwal tal-headlamp li jitfa’ raġġ dipped u/jew il-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem, fejn dan ikun imwaħħal, ikun inqas minn jew ugwali għal 20 mm;

żewġ fanali tal-indikatur tad-direzzjoni ta’ wara (kategorija 2 a jew 2 b);

żewġ fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni tal-ġenb (kategorija 5).

Fejn kwalunkwe mezz li jgħaqqad il-funzjonijiet ta’ fanal tas-sinjal tal-indikazzjoni ta’ quddiem (kategorija 1, 1 a, u 1 b) u ta’ fanal tas-sinjal tal-indikazzjoni tal-ġenb (kategorija 5) ikun ġie stallat, żewġ fanali addizzjonali tas-sinjal tal-indikazzjoni tal-ġenb (kategorija 5) jistgħu jitwaħħlu biex jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ viżibilità tal-punt 4.5.5.

B: żewġ fanali tal-indikatur tad-direzzjoni ta’ wara (kategorija 2 a jew 2 b);

4.5.4. Pożizzjoni

4.5.4.1. Wisa’:

it-tarf tal-wiċċ li jdawwal li jkun l-iktar il-bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mill-iktar xifer ta’ barra tal-vettura.

Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġt uċuħ li jdawlu m’għandhiex tkun inqas minn 600 mm.

Id-distanza tista’ titnaqqas sa 400 mm fejn il-wisa’ ġenerali tal-vettura tkun inqas minn 1300 mm.

4.5.4.2. L-għoli ’l fuq mill-art:

4.5.4.2.1. l-għoli tal-wiċċ li jitfa’ d-dawl tal-fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni tal-ġenb (kategorija 5) m’għandux ikun inqas minn 500 mm mkejjel mill-iktar punt baxx jew aktar minn 1500 mm mkejjel mill-ogħla punt.

4.5.4.2.2. L-għoli tal-fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni tal-kategorija 1, 1 a, 1 b, 2 a u 2 b, imkejjel f’konformità mal-punt 3.8, m’għandux ikun inqas minn 350 mm u aktar minn 1500 mm.

4.5.4.2.3. jekk l-istruttura tal-vettura ma tkunx tippermetti li dawn il-limiti ta’ fuq, imkejla kif speċifikat fuq, ikunu rispettati, dawn jistgħu jiżdiedu sa 2300 mm għal fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni tal-ġenb tal-kategorija 5, u sa 2100 mm għall-fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1 a, 1 b, 2 a u 2 b.

4.5.4.3. Tul:

id-distanza bejn il-wiċċ li jarmi d-dawl tal-fanal tal-indikatur tal-ġenb (kategorija 5) u l-pjan trasvers li juri l-limitu ta’ quddiem tat-tul ġenerali tal-vettura, m’għandux jeċċedi aktar minn 1800 mm.

Jekk l-istruttura tal-vettura ma tkunx tippermetti li tkun tikkonforma mal-angoli minimi ta’ viżibilità, din id-distanza tista’ tiżdied b’2500 mm.

4.5.5. Viżibilità ġeometrika

Angoli orizzontali: | ara Appendiċi 4. |

Angoli vertikali: | 15° ’il fuq jew l-isfel mill-orizzontal. L-angolu vertikali taħt dak orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° jekk il-fanali ikunu inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art. |

4.5.6. Allinjament

Jekk speċifikazzjonijiet individwali għal stallazzjoni huma stabbiliti mill-manifattur dawn għandhom jiġu osservati.

4.5.7. Konnessjonijiet elettriċi

Il-fanali tal-indikatur tad-direzzjoni għandhom jixgħelu indipendentement minn fanali oħra. Il-fanali kollha tal-indikazzjoni tad-direzzjoni fuq naħa waħda ta’ vettura għandhom ikunu mixgħula jew mitfija permezz ta’ kontroll wieħed u għandhom iteptpu waqt l-użu.

4.5.8. Tell-tale li jaħdem

Obbligatorju għall-fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni ta’ quddiem u wara. Dan jista’ jkun ottiku jew tas-smigħ jew it-tnejn.

Jekk ikun ottiku, dan għandu jkun dawl iteptep li, fil-każ li xi fanal tal-indikazzjoni tad-direzzjoni ta’ wara jew ta’ quddiem ma tkunx qed taħdem, dan jew jintefa’, jew jibqa’ mixgħul mingħajr ma d-dawl iteptep, jew inkella juri bidla ċara fil-frekwenza.

Jekk ikun tas-smigħ biss, dan għandu jkun jinstema’ b’mod ċar u għandu juri bidla ċara fil-frekwenza, fil-każ li xi waħda mill-fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni ta’ wara jew ta’ quddiem ma tkunx qed taħdem.

