EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0396

Id-Direttiva tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward appliances li jużaw il-gass

ĠU L 196, 26.7.1990, p. 15–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/01/2010; Imħassar b' 32009L0142

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/396/oj

31990L0396



Official Journal L 196 , 26/07/1990 P. 0015 - 0029
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0228
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0228


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-29 ta’ Ġunju 1990

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward appliances li jużaw il-gass

(90/396/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod speċjali l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1];

B’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3];

Billi l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-poplu tagħhom fit-territorju tagħhom u, fejn jixraq, ta’ l-annimali domestiċi u l-prodotti marbuta mal-perikli li jinħolqu mill-użu ta’ appliances li jaħdmu bil-gass;

Billi, f’ċerti Stati Membri, dispożizzjonijiet obbligatorji jistabbilixxu b’mod partikulari l-livell ta’ sigurtà meħtieġ mill-appliances li jaħdmu bil-gass billi jispeċifikaw id-disinn, il-karatteristiċi ta’ kif jaħdmu u l-proċeduri ta’ spezzjoni; billi dawn id-dispożizzjonijiet obbligatorji mhux bilfors iwasslu għal livelli differenti ta’ sigurtà minn Stat Membru għall-ieħor iżda minħabba d-differenzi tagħhom, ifixklu l-kummerċ fil-Komunità;

Billi kundizzjonijiet differenti rigward it-tipi ta’ gass u l-pressjonijiet tal-provvista huma fis-seħħ fl-Istati Membri; billi dawn il-kundizzjonijiet mhumiex armonizzati għaliex is-sitwazzjoni tal-provvista u d-distribuzzjoni ta’ enerġija hija partikulari f’kull Stat Membru;

Billi l-paragrafi 65 u 68 tal-White Paper dwar it-tlestija tas-suq intern, approvata mill-Kunsill Ewropew f’Ġunju ta’ l-1985, jaħsbu għal linja ġdida lejn armonizzazzjoni leġislattiva;

Billi l-liġi tal-Komunità taħseb biex – permezz ta’ deroga minn waħda mir-regoli fundamentali tal-Komunità, speċjalment il-moviment liberu tal-merkanzija - ix-xkiel għall-moviment fil-Komunità minħabba d-differenzi fil-leġislazzjoni nazzjonali marbuta mal-bejgħ tal-prodotti għandu jkun aċċettat sakemm dak ix-xkiel ikun meqjus li hu meħtieġ biex jissodisfa l-ħtiġijiet obbligatorji; billi, għalhekk, l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni fil-każ preżenti għandha tkun limitata għad-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jissodisfaw kemm il-ħtiġijiet obbligatorji kifukoll dawk essenzjali rigward is-sigurtà, is-saħħa u l-konservazzjoni ta’ l-enerġija marbuta ma’ appliances tal-gass; billi dawn il-ħtiġijiet għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet nazzjonali f’dan il-każ minħabba li huma ħtiġijiet essenzjali;

Billi ż-żamma jew it-titjib fil-livell ta’ sigurtà milħuq fl-Istati Membri huma wieħed mill-għanijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva u tas-sigurtà kif imfisser mill-ħtiġijiet essenzjali;

Billi l-ħtiġijiet essenzjali ta’ sigurtà u saħħa għandhom ikunu osservati biex ikun żgurat li appliances li jaħdmu bil-gass ma jkunx fihom perikolu; billi l-konservazzjoni ta’ l-enerġija hi meqjusa essenzjali; billi dawn il-ħtiġijiet għandhom ikunu applikati bil-galbu biex iqisu l-aħħar teknoloġija fil-mument tal-kostruzzjoni;

Billi din id-Direttiva għalhekk fiha biss ħtiġijiet essenzjali; billi, biex tingħata prova ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali, jeħtieġ li jkun hemm normi armonizzati f’livell Ewropew li jolqtu, b’mod partikulari, rigward it-tiswir, it-tħaddim u l-istallazzjoni ta’ appliances li jaħdmu bil-gass biex il-prodotti li jaqblu magħhom jistgħu jitqiesu li jaqblu mal-ħtiġijiet essenzjali; billi dawn il-miżuri armonizzati f’livell Ewropew jinħarġu minn entitajiet privati u jibqgħu testi mhux obbligatorji; billi għal dak il-għan il-Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni ElettroTeknika (CENELEC) huma meqjusa bħala l-korpi kompetenti biex jintlaħaq ftehim dwar normi bi qbil mal-linji ta’ gwida ġenerali għal koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawk iż-żewġ korpi ffirmata fit-13 ta’ Novembru, 1984; billi għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, norma armonizzata hija speċifikazzjoni teknika (norma Ewropea jew dokument li jiġbor kollox fih) adottat minn wieħed jew aktar minn dawk il-korpi wara li jkun irtirat mill-Kummissjoni fi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu, 1983 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti u n-normi tekniċi [4], kif emendat l-aħħar mid-Direttiva 88/182/KEE [5], u l-linji ta’ gwida ġenerali msemmija hawn fuq;

Billi, sakemm issir l-adozzjoni tan-normi armonizzati skond it-tifsira ta’ din id-Direttiva, għandha tkun iffaċilitata konformità mal-ħtiġijiet essenzjali u l-moviment liberu ta’ appliances li jaħdmu bil-gass billi jkunu aċċettati, f’livell ta’ Komunità, il-prodotti li jaqblu man-normi nazzjonali li l-konformità tagħhom mal-ħtiġijiet essenzjali kienet ikkonfermata minn proċedura ta’ iċċekkjar tal-Komunità;

Billi verifika dwar il-qbil mal-ħtiġijiet tekniċi relevanti hi meħtieġa biex ikun hemm protezzjoni għal min juża l-appliances u għal ħaddieħor; billi l-proċeduri eżistenti ta’ ċertifikazzjoni jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi, biex ma jkunx hemm ħafna spezzjonijiet, li fil-fatt huma ta’ xkiel għal-moviment liberu ta’ appliances li jaħdmu bil-gass, għandhom jsiru arranġamenti għall-għarfien reċiproku tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni mill-Istati Membri; billi, biex ikun faċilitat għarfien reċiproku ta’ proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, għandhom ikunu stabbiliti proċeduri armonizzati tal-Komunità u għandhom ikunu armonizzati l-kriterji biex jinħatru l-korpi responsabbli biex iwettqu dawn il-proċeduri;

Billi r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri fit-territorju tagħhom fejn tidħol sigurtà, saħħa u konservazzjoni ta’ l-enerġija koperta bil-ħtiġijiet essenzjali għandha tkun meqjusa fil-klawsola ta’ prevenzjoni li taħseb għal proċedura suffiċjenti tal-Komunità;

Billi dawk li għalihom tkun xi deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva għandhom ikunu jafu r-raġunijiet għal deċiżjoni bħal din u r-rimedji legali li jista’ jkollhom;

Billi l-Kunsill adotta, fis-17 ta’ Settembru, 1984 Direttiva ta’ qafas dwar appliances tal-gass (84/530/KEE) [6], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 86/312/KEE [7], u Direttiva separata dwar heaters ta’ ilma li jaħdmu bil-gass (84/531/KEE) [8], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 88/665/KEE [9]; billi dawk id-Direttivi jkopru l-istess qasam bħal din id-Direttiva u għandhom għalhekk ikunu revokati;

