Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990D0469

    Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 1990 li tagħti deroga lill-Italja u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rispettati dwar it-tqattigħ tal-laħam frisk

    ĠU L 255, 19.9.1990, p. 16–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2006; Imħassar b' 32006D0765

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1990/469/oj

    31990D0469



    Official Journal L 255 , 19/09/1990 P. 0016 - 0017
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0218
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0218


    Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni

    tal-5 ta’ Settembru 1990

    li tagħti deroga lill-Italja u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rispettati dwar it-tqattigħ tal-laħam frisk

    (90/469/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jolqtu l-kummerċ ġewwa l-Komunità tal-laħam frisk [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/662/KEE [2], u b’mod partikolari Artikolu 13 tagħha,

    Billi, skond Artikolu 13 tad-Direttiva 64/433/KEE b’konformità mal-proċedura ta’ Artikolu 16, id-derogi mill-paragrafu 45(ċ) ta’ l-Anness I jistgħu jingħataw, meta mitluba, lil kull Stat Membru li jipprovdi garanziji simili; billi dawn id-derogi għandhom jirranġaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa li huma mill-anqas daqs dawk tal-imsemmi l-Anness;

    Billi l-awtoritajiet tal-Italja, permezz ta’ telex ta’ l-20 ta’April 1990, ippreżentaw lill-Kummissjoni talba għal deroga mill-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE għat-tqattigħ tal-laħam frisk taċ-ċanga, tan-ngħaġ u laħam tal-ħanżir; billi din it-talba tipproponi l-kondizzjonijiet tas-saħħa; billi huwa meħtieġ li l-kondizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti bħala alternattiva fid-deroga mitluba għat-tqattigħ tal-laħam frisk ikunu mill-anqas daqs dawk tal-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE;

    Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa proposti mill-Italja huma daqs dawk imniżżla fil-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE;

    Billi l-miżuri li hemm ipprovduti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Minkejja dak li hemm fil-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE, l-Italja tista’ tawtorizza t-tqattigħ tal-laħam frisk taċ-ċanga, tan-nagħaġ u tal-ħanżir taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Settembru 1990.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64.

    [2] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAT-TQATTIGĦ TAL-KARKASSI TAL-BAQAR, TAN-NGĦAĠ U TAL-ĦNIEŻER

    1. Il-karkassi, li jiġu mill-kamra tal-qatla, wara li jitkessħu fi kmamar tar-refriġerazzjoni li joperaw b’temperatura ta’ l-arja fil-ħruġ mill-evaporaturi tant li l-karkassi jistgħu jitkessħu għal temperatura interna ta’ +7 °C fi żmien 48 siegħa għall-karkassi tal-baqar u 20 siegħa għall-karkassi tan-ngħaġ u tal-ħnieżer, jinġarru għall-post tat-tqattigħ, li t-temperatura tiegħu ma taqbiżx 12 °C, li jinsab fl-istess grupp ta’ bini taċ-chillers.

    2. Il-laħam huwa trasferit f’operazzjoni waħda.

    3. Il-karkassi jiddaħħlu fil-kamra tat-tqattigħ u magħmula għadam qabel tintlaħaq temperatura interna ta’ +7 °C jekk it-tqattigħ isir fi żmien 48 siegħa mit-tmiem ta’ l-operazzjonijiet tal-qatla għall-karkassi tal-baqar u 20 siegħa għall-karkassi tan-ngħaġ u tal-ħnieżer.

    4. Il-ħin ta’ bejn li l-laħam jiddaħħal fil-kamra tat-tqattigħ u meta jkun suġġett għal aktar refriġerazzjoni ma jaqbiżx is-60 minuta.

    5. Malli dan jitqatta’ u jkun ippakkjat, il-laħam jinġarr għal kmamar xierqa ta’ refriġerazzjoni.

    --------------------------------------------------

    Top