Jekk vettura bil-mutur tkun mgħammra biex tirmonka karru, dan għandu jkun imwaħħal b’tell-tale ottiku li jaħdem għall-fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni fuq il-karru biex ikun faċli li t-tell-tale tal-vettura li qed tirmonka juri n-nuqqas ta’ kwalunkwe waħda mill-fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni fuq il-kombinazzjoni tal-vettura li tkun ġiet iffurmata.

4.5.9. Ħtiġiet oħra

Id-dawl għandu jkun wieħed iteptep 90 ± 30 darba kull minuta.

It-tħaddim tal-kontroll tas-sinjali bid-dawl għandu jkun segwit f’mhux iktar minn sekonda bl-emissjoni ta’ dawl u f’mhux aktar minn sekonda u nofs mill-ewwel tifi ta’ dan. Jekk vettura bil-mutur tkun mgħammra biex iġġorr karru, il-kontroll tal-fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni fuq il-vettura li qed tirmonka għandu jħaddem ukoll il-fanali tal-indikatur tal-karru.

Fil-każ li, għajr minn xi short circuit, waħda mill-fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni ma taħdimx, l-oħrajn għandhom ikomplu iteptpu iżda l-frekwenza skond din il-kundizzjoni tista’ tkun differenti minn dak speċifikat.

4.6. Il-fanali tat-twissija tal-periklu

4.6.1. | Preżenza Preżenza Obbligatorja. |

4.6.2. | Numru | Kif speċifikat fit-titoli korrispondenti tal-punt 4.5 |

4.6.3. | Arranġament |

4.6.4. | Pożizzjoni |

4.6.4.1. | Wisa’ |

4.6.4.2. | Għoli |

4.6.4.3. | Tul |

4.6.5. | Viżibilità ġeometrika |

4.6.6. | Allinjament |

4.6.7. | Konnessjonijiet elettriċi Is-sinjal għandu jkun imħaddem permezz ta’ kontroll separat li jippermetti li l-fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni kollha jkunu jistgħu jpetptu f’daqqa. |

4.6.8. | Circuit-closed tell-tale Obbligatorju. Dawl iteptep li jagħmel twissija, li jista’ jitħaddem flimkien mat-tell-tale(s) speċifikat(i) fil-punt 4.5.8. |

4.6.9. | Ħtiġiet oħra Kif speċifikat fil-punt 4.5.9. Jekk vettura bil-mutur tkun mgħammra biex tirmonka karru, il-kontroll tas-sinjal tat-twissija tal-periklu għandu jkun jista’ jħaddem ukoll il-fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni tal-karru. Is-sinjal tat-twissija tal-periklu għandu jkun jista’ jitħaddem anke jekk it-mezz li jixgħel jew jitfi l-magna jkun f’pożizzjoni li jagħmilha impossibbli li l-magna tinxtgħel. |

4.7. Il-Fanali tal-waqfien

4.7.1. Preżenza

Obbligatorja.

4.7.2. Numru

Tnejn

4.7.3. Arranġament

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.7.4. Pożizzjoni

4.7.4.1. Wisa’:

Mhux inqas minn 600 mm bejniethom Id-distanza tista’ titnaqqas sa 400 mm jekk il-wisa’ ġenerali tal-vettura tkun inqas minn 1300 mm.

4.7.4.2. L-għoli:

’Il fuq mill-art: mhux inqas minn 350 mm, mhux iktar minn 1500 mm jew mhux iktar minn 2100 mm jekk l-tip tal-vettura tagħmilha impossibbli li dawn jinżammu f’inqas minn 1500 mm.

4.7.4.3. Tul:

Fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

4.7.5. Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: | 45º ’il barra u ’l ġewwa. |

Angolu vertikali: | 15° ’il fuq u ’l isfel mill-orizzontal. L-angolu vertikali taħt dak orizzontali jista’ jitnaqqas b’5o jekk il-fanali ikunu inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art. |

4.7.6. Allinjament

Lejn in-naħa ta’ wara tal-vettura.

4.7.7. Konnessjonijiet elettriċi

Il-fanali tal-waqfien għandhom jinxtgħelu meta jkunu applikati l-brejkijiet. M’hemmx għalfejn jaħdmu jekk il-mezz li jixgħel u/jew jitfi l-magna jkun f’pożizzjoni li jagħmilha impossibbli għall-magna li taħdem.

4.7.8. Tell-tale li jaħdem

Fakultattv. Fejn ikun imwaħħal, dan it-tell-tale għandu jkun wieħed li jaħdem u jkun jikkonsisti minn dawl li jagħmel twissija mingħajr ma jteptep, li jixgħel meta l-fanali tal-waqfien ma jaħdmux sew.