Billi l-miżuri mmirati lejn l-istabbiliment bil-mod tas-suq intern għandhom ikunu adottati sal-31 ta’ Diċembru, 1992; billi s-suq intern hu magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu tal-merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

Qasam ta’ applikazzjoni, tqegħid fis-suq u moviment liberu

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal:

- appliances li jaħdmu bil-gass użati għal tisjir, tisħin, produzzjoni ta’ ilma sħun, tkessiħ, dawl jew ħasil u li jkollhom, fejn jgħodd, temperatura normali ta’ l-ilma li ma taqbiżx il-105ºC, minn hawn ’il quddiem magħrufa bħala ‘appliances’. Burners li joħolqu kurrent b’saħħtu u apparat li jsaħħan li jkun mgħammar b’burners bħal dawn ikunu wkoll meqjusa bħala appliances,

- apparat tas-sigurtà, apparat li jikkontrolla jew apparat li jirregola u sub-assemblies, barra mill-burners li joħolqu kurrent bis-saħħa u apparat li jsaħħan li jkun mgħammar b’burners bħal dawn mibjugħa separatament għall-użu ta’ negozju u maħsuba biex ikunu mdaħħla f’appliance li jaħdem bil-gass jew magħmula biex jiffurmaw appliance bħal dan, minn hawn ’il quddiem magħrufa bħala ‘fittings’.

2. Appliances iddisinjati apposta għal użu fi proċessi industrijali li jsiru f’postijiet industrijali huma esklużi mill-qasam ta’ applikazzjoni mfisser fil-paragrafu 1.

3. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘fuel tal-gass’ ifisser kull fuel li jinsab fi stat ta’ gass f’temperatura ta’15oC taħt pressjoni ta’ 1 bar.

4. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, appliance jingħad li hu ‘wżat b’mod normali’ meta jkun:

- imwaħħal sew u li l-ħidma tajba tiegħu hija verifikata regolarment bi qbil ma’ l-istruzzjonijiet tal-manifattur,

- użat b’varjazzjoni normali fil-kwalità tal-gass u bidla normali fil-pressjoni tal-provvista, u

- wżat bi qbil mal-għan maħsub jew li hu previst b’mod raġjonevoli.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-appliances li għalihom jirreferi l-Artikolu 1 jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jiddaħħlu fis-servizz biss jekk, meta jkunu wżati b’mod normali, ma jikkompromettux is-sigurtà tal-persuni, ta’ l-annimali domestiċi u tal-proprjetà.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar it-tipi ta’ gass u l-pressjonijiet ta’ provvista korrispondenti wżati fit-territorju tagħhom qabel l-1 ta’ Jannar 1991. Huma għandhom ukoll jgħarrfuhom dwar il-bidliet kollha fi żmien tajjeb. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din l-informazzjoni tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Appliances u fittings li għalihom jirreferi l-Artikolu1 għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali li jgħoddu għalihom imniżżla fl-Anness I.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ appliances li jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq ta’ fittings li għalihom jirreferi l-Artikolu 1 li jkollhom ċertifikat kif għalih jirreferi l-Artikolu 8(4).

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jippreżumu l-qbil mal-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 3 ta’ appliances u fittings meta dawn jaqblu;

(a) man-normi nazzjonali applikabbli għalihom li jħaddmu n-normi armonizzati li n-numri ta’ riferenza tagħhom kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw in-numri tar-riferenza ta’ dawn in-normi nazzjonali;

(b) in-normi nazzjonali applikabbli għalihom u li għalihom jirreferi l-paragrafu 2 sakemm, fl-oqsma koperti b’dawk in-normi, ma jeżistux normi armonizzati.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar it-test tan-normi nazzjonali tagħhom li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 (b) li huma jqisu li jaqblu mal-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 3. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn in-normi nazzjonali lill-Istati Membri l-oħra. Fi qbil mal-proċedura li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikolu 6(2), hi għandha tgħarraf lill-Istati Membri b’dawk in-normi nazzjonali li huma meqjusa li jaqblu mal-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 3.

Artikolu 6

1. F’każ li xi Stat Membru jew il-Kummissjoni tqis li n-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5(1) ma jissodisfawx għal kollox il-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 3, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru konċernat għandu jirreferi l-każ lill-kumitat permanenti skond id-Direttiva 83/189/KEE, minn hawn ’il quddiem magħruf bħala ‘l-kumitat’, u jagħti r-raġunijiet tiegħu għalih. Il-Kumitat għandu jwassal opinjoni mingħajr dewmien.

Fid-dawl ta’ l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri dwar jekk huwiex meħtieġ jew le li dawn in-normi jkunu rtirati mill-pubblikazzjonijiet li għaliha jirreferi l-Artikolu 5(1).

2. Meta tirċievi n-notifika li għaliha jirreferi l-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-kumitat. Meta tirċievi l-opinjoni ta’ dan ta’ l-aħħar, il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahar, tgħarraf lill-Istati Membri jekk in-norma jew normi nazzjonali msemmija għandhomx jitqiesu li se jkunu konformi; jekk iva, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw in-numri ta’ riferenza ta’ dawk in-normi. Il-Kummissjoni għandhom tippubblikahom ukoll fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 7

1. F’każ li Stat Membru jsib li appliances li huma wżati b’mod normali għandhom il-marka KE jistgħu jikkompromettu s-sigurtà tal-persuni, ta’ l-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, hu għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtira dawk l-appliances mis-suq u jipprojbixxi jew jirristrinġihom milli jitqiegħdu fis-suq.

L-Istat Membru konċernat għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni bi kull miżura bħal din, jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, u, b’mod partikulari, jekk in-nuqqas ta’ konformità kienx ġej minn:

(a) nuqqas biex jintlaħqu l-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi l-Artikolu 3, f’każ li l-appliance ma jikkorrispondix man-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5(1);

(b) użu ħażin tan-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5(1);

(ċ) difetti fin-normi nfushom li għalihom jirreferi l-Artikolu 5(1).

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet konċernati kemm jista’ jkun malajr. F’każ li, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni ssib li xi miżura li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 hi ġustifikata, hi għandha mill-ewwel tgħarraf lill-Istat Membru li jkun ħa l-miżura u lill-Istati Membri l-oħra.

F’każ li d-deċiżjoni li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 hi kkaġunata minn difetti fin-normi, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet konċernati, għandha tressaq il-każ quddiem il-Kumitat fi żmien xahrejn jekk l-Istat Membru li ħa l-miżuri jkun beħsiebu jżommhom, u għandu jibda l-proċeduri li għalihom jirreferi l-Artikolu 6.

3. F’każ li l-appliance li ma jaqbilx għandu l-marka KE, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu azzjoni xierqa kontra kull min waħħal il-marka u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwarhom.

4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jkunu nfurmati dwar il-progress u r-riżultat ta’ din il-proċedura.

