Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988R3915

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3915/88 tal-15 ta' Diċembru 1988 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 63ċ tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità ta' eżenzjonijiet minn drittijiet doganali

    ĠU L 347, 16.12.1988, p. 55–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1988/3915/oj

    31988R3915



    Official Journal L 347 , 16/12/1988 P. 0055 - 0056
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 6 P. 0250
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 6 P. 0250


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3915/88

    tal-15 ta' Diċembru 1988

    li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 63ċ tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità ta' eżenzjonijiet minn drittijiet doganali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jistabbilixxi sistema tal-Komunita dwar eżenzjonijiet minn drittijiet doganali [1], kif emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1315/88 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

    Billi l-Artikolu 63ċ tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 jipprovdi għal eżenzjoni minn drittijiet ta' importazzjoni dwar kunsinni li jinkludu kampjuni ta' sustanzi ta' riferenza approvati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) li jkunu maħsuba għall-użu fil-kontroll ta' kwalita ta' materjali użati fil-manifattura ta' prodotti mediċinali; billi dawk il-kunsinni huma indirizzati lejn kunsinnatarji awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jibbenefikaw minn dik l-eżenzjoni;

    Billi il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni korretta ta' dik id-dispożizzjoni għandhom jiġu stabbiliti; billi dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura li tinsab f'Artikoli 143(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 918/83;

    Billi l-miżuri li jinsabu f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar Arranġamenti Duty Free,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 63ċ tar-Regolament (KEE) Nru 918/83.

    L-Artikolu 2

    L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 63ċ tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 għandha tapplika biss għall-kunsinni mibgħuta miċ-"Ċentru Kollaborattiv tal-WHO dwar Sustanzi Kimiċi ta' Riferenza" ġewwa Stokkolma (l-Isvezja) lill-kunsinnatarji li huma awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jirċievuhom duty free.

    L-Artikolu 3

    Eżenzjoni minn drittijiet ta' importazzjoni għal kunsinni li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 63ċ tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 għandha tkun kundizzjonali għat-turija, fuq il-pakketti li jkollhom sustanzi ta' riferenza, ta':

    - l-ewwelnett, it-timbru taċ-Ċentru Kollaborattiv tal-WHO illi issir riferenza għalih fl-Artikolu 2 t'hawn fuq,

    - it-tieni, tikketta, li kampjun tagħha huwa muri fl-Anness ta' dan ir-Regolament, illi fuqha fil-kaxxa li tikkorrispondi mas-sustanzi kimiċi ta' riferenza tkun ġiet immarkata b'mod ċar permezz ta' marka.

    L-Artikolu 4

    L-eżenzjoni għandha tiġi estiża għal kull imballaġġ speċjali li jkun meħtieġ sabiex jiġu trasportati sustanzi kimiċi ta' riferenza u għal kull aċċessorju meħtieġ li jkun jinsab fil-kunsinni.

    L-Artikolu 5

    Dan ir-Regolament sejjer jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1989

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul ġewwa Brussell, fil-15 ta' Diċembru 1988.

    Għall-Kummissjoni

    Cockfield

    Viċi-President

    [1] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

    [2] ĠU L 123, tas-17.5.1988, p. 2.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top