4.8. Il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

4.8.1. | Preżenza Obbligatorja. |

4.8.2. | Numru | B’mod li l-apparat jista’jillumina l-ispazju għall-pjanċa ta’ reġistrazzjoni |

4.8.3. | Arranġament |

4.8.4. | Pożizzjoni |

4.8.4.1. | Wisa’ |

4.8.4.2. | Għoli |

4.8.4.3. | Tul |

4.8.5. | Viżibilità ġeometrika |

4.8.6. | Allinjament |

4.8.7. | Konnessjonijiet elettriċi L-ebda speċifikazzjonijiet individwali |

4.8.8. | Circuit-closed tell-tale Fakultattiv. Jekk dan ikun hemm, il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mit-tell-tale li hu meħtieġ għall-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara. |

4.8.9. | Ħtiġiet oħra Meta l-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jkun ikkombinat mal-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara inkorporat reċiprokament fil-fanal tal-waqfien jew fil-fanal taċ-ċpar ta’ wara, il-karatteristiċi fotometriċi tal-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jistgħu jkunu modifikati matul it-tħaddim tal-fanal tal-waqfien jew il-fanal taċ-ċpar ta’ wara. |

4.9. Il-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem

4.9.1. Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi bil-mutur

Obbligatorja fuq karrijiet b’wisa’ ta’ aktar minn 1600 mm.

Fakultattiva fuq karrijiet li ma jkollhomx wisa’ ta’ aktar minn 1600 mm.

4.9.2. Numru

Tnejn

4.9.3. Arranġament

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.9.4. Pożizzjoni

4.9.4.1. Wisa’:

il-punt fuq il-wiċċ li jdawwal li jkun l-iktar ’il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mill-iktar xifer ta’ barra tal-vettura.

Fil-każ ta’ karru, il-punt fuq il-wiċċ li jdawwal li jkun l-iktar ’il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan m’għandux ikun aktar minn 150 mm mill-iktar xifer ta’ barra tal-vettura. Id-distanza bejn it-truf rispettivi ta’ ġewwa taż-żewġt uċuħ li jdawlu m’għandhiex tkun inqas minn 600 mm.

Id-distanza tista’ titnaqqas sa 400 mm fejn il-wisa’ ġenerali tal-vettura tkun inqas minn 1300 mm.

4.9.4.2. L-għoli:

’il fuq mill-art: mhux inqas minn 350 mm, mhux iktar minn 1500 mm jew mhux iktar minn 2100 mm jekk il-forma tal-vettura tagħmilha impossibbli li dawn jinżammu f’inqas minn 1500 mm.

4.9.4.3. Tul:

l-ebda speċifikazzjonijiet individwali.

4.9.4.4. Fejn il-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem u fanal oħra jkunu inkorporati flimkien, il-wiċċ li jdawwal tal-fanal l-oħra għandu jintuża biex jivverifika l-konformità mal-ħtiġiet tal-pożizzjonar (il-punti 4.9.4.1 sa 4.9.4.3).

4.9.5. Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali għaż-żewġ fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem:

45º ’l ġewwa u 80° ’il barra.

Fil-każ ta’ karrijiet, l-angolu ’l ġewwa jista’ jitnaqqas sa 5°.

Angolu vertikali:

15° ’il fuq u ’l isfel mill-orizzontal. L-angolu vertikali taħt dak orizzontali jista’ jitnaqqas sa 5° jekk il-fanali ikunu inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art.

4.9.6. Allinjament

Lejn in-naħa ta’ quddiem

4.9.7. Konnessjonijiet elettriċi

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.9.8. Circuit-closed tell-tale

Obbligatorju. Dan it-tell-tale m’għandux ikun iteptep u lanqas m’għandu jkun meħtieġ jekk id-dawl tal-pannell tal-istrumenti jkun jista’ jinxtgħel biss simultanjament mal-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem.

4.10. Il-fanali tal-pożizzjoni ta’ wara

4.10.1. Preżenza

Obbligatorja.

4.10.2. Numru

Tnejn

4.10.3. Arranġament

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.10.4. Pożizzjoni

4.10.4.1. Wisa’:

il-punt fuq il-wiċċ li jdawwal li jkun l-iktar ’il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mill-iktar xifer ta’ barra tal-vettura.

Id-distanza bejn ix-xfar ta’ ġewwa taż-żewġt uċuħ li jdawlu m’għandhiex tkun inqas minn 600 mm. Din id-distanza tista’ titnaqqas sa 400 mm fejn il-wisa’ ġenerali tal-vettura tkun inqas minn 1300 mm.

4.10.4.2. L-għoli:

’il fuq mill-art: mhux inqas minn 350 mm, mhux iktar minn 1500 mm jew mhux iktar minn 2100 mm jekk il-forma tal-karozzerija tagħmilha impossibbli li dawn jinżammu f’inqas minn 1500 mm.