KAPITOLU II

Mezzi ta’ ċertifikazzjoni ta’ konformità

Artikolu 8

1. Il-mezz ta’ ċertifikazzjoni ta’ konformità ta’ appliances fabbrikati f’sensiela għandu jkun:

(a) it-tip ta’ eżami tat-tip KE kif għalih tirreferi taqsima 1 ta’ l-Anness II, u

(b) qabel ma jitqegħdu fis-suq, fuq għażla tal-fabbrikant:

- id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip li għalih tirreferi t-taqsima 2 ta’ l-Anness II, jew

- id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip (garanzija ta’ produzzjoni ta’ kwalità) li għaliha tirreferi taqsima 3 ta’ l-Anness II, jew

- id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip (garanzija ta’ produzzjoni ta’ kwalità) li għaliha tirreferi taqsima 4 ta’ l-Anness II, jew

- verifika KE li għaliha tirreferi taqsima 5 ta’ l-Anness II.

2. Fil-każ ta’ produzzjoni ta’ appliance bħala biċċa waħdu jew fi kwantitajiet żgħar, il-verifika KE minn biċċa waħda, li għaliha tirreferi taqsima 6 ta’ l-Anness II, tista’ tintgħażel mill-manifattur.

3. Wara li jintemmu l-proċeduri li għalihom jirreferu l-paragrafi 1 (b) u 2, il-marka tal-konformità għandha titwaħħal ma’ appliances bi qbil ma’ l-Artikolu 10.

4. Il-proċeduri li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 għandhom jitħaddmu fil-każ ta’ fittings kif għalihom jirreferi l-Artikolu 1 ħlief għat-twaħħil tal-marka tal-konformità u, fejn jixraq, il-ħruġ tad-dikjarazzjoni ta’ konformità. Għandu jinħareġ ċertifikat li jiddikjara l-konformità tal-fittings mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li tgħodd għalihom u li tindika l-karatteristiċi tagħhom u kif għandhom jiddaħħlu f’appliance jew mibnija biex ikun hemm qbil mal-ħtiġijiet essenzjali li jgħoddu għal appliances lesti.

Iċ-ċertifikat għandu jingħata mal-fitting.

5. F’każ li l-appliances ikunu wkoll soġġetti għal Direttivi oħra tal-Komunità:

- il-qbil tagħhom mal-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva għandu jkun verifikat skond il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, u

- għandu jkun żgurat li huma jaqblu wkoll mal-ħtiġijiet essenzjali tad-Direttivi l-oħra skond il-proċeduri stabbiliti f’dawk id-Direttivi.

It-twaħħil tal-marka KE kif għaliha jirreferi l-paragrafu 3 għandu jiċċertifika li d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi kollha applikabbli ġew imħarsa.

6. Ir-reġistri u l-korrispondenza marbuta mal-mezzi ta’ ċertifikazzjoni ta’ konformità għandhom jinħarġu bl-ilsien/ilsna uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn hu stabbilit il-korp responsabbli biex jagħmel dawn il-proċeduri jew b’ilsien aċċettat minnu.

Artikolu 9

1. Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-korpi, minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘korpi notifikati’, responsabbli biex jagħmlu l-proċeduri li għalihom jirreferi l-Artikolu 8.

Il-Kummissjoni għandha, għal finijiet ta’ informazzjoni, tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, lista ta’ korpi notifikati bis-simboli ta’ identifikazzjoni tagħhom u gġandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji mniżżla fl-Anness V għal evalwazzjoni tal-korpi li għandhom ikunu notifikati.

Korpi li jissodisfaw il-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti fin-normi armonizzati applikabbli għandhom jitqiesu li ssodisfaw il-kriterji mniżżla f’dak l-Anness.

3. Stat Membru li jkun innotifika korp għandu jirtira l-approvazzjoni jekk isib li dak il-korp ma baqax jissodisfa l-kriterji li għalihom jirreferi l-paragrafu 2. Hu għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra minnufih dwarhom.

KAPITOLU III

Marka KE tal- konformità

Artikolu 10

1. Il-marka Tal-konformità u l-iskrizzjonijiet imniżżla fl-Anness III għandhom jitwaħħlu b’mod viżibbli, jinqraw malajr u f’forma li ma titħassarx ma’ l-appliance jew ma’ plakka ta’ informazzjoni mwaħħla miegħu. Il-plakka ta’ informazzjoni għandha tkun magħmula b’tali mod li ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

2. It-twaħħil ma’ appliances ta’ sinjali li jistgħu faċilment jitfixklu mal-marka KE għandhom ikunu projbiti.

Artikolu 11

Fejn ikun stabbilit li l-marka KE tkun ġiet imwaħħla ħażin ma’ appliances jew li ċ-ċertifikazzjoni għall-fittings tkun ingħatat ħażin minħabba:

- li l-appliances jew il-fittings ma jkunux konformi ma’ l-appliance jew il-fitting kif għalihom jirreferi ċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip,

- li l-appliances jew il-fittings ikunu konformi ma’ l-appliance jew il-fitting kif jirreferi għalihom iċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip iżda ma jkunux jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali li jgħoddu għalihom,

- li l-manifattur ikun naqas milli jaqdi l-obbligi tiegħu kif speċifikat fl-Anness II,

li l-korp notifikat għandu jirtira d-dritt li jwaħħal il-marka KE jew joħroġ iċ-ċertifikat u għandu jgħarraf lill-korpi l-oħra notifikati u jirrapporta lill-Istat Membru konċernat.

KAPITOLU IV

Dispożizzjoni finali

Artikolu 12

Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva li tinkludi restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ xi appliance għandu jiddikjara r-raġunijiet eżatti li fuqhom hi bbażata. Għandu jkun mgħarraf mingħajr dewmien lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun taf ukoll x’inhuma r-rimedji legali li jagħtuh il-liġijiet li hemm fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u ż-żmien stipulat għal dawk ir-rimedji.

Artikolu 13

Id-Direttivi 84/530/KEE u 84/531/KEE huma hawnhekk revokati.

Artikolu 14

1. Qabel l-1 ta’ Lulju, 1991, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jaqblu ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwarhom.

Huma għandhom japplikaw dispożizzjonijiet bħal dawn mill-1 ta’ Jannar, 1992.

2. Iżda, b’deroga mill-Artikolu 2, l-Istati Membri jistgħu, matul il-perjodu sal-31 ta’ Diċembru, 1995 u bla ħsara għall-Artikoli 30 sa 36 tat-Trattat, jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ appliances u fittings li jaqblu mar-regolamenti li jkunu fis-seħħ fl-Istati Membri qabel l-1 ta’ Jannar, 1992.

3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 15

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ġunju, 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Smith

[1] ĠU Ċ 42, 21.2.1989, p. 5, u ĠU Ċ 260, 13.10.1989, p. 3.

[2] ĠU Ċ 158, 26.6.1989. p. 218 u d-Deċiżjoni tat-13 ta’ Ġunju, 1980 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

[3] ĠU Ċ 194, 31.7.1989, p. 18.

[4] ĠU L 109, 26.4.1983, p. 8.

[5] ĠU L 81, 26.3.1988, p. 75.

[6] ĠU L 300, 19.11.1984, p. 95.

[7] ĠU L 196, 18.7.1986, p. 56.

[8] ĠU L 300, 19.11.1984, p. 106.

[9] ĠU L 382, 31.12.1988, p. 42.