4.10.4.3. Tul:

fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

4.10.5. Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: | 45º ’l ġewwa u 80°’il barra. |

Angolu vertikali: | 15° ’il fuq u ’l isfel mill-orizzontal. L-angolu vertikali taħt dak orizzontali jista’ jitnaqqas sa 5° jekk il-fanali ikunu inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art. |

4.10.6. Allinjament

Lejn in-naħa ta’ wara.

4.10.7. Konnessjonijiet elettriċi

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.10.8. Circuit-closed tell-tale

Obbligatorju. Dan għandu jkun marbut ma’ dak tal-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem.

4.11. Il-fanal taċ-ċpar ta’ wara

4.11.1. Preżenza

Obbligatorja.

4.11.2. Numru

Wieħed, it-tieni jkun fakoltattiv.

4.11.3. Arranġament

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.11.4. Pożizzjoni

4.11.4.1. Wisa’:

jekk fuq wara jkun hemm fanal taċ-ċpar wieħed, dan għandu jkun fuq il-parti opposta tal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura tħares lejn id-direzzjoni tat-traffiku preskritt fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni; iċ-ċentru ta’ riferenza jista’ jkun ukoll fuq il-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura.

4.11.4.2. L-għoli:

bejn 250 u 1000 mm ’il fuq mill-art.

4.11.4.3. Tul:

fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

4.11.5. Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: | 25º ’il ġewwa u ’l barra. |

Angolu vertikali: | 5° ’il fuq u l-isfel mill-orizzontal. |

4.11.6. Allinjament

Lejn in-naħa ta’ wara.

4.11.7. Konnessjonijiet elettriċi

Dawn għandhom ikunu tali li l-fanal taċ-ċpar ta’ wara jkun jista’ jaħdem biss meta l-headlamps li jitfgħu raġġ dipped jew id-dawl prinċipali jew kombinazzjoni ta’ dawn ikunu mixgħula. Dawn għandhom ikunu tali li meta l-fanal taċ-ċpar ta’ wara jkun mixgħul dan ikun jista’ jaħdem flimkien mal-fanali tad-dawl prinċipali, tar-raġġ dipped u mal-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem.

Meta l-fanal taċ-ċpar ta’ wara jkun mixgħul, t-tibdil mid-dawl prinċipali għar-raġġ dipped u viċe versa m’għandux jitfi il-fanal taċ-ċpar ta’ wara.

Jekk ikun hemm il-fanali taċ-ċpar fuq quddiem, il-fanal taċ-ċpar ta’ wara għandu jkun tista’ tintefa’ indipendentement mill-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem.

4.11.8. Circuit-closed tell-tale

Obbligatorja. Dawl ta’ twissija indipendenti u ma jteptipx.

4.11.9. Ħtiġiet oħra

Fil-każijiet kollha, id-distanza bejn il-fanal taċ-ċpar ta’ wara u kull fanal tal-waqfien għandha tkun ikbar minn 100 mm.

4.12. Il-fanal tal-ipparkjar

4.12.1. Preżenza

Fuq vetturi bil-mutur li ma jeċċedux 6 m fit-tul u ma jeċċedux 2 m fil-wisa’: fakultattiva;

Fuq il-vetturi l-oħra kollha: projbita.

4.12.2. Numru

Jiddependi fuq l-arranġament.

4.12.3. Arranġament

- jew żewġ fanali fuq quddiem u tnejn fuq wara,

- jew fanal wieħed fuq kull naħa.

4.12.4. Pożizzjoni

4.12.4.1. Wisa’:

il-punt fuq il-wiċċ li jdawwal li jkun l-iktar ’il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mill-iktar xifer ta’ barra tal-vettura.

Barra minnhekk, fil-każ ta’ par ta’ fanali, dawn iridu jkunu fuq il-ġnub tal-vettura.

4.12.4.2. L-għoli:

’il fuq mill-art: | Mhux inqas minn 350 mm; mhux iktar minn 1500 mm jew mhux iktar minn 2100 mm jekk l-tip tal-vettura tagħmilha impossibbli li dawn jinżammu f’inqas minn 1500 mm. |

4.12.4.3. Tul:

l-ebda speċifikazzjonijiet individwali.

4.12.5. Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: | 45º ’il barra, lejn in-naħa ta’ quddiem u ta’ wara. |

Angolu vertikali: | 15° ’il fuq u ’l isfel mill-orizzontal. L-angolu vertikali taħt dak orizzontali jista’ jitnaqqas sa 5° jekk il-fanali ikunu inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art. |

4.12.6. Allinjament

B’tali mod li l-fanali ikunu konformi mal-kundizzjonijiet speċifikati li jikkonċernaw il-viżibilità lejn in-naħa ta’ quddiem u ta’ wara.