--------------------------------------------------

ANNESS I

ĦTIĠIJIET ESSENZJALI

Rimarka preliminari

L-obbligi li jiġu mill-ħtiġijiet essenzjali għal appliances f’dan l-Anness jgħoddu wkoll għal fittings fejn jeżisti r-riskju korrispondenti.

1. KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI

1.1. L-appliances għandhom ikunu ddisinjati u magħmula b’tali mod li jaħdmu b’mod sigur u ma joħolqux perikolu għall-persuni, l-annimali domestiċi jew proprjetà meta wżati b’mod normali kif imfisser fl-Artikolu 1(4) ta’ din id-Direttiva.

1.2. Meta jitqiegħdu fis-suq, l-appliances kollha għandhom:

- jkunu akkumpanjati minn istruzzjonijiet tekniċi għal min iwaħħalhom,

- jkunu akkumpanjati minn istruzzjonijiet dwar l-użu u dwar kif jingħataw servizz, maħsuba għal min jużahom,

- jġorru l-avviżi xierqa ta’ pariri, li għandhom jidhru wkoll fuq l-imballaġġ.

L-istruzzjonijiet u l-avviżi ta’ perikolu għandhom ikunu bl-ilsien jew ilsna uffiċjali ta’ l-Istati Membri destinatarji.

1.2.1. L-istruzzjonijiet tekniċi maħsuba għal min iwaħħalhom għandu jkollhom l-istruzzjonijiet kollha għall-istallazzjoni, l-aġġustar u s-servizz meħtieġ biex ikun żgurat li dawk il-ħidmiet isiru sew u li l-appliance ikun użat b’mod sigur. B’mod partikulari, l-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw:

- it-tip ta’ gass użat,

- il-pressjoni tal-provvista tal-gass użat,

- l-ammont ta’ arja friska meħtieġa:

- għall-provvista tal-kombustjoni ta’ l-arja,

- biex tkun evitata l-formazzjoni ta’ taħlitiet ta’ gass perikoluż mhux maħruq għal appliances li ma jkollhomx l-apparat li għalih jirreferi l-punt 3.2.3,

- il-kundizzjonijiet biex jitferrxu l-prodotti ta’ kombustjoni,

- għal burners li joħolqu kurrent bis-saħħa u apparat li jsaħħan maħsub li jkun armat b’burners bħal dawn, il-karatteristiċi tagħhom, il-ħtiġijiet biex ikunu armati, biex jgħinu fil-qbil mal-ħtiġijiet essenzjali li jgħoddu għal appliances lesti u, fejn jixraq, il-lista tat-taħlitiet rakkomandati mill-manifattur.

1.2.2. L-istruzzjonijiet dwar l-użu u s-servizz maħsuba għal min jużahom għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintużaw b’sigurtà, u għandhom b’mod partikulari jiġbdu l-attenzjoni ta’ min jużahom dwar xi restrizzjonijiet fl-użu.

1.2.3. L-avviżi dwar perikolu fuq l-appliance u fuq l-imballaġġ tiegħu għandhom b’mod ċar juru t-tip ta’ gass użat, il-pressjoni tal-provvista tal-gass u xi restrizzjonijiet dwar l-użu, b’mod partikulari restrizzjoni li biha l-appliance jista’ jitwaħħal biss f’żoni fejn hemm ventilazzjoni biżżejjed.

1.3. Fittings maħsuba biex ikunu parti minn appliance għandhom ikunu ddisinjati u magħmula b’tali mod li jaqdu sew l-għan tagħhom meta jkunu mdaħħla fi qbil ma’ l-istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni.

L-istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni, l-aġġustar, il-ħidma u l-manutenzjoni għandhom ikunu mehmuża mal-fittings konċernati.

2. MATERJAL

2.1. Il-materjal għandu jkun addattat għall-għan maħsub u għandu jkun jiflaħ il-kundizzjonijiet tekniċi, kimiċi u termali li se jkun probabbli espost għalihom.

2.2. Il-komponenti tal-materjal li huma importanti għas-sigurtà għandhom ikunu garantiti mill-manifattur jew minn min jissupplixxi l-appliance.

3. DISINN U KOSTRUZZJONI

3.1. Ġenerali

3.1.1. L-appliances għandhom ikunu magħmula b’tali mod li, meta wżati b’mod normali, ma jkunx hemm instabbilità, tibdil, ksur jew użu li jista’ jtellef is-sigurtà.

3.1.2. Il-kondensazzjoni li tinħoloq meta jinxtegħel u/jew waqt l-użu m’għandhiex taffettwa s-sigurtà ta’ appliances.

3.1.3. L-appliances għandhom ikunu ddisinjati u magħmula b’tali mod li jnaqqsu r-riskju ta’ splużjoni f’każ ta’ ħruq ta’ oriġini esterna.

3.1.4. L-appliances għandhom ikunu magħmula b’tali mod li l-ilma u l-penetrazzjoni mhux mixtieqa ta’ l-arja fiċ-ċirkwit tal-gass ma sseħħx.

3.1.5. Fil-każ ta’ bidla normali fl-enerġija awżiljarja, l-appliances għandhom jibqgħu jaħdmu b’mod sigur.

3.1.6. Bidla mhux normali jew nuqqas ta’ enerġija awżiljari jew il-ġbir tagħha m’għandux iwassal għal sitwazzjoni mhux sigura.

3.1.7. L-appliances għandhom ikunu disinjati u magħmula b’tali mod li jbiegħdu l-perikli kkawżati mill-elettriku. Fil-qasam fejn jgħodd, il-qbil mal-miri ta’ sigurtà fil-każ ta’ perikli tad-dawl stabbiliti fid-Direttiva 73/23/KEE [1] għandhom ikunu ekwivalenti għas-sodisfazzjon ta’ din il-ħtieġa.

3.1.8. Il-partijiet kollha taħt pressjoni ta’ l-appliance għandhom jifilħu għal strapazz mekkaniku u termali li jkunu esposti għalihom mingħajr ma ssir deformità li taffettwa s-sigurtà.

3.1.9. L-appliances għandhom ikunu disinjati u magħmula b’tali mod li nuqqas mill-apparat ta’ sigurtà, kontroll jew regolatorju ma jwassalx għal sitwazzjoni mhux sigura.

3.1.10. Jekk appliance ikollu apparat ta’ sigurtà u kontroll, il-ħidma ta’ l-apparat ta’ sigurtà ma jridx ikun imxejjen minn dak ta’ l-apparat li jikkontrolla.

3.1.11. Għandhom ikunu protetti b’mod xieraq il-partijiet kollha ta’ l-appliances li huma ssettjati jew aġġustati fl-istadju tal-manifattura u li m’għandhomx jitbagħbsu minn min jużahom jew minn min jinstallahom.

3.1.12. Lievi u apparat ieħor li jikkontrolla u jissettja għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar u mogħtija struzzjonijiet kif suppost biex ma jkunux imħaddma ħażin. Id-disinn tagħhom għandu jsir b’tali mod li tkun eskluża manipulazzjoni aċċidentali.

3.2. Ħruġ ta’ gass mhux maħruq

3.2.1. L-appliances għandhom ikunu magħmula b’tali mod li r-rata tal-ħruġ tal-gass ma tkunx perikoluża.

3.2.2. L-appliances għandhom ikunu magħmula b’tali mod li l-ħruġ tal-gass meta jinxtegħlu u meta jinxtegħlu mill-ġdid u wara li tintefa l-fjamma jkun limitat ħalli tkun evitata l-akkumulazzjoni perikoluża ta’ gass mhux maħruq fl-appliance.

3.2.3. Appliances maħsuba biex jintużaw ġewwa u fi kmamar għandu jkollhom imwaħħal magħhom apparat speċjali li jevita l-akkumulazzjoni perikoluża ta’ gass mhux maħruq f’dawk il-postijiet jew kmamar.

L-appliances li ma jkollhomx dak l-apparat għandhom jintużaw biss f’żoni fejn hemm biżżejjed ventilazzjoni biex ma jkunx hemm akkumulazzjoni perikoluża ta’ gass mhux maħruq.

L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw fit-territorju tagħhom kundizzjonijiet ta’ spazju biżżejjed għall-ventilazzjoni għall-istallazzjoni ta’ appliances bħal dawn, billi jitqiesu l-karatteristiċi marbuta magħhom.

Appliances għal kċejjen kbar u appliances imħaddma bil-gass li jkun fih komponenti tossiċi għandu jkollhom l-apparat imsemmi qabel.

3.3. Meta jinxtegħlu

L-appliances għandhom ikunu magħmula b’tali mod, li meta wżati b’mod normali:

- jinxtegħlu u jerġgħu jinxtegħlu malajr,

- ikun żgurat li jinxtegħlu kollha.

3.4. Kombustjoni

3.4.1. L-appliances għandhom ikunu magħmula b’tali mod, li meta wżati b’mod normali, l-istabbilità tal-fjamma tkun żgurata u l-prodotti ta’ kombustjoni ma jkunx fihom konċentrazzjonijiet mhux aċċettati li huma ta’ ħsara għas-saħħa.

3.4.2. L-appliances għandhom ikun magħmula b’tali mod li, meta jintużaw b’mod normali, ma jkunx hemm ħruġ aċċidentali tal-prodotti ta’ kombustjoni.

3.4.3. L-appliances ikkonnettjati ma’ pajp biex toħroġ il-kombustjoni ta’ prodotti għandhom ikunu magħmula b’tali mod li f’kundizzjonijiet ta’ kurrent mhux normali ma jkunx hemm ħruġ tal-prodotti ta’ kombustjoni f’ammont perikoluż fil-kamra konċernata.

3.4.4. Appliances domestiċi indipendenti li jsaħħnu li m’għandhomx pajp għad-duħħan u heaters ta’ l-ilma li jsaħħnu mill-ewwel li m’għandhomx pajp ma jridux joħolqu, fil-kamra jew fl-ispazju fejn ikunu, konċentrazzjoni ta’ monosssidu tal-karbonju li tista’ toħloq perikolu għal saħħet in-nies li jkunu esposti, billi jitqies it-tul prevedibbli ta’ kemm idumu esposti.

3.5. Użu bis-sens ta’ l-enerġija

L-appliances għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jiżguraw l-użu bis-sens ta’ l-enerġija, u jirriflettu l-kwalità u jqisu l-aspetti ta’ sigurtà.

3.6. Temperaturi

3.6.1. Partijiet ta’ appliances li huma maħsuba biex jitqiegħdu qrib l-art jew xi wċuh ma jridux jilħqu temperaturi li jkunu ta’ perikolu fiż-żona tal-madwar.

3.6.2. It-temperatura tal-wiċċ tal-pumijiet u tal-lievi ta’ l-appliances maħsuba biex jintmessu ma jridux ikunu ta’ perikolu għal min jużahom.

3.6.3. It-temperaturi tal-wiċċ tal-partijiet esterni ta’ l-appliances maħsuba għall-użu domestiku, ħlief għall-uċuh jew il-partijiet li huma assoċjati mat-tfigħ ta’ sħana, meta jaħdmu ma jridux ikunu ta’ perikolu għal min jużahom u b’mod partikulari għat-tfal, li għalihom għandu jitqies iż-żmien ta’ reazzjoni.

3.7. Oġġetti ta’ l-ikel u ilma wżati għal finijiet sanitarji

Bla ħsara għar-regoli tal-Komunità f’din iż-żona, materjal u komponenti wżati fil-bini ta’ appliance, li jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel jew ilma wżat għal finijiet sanitarji, m’għandhomx itellfu l-kwalità tagħhom.

[1] ĠU L 77, 26.3.1973, p. 29.

--------------------------------------------------

ANNESS II

IL-PROĊEDURA GĦAL ĊERTIFIKAZZJONI TA’ KONFORMITÀ

1. L-EŻAMI TAT-TIP TAL-KE

1.1. L-eżami tat-tip tal-KE huwa dik il-parti tal-proċedura li biha l-korp notifikat jivverifika u jiċċertifika li appliance, rappreżentattiv tal-produzzjoni maħsuba, tilħaq id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għaliha.

1.2. L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip għandha ssir mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità b’korp wieħed notifikat.

1.2.1. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni ssir mir-rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu,

- dikjarazzjoni miktuba li l-applikazzjoni ma saritx ma’ xi korp ieħor notifikat,

- id-dokumentazzjoni tad-disinn, kif deskritt fl-Anness IV.

1.2.2. Il-manifattur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp notifikat l-appliance, rappreżentattiv tal-produzzjoni maħsuba, minn hawn ’il quddiem magħrufa bħala ‘tip’. Il-korp notifikat jista’ jitlob iktar kampjuni tat-tip jekk ikun meħtieġ għall-programm tat-test.

It-tip jista’ wkoll ikopri varjazzjonijiet tal-prodott dejjem jekk dawk il-varjazzjonijiet ma jkollhomx karatteristiċi differenti fejn jidħlu t-tipi ta’ riskju.

1.3. Il-korp notifikat għandu:

1.3.1. jeżamina d-dokumentazzjoni ta’ disinn u jivverifika li t-tip kien manifatturat f’konformità mad-dokumentazzjoni tad-disinn u jidentifika l-elementi li kienu ddisinjati fi qbil mad-dispożizzjonijiet applikabbli tan-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 u l-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva;

1.3.2. jagħmel, jew ikun għamel, l-eżamijiet xierqa u/jew it-testijiet biex ikun verifikat jekk is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfawx il-ħtiġijiet essenzjali fejn in-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati;

1.3.3. jagħmel, jew ikun għamel, l-eżamijiet xierqa u/jew it-testijiet biex ikun verifikat jekk in-normi applikabbli kienux applikati b’mod effettiv meta l-manifattur ikun għażel li jagħmel hekk, b’hekk jiżgura konformità mal-ħtiġijiet essenzjali.

1.4. F’każ li t-tip jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih ir-riżultat ta’ l-eżami, il-kundizzjonijiet, jekk hemm, għall-validità tiegħu u l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tat-tip approvat u, jekk relevanti, deskrizzjonijiet tal-ħidma tiegħu. Elementi tekniċi relevanti bħal tpinġijiet u disinji għandhom ikunu annessi maċ-ċertifikat.