4.12.7. Konnessjonijiet elettriċi

Il-konnessjoni għandha tippermetti li l-fanal(fanali) tal-ipparkjar fuq l-istess naħa tal-vettura jinxtgħelu b’mod indipendenti minn fanali oħra.

Il-fanal (fanali) tal-ipparkjar għandhom jaħdmu anke jekk il-mezz li jixgħel u/jew jitfi l-magna jkun f’pożizzjoni li jagħmilha impossibbli għall-magna li taħdem.

4.12.8. Circuit-closed tell-tale

Fakultattiv. Jekk ikun hemm wieħed, dan m’għandux joħloq konfużjoni mat-tell-tale li hu meħtieġ għall-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara.

4.12.9. Ħtiġiet oħra

It-tħaddim ta’ dan il-fanal jista’ jsir ukoll simultanjament billi jinxtgħelu il-fanali ta’ quddiem u ta’ wara fuq l-istess naħa tal-vettura.

4.13. Il-fanal li tindika t-trufijiet tal-vettura

4.13.1. Preżenza

Obbligatorja fuq vetturi li jeċċedu wisa’ ta’ 2,10 m.

Fakultattiva fuq vetturi li jkollhom wisa’ ta’ bejn 1,80 u 2,10 m.

Il-fanal li jindika t-tarf ta’ wara tal-vettura huwa fakultattiv fuq ix-chassis cabs.

4.13.2. Numru

Tnejn li jidhru minn quddiem u tnejn oħra li jidhru duq wara.

4.13.3. Arranġament

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.13.4. Pożizzjoni

4.13.4.1. Wisa’:

Quddiem u wara: | kemm jista’ jkun viċin lejn l-iktar xifer ta’ barra tal-vettura. Din il-kundizzjoni tiqies bħala waħda li tkun ġiet sodisfatta meta l-punt fuq il-wiċċ li jdawwal li jkun l-iktar ’il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura ma jkunx aktar minn 400 mm mill-iktar xifer ta’ barra tal-vettura. |

4.13.4.2. L-għoli:

Quddiem: | Vetturi bil-mutur: il-pjan orizzontali tanġenzjali għax-xifer ta’ fuq tal-wiċċ li jdawwal tal-mezz m’għandux ikun aktar baxx mill-pjan orizzontali tanġenzjali għax-xifer ta’ fuq taż-żona trasparenti tal-windscreen. Karrijiet u semi-karrijiet: fl-għoli massimu kompatibbli mal-ħtiġiet li jikkonċernaw il-wisa’, id-disinn u l-ħtiġiet tat-tħaddim tal-vettura u s-simetrija tal-fanali. |

Wara: | fl-għoli massimu kompatibbli mal-ħtiġiet li jikkonċernaw il-wisa’, id-disinn u l-ħtiġiet tat-tħaddim tal-vettura u s-simetrija tal-fanali. |

4.13.4.3. Tul:

l-ebda speċifikazzjonijiet individwali.

4.13.5. Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 80º ’il barra.

Angolu vertikali: 5º ’il fuq u 20º ’l isfel mill-orizzontal.

4.13.6. Allinjament

B’tali mod li l-fanali ikunu jikkonformal mal-ħtiġiet tal-viżibilità lejn in-naħat ta’ quddiem u ta’ wara.

4.13.7. Konnessjonijiet elettriċi

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.13.8. Circuit-closed tell-tale

Fakultattiv. Jekk dan ikun hemm, il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mit-tell-tale li hu meħtieġ għall-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara.

4.13.9. Ħtiġiet oħra

Soġġett għal kundizzjonijiet l-oħra kollha li jiġu sodisfatti, l-fanal li jidher minn quddiem u l-fanal li jidher minn wara, fuq l-istess naħa tal-vettura, jistgħu ikunu magħquda f’mezz wieħed.

Il-pożizzjoni tal-fanal li jimmarka x-xifer tal-vettura f’relazzjoni mal-fanal tal-pożizzjoni li tikkorrispondi għandha tkun tali li d-distanza bejn il-projezzjonijiet fuq pjan trasvers tal-punti l-eqreb lejn l-uċuħ li jdawlu taż-żewġ fanali kunsidrati ma tkunx inqas minn 200 mm.

4.14. Ir-retro-riflettur ta’ wara, mhux triangulari

4.14.1. Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi bil-mutur

Fakultattiv fuq karrijiet, sakemm dawn ikunu miġbura flimkien mal- mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl ta’ wara oħrajn.

4.14.2. Numru

Tnejn

Mezzi u materjali addizzjonali ta’ retro-rifletturi jitħallew sakemm dawn ma jfixklux l-effettività tal-mezzi obbligatorji tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl.