1.5 Il-korp notifikat għandu jgħarraf lill-korpi l-oħra notifikati mill-ewwel bil-ħruġ taċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tipu xi żidiet mat-tip imsemmi kif għalih jirreferi l-punt 1.7. Huma jistgħu jiksbu kopja taċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u/jew iż-żidiet tiegħu u wara talba raġjonevoli jistgħu jiksbu kopja ta’ l-Annessi taċ-ċertifikat u r-rapporti dwar l-eżamijiet u t-testijiet li saru.

1.6. Korp notifikat li ma jaċċettax li joħroġ jew jirtira ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip għandu jgħarraf lill-Istat Membru li notifikah u lill-korpi l-oħra notifikati b’dan, u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

1.7. L-applikant għandu jgħarraf lill-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip dwar il-modifiki kollha li saru lit-tip approvat li jistgħu jaffettwaw il-konformità mal-ħtiġijiet essenzjali.

Modifiki għat-tip approvat għandu jkollhom approvazzjoni addizzjonali mill-korp notifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip fejn bidliet bħal dawn jaffettwaw konformità mal-ħtiġijiet essenzjali jew il-kundizzjonijiet preskritti għall-użu ta’ l-appliance. Din l-approvazzjoni miżjuda għandha tingħata fil-forma ta’ żieda maċ-ċertifikat oriġinali tal-KE ta’ l-eżami tat-tip.

2. DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MAT-TIP

2.1. Id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip hi dik il-parti tal-proċedura li biha l-manifattur jiddikjara li l-appliances konċernati huma f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u jissodisfa l-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għalihom. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka KE fuq kull appliance u joħroġ dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tista’ tkopri waħda jew aktar mill-appliances u għandha tinżamm mill-manifattur. Il-marka KE għandu jkollha magħha s-simbolu ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-ispezzjonijiet kif ġie ġie spjegati fil-punt 2.3.

2.2. Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess ta’ manifattur, inklużi l-ispezzjoni u l-ittestjar tal-prodott finali, iwassal għall-omoġenjità tal-produzzjoni u konformità ta’ l-appliances mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva li tgħodd għalihom. Korp notifikat, magħżul mill-manifattur, għandu jagħmel spezzjonijiet kif ġie ġie fuq l-appliances mfisser fil-punt 2.3.

2.3. Spezzjonijiet ta’ appliances fil-post għandu jsir kif ġie ġie mill-korp notifikat f’intervalli ta’ sena jew inqas. Għadd biżżejjed ta’ appliances għandhom ikunu eżaminati u għandhom jsiru testijiet xierqa fuqhom mfisser fin-normi applikabbli li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 jew għandhom jsiru testijiet ekwivalenti biex jiżguraw konformità mal-ħtiġijiet essenzjali korripondenti ta’ din id-Direttiva. Il-korp notifikat għandu f’kull każ jiddeċiedi jekk dawn it-testijiet jeħtieġux isiru kollha jew parti minnhom. Meta waħda jew aktar mill-appliances ma jkunux aċċettati, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex ma jsirx bejgħ tagħhom.

3. DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MAT-TIP (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni)

3.1. Id-dikjarazzjoni tal-konformità mat-tip (garanzija tal-produzzjoni ta’ kwalità) hi dik il-proċedura li biha manifattur li jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-punt 3.2 jiddikjara li l-appliances konċernati huma f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva li tapplika għalihom. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka KE ma’ kull appliance u joħroġ dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità. Din id-dikjarazzjoni ta’ qbil tista’ tkopri waħda jew aktar mill-appliances u għandha tinżamm mill-manifattur. Il-marka KE għandu jkollha magħha s-simbolu ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għas-sorveljanza KE.

3.2. Il-manifattur għandu japplika sistema ta’ kwalità li tiżgura konformità ta’ l-appliances mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u mal-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għalihom. Il-manifattur ikun soġġett għal sorveljanza KE kif speċifikat fil-punt 3.4.

3.3. Sistema ta’ kwalità

3.3.1. Il-manifattur għandu jitfa’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità għand il-korp notifikat tal-għażla tiegħu għall-appliances imsemmija.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

- rabta biex iwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità kif approvata,

- rabta biex iżomm is-sistema ta’ kwalità approvata biex jiżgura li tibqa’ tixraq u tkun effettiva,

- dokumentazzjoni marbuta mat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip.

3.3.2. L-elementi kollha, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u loġiku fil-forma ta’ miżuri, proċeduri u struzzjonijiet miktuba. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tagħti lok għal interpretazzjoni uniformi tal-programmi ta’ kwalità, pjanijiet, manwali u reġistri. Hija għandu jkun fiha, b’mod partikulari, deskrizzjoni adegwata ta’:

- il-miri kwalitattivi, l-istruttura organizzattiva u r-responsabbiltajiet ta’ tmexxija u tal-poteri tagħhom rigward il-kwalità ta’ l-appliance,

- il-proċessi ta’ manifattura, kontroll tal-kwalità u tekniċi ta’ garanzija ta’ kwalità u azzjonijiet sistematiċi li ser jintużaw,

- l-eżamijiet u t-testijiet li se jsiru qabel, matul u wara l-manifattura u l-frekwenza li biha se jsiru,

- il-metodu ta’ kif tintlaħaq is-sorveljanza tal-kwalità meħtieġa ta’ l-appliance u t-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kwalità.

3.3.3. Il-korp notifikat għandu jeżamina u jevalwa s-sistema ta’ kwalità biex jiddeċiedi jekk tissodisfax il-ħtiġijiet li għaliha jirreferi l-punt 3.3.2. Huwa se jippresumi konformità ma’ dawn il-ħtiġijiet fejn jidħlu sistemi ta’ kwalità li jimplimentaw in-norma armonizzata korrispondenti.

Hu għandu jgħarraf id-deċiżjoni tiegħu lill-manifattur u jinforma lill-korpi l-oħra notifikati dwarha. In-notifika lill-manifattur għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-eżami, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat u d-deċiżjoni raġjonevoli ta’ evalwazzjoni fil-każ ta’ l-appliances konċernati.

3.3.4. Il-manifattur għandu jżomm mgħarraf lill-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità dwar l-aġġornament tas-sistema ta’ kwalità fejn jidħlu bidliet miġjuba minn, per eżempju, teknoloġiji ġodda u kunċetti ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jeżamina l-modifiki proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità modifikata taqbilx mad-dispożizzjonijiet relevanti jew jekk hemmx bżonn li terġa’ tkun evalwata. Hu għandu jgħarraf lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-ispezzjoni u d-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni raġjonata.

3.3.5. Korp notifikat li jirtira l-approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandu jgħarraf lill-korpi l-oħra notifikati, u jagħti raġunijiet għad-deċiżjoni.

3.4. Sorveljanza KE

3.4.1. L-iskop tas-sorveljanza KE huwa biex ikun żgurat li l-manifattur jaqdi sew l-obbligi li ġġib magħha s-sistema ta’ kwalità approvata.