4.14.3. Arranġament

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.14.4. Pożizzjoni

4.14.4.1. Wisa’:

il-punt fuq il-wiċċ li jdawwal li jkun l-iktar ’il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mill-iktar xifer ta’ barra tal-vettura.

Id-distanza bejn ix-xfar ta’ ġewwa tar-retro-rifletturi m’għandhiex tkun inqas minn 600 mm. Din id-distanza tista’ titnaqqas sa 400 mm jekk il-wisa’ ġenerali tal-vettura tkun inqas minn 1300 mm.

4.14.4.2. L-għoli:

’il fuq mill-art: mhux inqas minn 350 mm u mhux aktar minn 900 mm.

4.14.4.3. Tul:

Fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

4.14.5. Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: | 30º ’il ġewwa u ’l barra. |

Angolu vertikali: | 15° ’il fuq u l-isfel mill-orizzontal. L-angolu vertikali taħt dak orizzontali jista’ jitnaqqas sa 5° fil-każ ta’ retro-riflettur li jkun inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art. |

4.14.6. Allinjament

Lejn in-naħa ta’ wara.

4.14.7. Ħtiġiet oħra

Il-wiċċ li jdawwal tar-retro-riflettur jista’ jkollu partijiet komuni mal-wiċċ li jdawwal ta’ kwalunkwe fanal ieħor li jkun hemm fuq wara tal-vettura.

4.15. Ir-retro-riflettur ta’ wara, triangulari

4.15.1. Preżenza

Obbligatorja fuq il-karrijiet

Projbita fuq vetturi bil-mutur

4.15.2. Numru

Tnejn

Mezzi u materjali addizzjonali ta’ retro-rifletturi jitħallew sakemm dawn ma jfixklux l-effettività tal-mezzi obbligatorji tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl.

4.15.3. Arranġament

Il-ponta tat-trijanglu għandha tkun l-iktar parti ta’ fuq.

4.15.4. Pożizzjoni

4.15.4.1. Wisa’:

il-punt tal-wiċċ li jdawwal li jkun l-iktar ’il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mill-iktar xifer ta’ barra tal-vettura.

Id-distanza bejn ix-xfar ta’ ġewwa tar-retro-rifletturi m’għandhiex tkun inqas minn 600 mm. Din id-distanza tista’ titnaqqas sa 400 mm jekk il-wisa’ ġenerali tal-vettura tkun inqas minn 1300 mm.

4.15.4.2. L-għoli:

’il fuq mill-art: mhux inqas minn 350 mm u mhux aktar minn 900 mm.

4.15.4.3. Tul:

fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

4.15.5. Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: | 30º ’il ġewwa u ’l barra. |

Angolu vertikali: | 15° ’il fuq u ’l isfel mill-orizzontal. L-angolu vertikali taħt dak orizzontali jista’ jitnaqqas sa 5°fil-każ ta’ retro-riflettur li jkun inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art. |

4.15.6. Allinjament

Lejn in-naħa ta’ wara.

4.15.7. Ħtiġiet oħra

L-ebda fanal m’għandu jitpoġġa fit-trianglu.

4.16. Ir-retro-riflettur ta’ quddiem, mhux triangulari

4.16.1. Preżenza

Obbligatorja fuq il-karrijiet

Fakultattiv fuq vetturi bil-mutur

4.16.2. Numru

Tnejn

Mezzi u materjali addizzjonali ta’ retro-rifletturi jitħallew sakemm dawn ma jfixklux l-effettività tal-mezzi obbligatorji tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl.

4.16.3. Arranġament

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.16.4. Pożizzjoni

4.16.4.1. Wisa’:

il-punt tal-wiċċ li jdawwal li jkun l-iktar il-bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mill-iktar xifer ta’ barra tal-vettura.

Fil-każ ta’ karru, il-punt tal-wiċċ li jdawwal li jkun l-iktar il-bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 150 mm mill-iktar xifer ta’ barra tal-vettura.

Id-distanza bejn ix-xfar ta’ ġewwa tar-retro-rifletturi m’għandhiex tkun inqas minn 600 mm. Din id-distanza tista’ titnaqqas sa 400 mm jekk il-wisa’ ġenerali tal-vettura tkun inqas minn 1300 mm.

4.16.4.2. L-għoli:

’il fuq mill-art: mhux inqas minn 350 mm u mhux aktar minn 900 mm, jew 1500 mm jekk l-l-istruttura tal-vettura tagħmilha impossibbli li dan jinżamm f’inqas minn 900 mm.

4.16.4.3. Tul:

fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura.

4.16.5. Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: | 30º ’il ġewwa u ’l barra. Jekk, minħabba xi drawbars li jaġġustaw ruħhom, ma jkunx possibbli li tkun sodisfatta il-ħtieġa tal-angolu ta’ ġewwa ta’ 30º, dan jista’ jintnaqqas għal 10º. |

Angolu vertikali: | 15° ’il fuq u ’l isfel mill-orizzontal. L-angolu vertikali taħt dak orizzontali jista’ jitnaqqas sa 5° fil-każ ta’ retro-riflettur li jkun inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art. |

4.16.6. Allinjament

Lejn in-naħa ta’ quddiem

4.16.7. Ħtiġiet oħra

Il-wiċċ li jdawwal tar-retro-riflettur jista’ jkollu partijiet komuni mal-wiċċ li jdawwal tal-fanal tal-pożizzjoni ta’ quddiem tal-vettura.

4.17. Ir-retro-riflettur tal-ġenb, mhux triangulari

4.17.1. Preżenza

Obbligatorja.

- fuq il-vetturi bil-mutur kollha jekk it-tul jkun jeċċedi 6 m,

- fuq il-karrijiet kollha;

Fakultattiv

- fuq il-vetturi bil-mutur kollha jekk it-tul tagħhom ikun jeċċedi 6 m,

4.17.2. Numru minimu fuq kull naħa

B’tali mod li r-regoli għal pożizzjoni tal-lonġitudini jkunu jikkonformaw.

Mezzi u materjali addizzjonali ta’ retro-rifletturi jitħallew sakemm dawn ma jfixklux l-effettività tal-mezzi obbligatorji tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl.

4.17.3. Arranġament

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.17.4. Pożizzjoni

4.17.4.1. Wisa’:

l-ebda speċifikazzjonijiet individwali.

4.17.4.2. L-għoli:

’il fuq mill-art: mhux inqas minn 350 mm u mhux aktar minn 900 mm. Jekk l-istruttura tal-vettura ma tkunx tippermetti konformità mal-għoli massimu, dan il-limitu jista’ jiżdied sa 1500 mm.

4.17.4.3. Tul:

minn ta’ lanqas retro-riflettur tal-ġenb wieħed għandu jkun imwaħħal lejn it-terz tan-nofs tal-vettura, l-iktar retro-riflettur tal-ġenb ta’ quddiem ikun mhux aktar minn 3 m minn quddiem; fil-każ ta’ karrijiet, għandha tittieħed kunsiderazzjoni dwar it-tul tad-drawbar għal kejl ta’ din id-distanza.

Id-distanza bejn iż-żewġ retro-refletturi tal-ġenb ta’ ħdejn xulxin m’għandhiex teċċedi aktar minn 3 m.

Jekk l-istruttura tal-vettura ma tippermettix li tkun konformi ma’ dain il-ħtieġa, din id-distanza tista’ tiżdied sa 4 m. Id-distanza bejn l-iktar retro-riflettur tal-ġenb ta’ wara u l-wara tal-vettura m’għandhiex teċċedi aktar minn 1 m.

Iżda, għal vetturi bil-mutur li t-tul ta’ dawn li ma jkunx jeċċedi aktar minn 6 m, ikun biżżejjed li jkun hemm retro-riflettur tal-ġenb wieħed imwaħħal fl-ewwel terz u/jew wieħed fl-aħħar terz tat-tul tal-vettura.

4.17.5. Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: | 45º lejn in-naħa ta’ quddiem u ta’ wara. |

Angolu vertikali: | 15° ’il fuq u ’l isfel mill-orizzontal. L-angolu vertikali taħt dak orizzontali jista’ jitnaqqas sa 5° fil-każ ta’ retro-riflettur li jkun inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art. |

4.17.6. Allinjament

L-assi ta’ riferenza tar-retro-riflettur għandha tkun orizzontali u perpendikulari mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u tħares ’il barra.

4.17.7. Ħtiġiett oħra

Il-wiċċ li jdawwal tar-retro-riflettur tal-ġenb jista’ jkollu partijiet in komuni mal-wiċċ li jdawwal ta’ kwalunkwe fanal ieħor li jkun hemm fuq il-ġnub tal-vettura.

4.18. Fanal li tindika l-ġenb

4.18.1. Preżenza

Obbligatorja:

- fuq il-vetturi bil-mutur kollha li t-tul tagħhom ikun jeċċedi 6 m, bl-eċċezzjoni għax-chassis-cabs;

Fakultattiv:

- fuq il-vetturi bil-mutur kollha li t-tul tagħhom jkunx jeċċedi aktar minn 6 m.

It-tul tal-karrijiet ikun kalkulat billi tkun inkluża id-drawbar.

4.18.2. Numru minimu fuq kull naħa

B’tali mod li r-regoli għal pożizzjoni tal-lonġitudini jkunu jikkonformaw.

4.18.3. Arranġament

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.18.4. Pożizzjoni

4.18.4.1. Wisa’:

l-ebda speċifikazzjonijiet individwali.