3.4.2. Il-manifattur għandu jippermetti lill-korp notifikat biex jagħmel spezzjonijiet fil-post tal-manifattura, spezzjonar, ittestjar u ħażna u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikulari:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

- ir-reġistri ta’ kwalità, bħal rapporti ta’ spezzjonijiet u nformazzjoni dwar testijiet, informazzjoni kalibrata, rapporti dwar kwalifiki ta’ l-impjegati konċernati, u l-bqija.

3.4.3. Il-korp notifikat għandu jagħmel spezzjoni ta’ l-inqas darba kull sentejn biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema approvata ta’ kwalità u għandu jagħti rapport ta’ l-ispezzjoni lill-manifattur.

3.4.4. Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mingħajr avviż għand il-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista’ jagħmel it-testijiet fuq appliances jew iġiegħelhom isiru. Hu għandu jagħti lill-manifattur rapport ta’ l-ispezzjoni u, jekk jixraq, rapport tat-test.

3.4.5. Il-manifattur jista’ jekk jintalab, jagħti r-rapport tal-korp notifikat.

4. DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAT-TIP (garanzija ta’ kwalità tal-prodott)

4.1. Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità tat-tip (garanzija tal-kwalità tal-prodott) hi dik il-parti tal-proċedura li biha l-manifattur li jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-punt 4.2 jiddikjara li l-appliances konċernati huma f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għalihom. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka KE ma’ kull appliance u joħroġ dikjarazzjoni bil-miktub ta’ konformità. Din id-dikjarazzjoni tista’ tkopri waħda jew aktar mill-appliances u għandha tinżamm mill-manifattur. Il-marka KE għandu jkollha magħha s-simbolu ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għas-sorveljanza KE.

4.2. Il-manifattur għandu japplika sistema ta’ kwalità approvata għall-ispezzjoni finali ta’ l-appliances u t-testijiet, kif speċifikat fil-punt 4.3, u jkun soġġett għal sorveljanza KE kif speċifikat fil-punt 4.4.

4.3. Sistema ta’ kwalità

4.3.1. Skond din il-proċedura, il-manifattur għandu jitfa’ applikazzjoni għal approvazzjoni tas-sistema tiegħu ta’ kwalità għand il-korp notifikat tal-għażla tiegħu għall-appliances imsemmija.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

- rabta biex iwettaq l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità kif approvata,

- rabta biex iżomm is-sistema ta’ kwalità approvata biex jiżgura li tibqa’ tixraq u tkun effettiva,

- id-dokumentazzjoni marbuta mat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip.

4.3.2. Bħala parti mis-sistema ta’ kwalità, kull appliance għandu jkun eżaminat u testijiet xierqa għandhom ikunu stabbiliti fin-norma (normi) applikabbli li għaliha jirreferi l-Artikolu 5 jew li jkunu saru testijiet ekwivalenti biex jivverifikaw il-konformità tagħha mal-ħtiġijiet essenzjali marbuta magħha f’din id-Direttiva.

L-elementi kollha, il-ħtiġijiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b’mod sistematiku u loġiku fil-forma ta’ miżuri, proċeduri u struzzjonijiet miktuba. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandha tagħti lok għal interpretazzjoni uniformi tal-programmi ta’ kwalità, pjanijiet, manwali u reġistri.

Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandu jkun fiha, b’mod partikulari, deskrizzjoni adegwata ta’:

- il-miri kwalitattivi, l-istruttura organizzattiva u r-responsabbiltajiet tat-tmexxija u tal-poteri tiegħu rigward il-kwalità ta’ l-appliance,

- l-ispezzjonijiet u t-testijiet għandhom jsiru wara l-manifattura,

- il-metodu ta’ kif tkun verifikata l-ħidma effettiva tas-sistema ta’ kwalità.

4.3.3. Il-korp notifikat għandu jeżamina u jevalwa s-sistema ta’ kwalità biex jiddeċiedi jekk tissodisfax il-ħtiġijiet li għalihom jirreferi l-punt 4.3.2. Huwa se jippresumi konformità ma’ dawn il-ħtiġijiet fejn jidħlu sistemi ta’ kwalità li jimplimentaw n-norma armonizzata korrispondenti. Hu għandu jgħarraf id-deċiżjoni tiegħu lill-manifattur u jinforma lill-korpi l-oħra notifikati dwarha. In-notifika lill-manifattur għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-eżami, l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat u d-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni raġjonata fil-każ ta’ l-appliances konċernati.

4.3.4. Il-manifattur għandu jżomm mgħarraf lill-korp notifikat li approva s-sistema ta’ kwalità dwar xi tibdil fis-sistema ta’ kwalità miġjub minn, per eżempju, teknoloġiji ġodda u kunċetti ta’ kwalità.

Il-korp notifikat għandu jeżamina l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta’ kwalità emendata tissodisfax id-dispożizzjonijiet relevanti jew jekk hemmx bżonn li terġa’ tkun evalwata. Hu għandu jgħarraf lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-ispezzjoni u d-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni raġjonata.

4.3.5. Korp notifikat li jirtira l-approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità għandu jgħarraf lill-korpi l-oħra notifikati li għamel hekk, u jagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

4.4. Sorveljanza KE

4.4.1. L-iskop tas-sorveljanza KE huwa biex ikun żgurat li l-manifattur jissodisfa sew l-obbligi li ġġib magħha s-sistema ta’ kwalità approvata.

4.4.2. Il-manifattur għandu jagħti aċċess lill-korp notifikat biex jagħmel spezzjonijiet fil-post ta’ l-ispezzjoni, ittestjar u ħażna u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikulari:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

- il-files tal-kwalità bħal rapporti ta’ spezzjonijiet u informazzjoni dwar testijiet, informazzjoni kalibrata, rapporti dwar il-kwalifiki ta’ l-impjegati konċernati, u l-bqija.

4.4.3. Il-korp notifikat għandu jagħmel spezzjoni ta’ l-inqas darba kull sentejn biex jiżgura li l-manifattur qed iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità approvata u għandu jagħti rapport ta’ l-ispezzjoni lill-manifattur.

4.4.4. Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat mingħajr avviż għand il-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista’ jagħmel testijiet fuq appliances jew iġiegħelhom isiru. Hu għandu jagħti lill-manifattur rapport ta’ l-ispezzjoni u, jekk jixraq, rapport tat-test.

4.4.5. Il-manifattur jista’, jekk jintalab, jagħti r-rapport tal-korp notifikat.

5. VERIFIKA KE

5.1. Il-verifika KE hi dik il-parti tal-proċedura li biha korp notifikat jispezzjona u jiċċertifika li l-appliances huma f’konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-KE ta’ l-eżami tat-tip u jissodisfa l-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għalihom.

5.2. Il-verifika KE tista’, b’għażla tal-manifattur, issir billi jkun spezzjonat u ttestjat kull appliance kif speċifikat fil-punt 5.3 jew billi jkun spezzjonat u ttestjat l-appliance fuq bażi ta’ statistika kif speċifikat fil-punt 5.4.

5.3. Verifika permezz ta’ spezzjoni u ttestjar ta’ kull appliance

5.3.1. Kull appliance għandu jkun eżaminat u għandhom jsiru testijiet xierqa fuqha mfisser fin-normi relevanti li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 jew għandhom jsiru testijiet ekwivalenti biex jaraw li hemm konformità mal-ħtiġijiet relevanti essenzjali ta’ din id-Direttiva.