4.18.4.2. L-għoli:

’il fuq mill-art: mhux inqas minn 350 mm u mhux aktar minn 900 mm. Jekk l-istruttura tal-vettura ma tkunx tippermetti konformita mal-għoli massimu, dan il-limitu jista’ jiżdied sa 2100 mm.

4.18.4.3. Tul:

minn ta’ lanqas fanal wieħed li jindika l-ġenb għandu jkun imwaħħal lejn it-terz tan-nofs tal-vettura, bil-fanal li jkun l-aktar ‘l quddiem li jindika l-ġenb mhux aktar minn 3 m minn quddiem; fil-każ ta’ karrijiet, għandha tittieħed kunsiderazzjoni dwar it-tul tad-drawbar għal kejl ta’ din id-distanza.

Id-distanza bejn iż-żewġ fanali tal-ġenb m’għandhiex teċċedi aktar minn 3 m.

Jekk l-istruttura tal-vettura tagħmilha impossibli li din tikkonforma ma’ ħtieġa bħal din, din id-distanza tista’ tiżdied b’4 m. Id-distanza bejn il-fanal tal-ġenb li jkun l-aktar fuq wara u l-wara tal-vettura stess m’għandhiex teċċedi aktar minn 1 m. Iżda, għal vetturi li t-tul tagħhom ma jeċċedix is-6 m u għax-chassis-cabs, huwa biżżejjed li jkun hemm fanal wieħed tal-ġenb imwaħħal fl-ewwel terz u/jew wieħed fl-aħħar terz tat-tul tal-vettura.

4.18.5. Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: | 45º lejn ’il quddiem u wara; iżda, għal vetturi li fuqhom l-istallazzjoni ta’ fanali tal-ġnub hija fakultattiva dan il-valur jista’ jitnaqqas għal 30º. |

Angolu vertikali: | 10° ’il fuq u ’l isfel mill-orizzontal. L-angolu vertikali taħt dak orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ fanal tal-ġenb li jkun inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art. |

4.18.6. Allinjament

Lejn in-naħa tal-ġenb.

4.18.7. Konnessjonijiet elettriċi

L-ebda speċifikazzjonijiet individwali

4.18.8. Circuit-closed tell-tale

Fakultattiv. Jekk dan ikun hemm, il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mit-tell-tale li hu meħtieġ għall-fanali tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara.

4.18.9. Ħtiġiet oħra

Meta l-fanal tal-ġenb l-iktar li jkun fuq wara jkun ikkombinat mal-fanal tal-pożizzjoni ta’ wara inkorporat reċiprokament mal-fanal taċ-ċpar ta’ wara jew meta dan ikun inkorporat reċiprokament f’dan il-fanal, il-karatteristiċi fotometriċi tal-fanal tal-ġenb jistgħu jkunu modifikati matul it-tħaddim tal-fanal taċ-ċpar ta’ wara.

5. KONFORMITA' TAL-PRODUZZJONI

5.1. Kull vettura prodotta fis-serje għandha tikkonforma mat-tip tal-vettura li tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip fejn għandha x’taqsam l-istallazzjoni ta’ mezzi tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl u l-karatteristiċi tagħhom kif speċifikat b’din id-Direttiva.

[1] Fil-każ ta’ mezzi tad-dawl għall-pjanċa tan-numru ta’ wara u l-indikaturi tad-direzzjoni (kategorija 5), ‘wiċċ ta’ illuminazzjoni’ għandha tiġi sostitwita b’‘wiċċ li jarmi d-dawl’ fl-assenza ta’ wiċċ ta’ illuminazzjoni.

[2] Fil-każ ta’ mezzi tad-dawl għall-pjanċa tan-numru ta’ wara u l-indikaturi tad-direzzjoni (kategorija 5), ‘wiċċ ta’ illuminazzjoni’ għandha tiġi sostitwita b’‘wiċċ li jarmi d-dawl’ fl-assenza ta’ wiċċ ta’ illuminazzjoni.

[3] Fil-każ ta’ mezzi tad-dawl għall-pjanċa tan-numru ta’ wara u l-indikaturi tad-direzzjoni (kategorija 5), ‘wiċċ ta’ illuminazzjoni’ għandha tiġi sostitwita b’‘wiċċ li jarmi d-dawl’ fl-assenza ta’ wiċċ ta’ illuminazzjoni.

[4] Fil-każ ta’ mezzi tad-dawl għall-pjanċa tan-numru ta’ wara u l-indikaturi tad-direzzjoni (kategorija 5), ‘wiċċ ta’ illuminazzjoni’ għandha tiġi sostitwita b’‘wiċċ li jarmi d-dawl’ fl-assenza ta’ wiċċ ta’ illuminazzjoni.

[5] Magħruf ukoll bħala riflettur ‘abjad’ jew ‘mingħajr kulur’.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

MUDELL

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top