5.3.2. Il-korp notifikat għandu jwaħħal il-marka KE fuq kull appliance u joħroġ ċertifikat bil-miktub ta’ konformità. Iċ-ċertifikat jista’ jkopri waħda jew aktar mill-appliances u għandu jinżamm mill-manifattur. Il-marka KE għandu jkollha magħha s-simbolu ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat.

5.4. Verifika ta’ l-istatistika

5.4.1. Il-manifattur għandu jqiegħed l-appliances tiegħu fil-forma ta’ kunsinni omoġenji u għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess ta’ manifattura jwassal għal omoġenjità f’kull kunsinna tal-prodott.

5.4.2. Fejn jixraq, il-manifattur jista’ jwaħħal il-marka KE fuq kull appliance waqt il-proċess tal-manifattura. Il-marka KE għandu jkollha magħha s-simbolu ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-verifika ta’ l-istatistika.

5.4.3. L-appliances għandhom ikunu soġġetti għall-kontroll ta’ l-istatistika mill-attribwiti. Huma għandhom jinġemgħu f’kunsinni li jintgħarfu magħmula minn units ta’ mudell wieħed li jkunu manifatturati skond l-istess kundizzjonijiet. Kunsinna tkun eżaminata f’intervalli kif ġie ġie. L-appliances li jiffurmaw kampjun ikunu eżaminati b’mod individwali u testijiet xierqa kif stabbilit fin-norma (normi) applikabbli li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 jew isiru testijiet ekwivalenti biex jiddeċiedu jekk il-kunsinna tridx tkun aċċettata jew rifjutata.

Ikun applikat pjan ta’ kif jittieħdu kampjuni bil-karatteristiċi operattivi li ġejjin:

- livell ta’ kwalità komuni li jaqbel mal-probabbiltà ta’ 95 % ta’ aċċettazzjoni ma’ perċentwali ta’ nuqqas ta’ konformità bejn 0,5 u 1,5 %,

- limitu ta’ kwalità li jikkorrispondi mal-probabbiltà ta’ 5 % ta’ aċċettazzjoni mal-perċentwali ta’ nuqqas ta’ konformità bejn 5 u 10 %.

5.4.4. Jekk kunsinna tkun aċċettata, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat bil-miktub ta’ konformità li jinżamm mill-manifattur. L-appliances kollha fil-kunsinna jistgħu jitqiegħdu fis-suq, ħlief dawk fil-kampjun li kienu identifikati li ma jaqblux.

Jekk kunsinna tkun rifjutata, il-korp notifikat kompetenti għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jara li ma titqiegħedx fis-suq. Jekk il-kunsinni jkunu rifjutati ta’ spiss, il-korp notifikat jista’ jwaqqaf il-verifika ta’ l-istatistika.

6. VERIFIKA KE BIL-UNIT

6.1. Verifika KE bil-unit hi l-proċedura li biha korp notifika jispezzjona u jiċċertifika li appliance huwa konformi mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva li jgħoddu għaliha. Il-korp notifikat għandu jwaħħal il-marka KE fuq l-appliance u joħroġ ċertifikat bil-miktub ta’ konformità.

Iċ-ċertifikat għandu jinżamm mill-manifattur.

6.2. Id-dokumentazzjoni tad-disinn li għaliha jirreferi l-Anness IV għandu jkun disponibbli għall-korp notifikat.

6.3. L-appliance għandu jkun eżaminat u għandhom jsirulu testijiet xierqa li jqisu d-dokumentazzjoni tad-disinn biex tkun żgurata l-konformità ta’ l-appliance mal-ħtiġijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva.

Jekk ikun meqjus meħtieġ mill-korp notifikat, l-eżamijiet u t-testijiet xierqa jistgħu jsiru wara istallazzjoni ta’ l-appliance.

--------------------------------------------------

ANNESS III

IL-MARKA KE U SKRIZZJONIJIET

1. Il-marka KE hi magħmula mis-simbolu CE kif jidher hawn taħt, u jkollu warajh l-aħħar żewġ ċifri tas-sena li fiha twaħħlet il-marka u s-simbolu ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat li għamel l-ispezzjonijiet kif ġie ġie, sorveljanza KE jew verifika KE.

2. L-appliance jew il-plakka bl-informazzjoni tagħha għandu jkollhom il-marka KE flimkien ma’ l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

- l-isem tal-manifattur jew is-simbolu ta’ l-identifikazzjoni,

- l-isem kummerċjali ta’ l-appliance,

- it-tip ta’ provvista ta’ l-elettriku wżata, jekk tgħodd,

- il-kategorija ta’ l-appliance.

Tista’ tingħata wkoll informazzjoni meħtieġa għal finijiet ta’ stallazzjoni skond in-natura ta’ l-appliance.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

DOKUMENTAZZJONI TAD-DISINN

Id-dokumentazzjoni tad-disinn għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja, sakemm ikun meħtieġ mill-korp notifikat għal evalwazzjoni:

- deskrizzjoni ġenerali ta’ l-appliance,

- disinni ta’ kunċett u tpinġijiet ta’ manifattura u disinji ta’ komponenti, sub-assemblies, ċirkwiti, u l-bqija.

- deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehem dan ta’ hawn fuq, inkluż it-tħaddim ta’ l-appliances,

- lista tan-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5, applikati kollha jew parti minnhom, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu l-ħtiġijiet essenzjali fejn in-normi li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati,

- rapporti tat-test,

- manwali għall-istallazzjoni u għall-użu.

Fejn jixraq, id-dokumentazzjoni tad-disinn għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

- attestati marbuta ma’ l-apparat inkorporat fl-appliance,

- attestati u ċertifikati marbuta mal-metodi ta’ manifattura u/jew spezzjoni u/jew sorveljanza ta’ l-appliance,

- xi dokument ieħor li jgħin lill-korp notifikat biex itejjeb l-evalwazzjoni tiegħu.

--------------------------------------------------

ANNESS V

KRITERJI MINIMI GĦALL-EVALWAZZJONI TA’ KORPI NOTIFIKATI

Il-korpi notifikati nnominati mill-Istati Membri għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet minimi li ġejjin:

- disponibbiltà ta’ persuni u tal-mezzi u l-apparat meħtieġ;

- kompetenza teknika u integrità professjonali tal-persuni;

- indipendenza, biex isiru t-testijiet, jitħejjew rapporti, jinħarġu ċertifikati u ssir is-sorveljanza li għaliha hemm dispożizzjoni f’din id-Direttiva, ta’ uffiċjali tan-tmexxija u tekniċi fir-rigward taċ-ċrieki kollha, il-gruppi jew in-nies direttament jew indirettament marbuta mal-qasam ta’ l-appliances,

- żamma tas-sigriet professjonali mill-impjegati,

- pussess tal-liċenzja ta’ responsabbiltà ċivili sakemm dik ir-responsabbiltà ma tkunx koperta mill-Istat skond il-liġi nazzjonali.

It-twettiq tal-kundizzjonijiet fl-ewwel żewġ inċiżi għandu jkun perjodikament verifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jew tal-korpi nominati mill-Istati Membri.

--------------------------------------------------

Top