Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988R3914

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3914/88 ta' l-14 ta' Diċembru 1988 dwar il-proċeduri analitiċi li għandhom jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-materjal niexef, il-materjal xaħmi u l-livelli ta' zokkor ta' prodotti li jinsabu fil-kodiċi NM 19059030

ĠU L 347, 16.12.1988, p. 54–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1988/3914/oj

31988R3914



Official Journal L 347 , 16/12/1988 P. 0054 - 0054
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 6 P. 0249
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 6 P. 0249


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3914/88

ta' l-14 ta' Diċembru 1988

dwar il-proċeduri analitiċi li għandhom jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-materjal niexef, il-materjal xaħmi u l-livelli ta' zokkor ta' prodotti li jinsabu fil-kodiċi NM 19059030

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3174/88 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħduda annessa ma' l-imsemmi Regolament, hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-proċeduri analitiċi li għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit il-livell ta' zokkor (magħduda flimkien iz-zakkarina, iz-zokkor li jinsab fil-meraq tal-frott, il-glukosju, il-lattosju u l-kontenut maltosju), il-kontenut ta' xaħam u l-kontenut tal-materjal niexef ta' prodotti li jinsabu fil-kodiċi NM 19059030;

Billi l-istudji mwettqa u r-riċerka li saret jindikaw li l-proċeduri analitiċi imniżżla fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament huma xierqa;

Billi d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jinvolvi t-tħassir tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2093/84 tad-19 ta' Lulju 1984 dwar il-proċedura analitika li għandha tintuża biex jiġu stabbiliti l-materjal niexfa, il-materjal xaħmi u l-livelli ta' zokkor ta' ċerti materjali ordinarji li jintużaw mill-furnara li jinsabu fl-intestatura Nru 19.07 tat-Tariffa Komuni Doganali [3];

Billi l-miżuri li jinsabu f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-livell ta' zokkor (magħduda flimkien iz-zakkarina, iz-zokkor li jinsab fil-meraq tal-frott, il-glukosju, il-lattosju u l-kontenut maltosju), ix-xaħmijiet u l-kontenut tas-solidi niexfa ta' prodotti li jinsabu fil-kodiċi NM 19059030 għandhom jiġu stabbiliti permezz tal-proċeduri mniżżla hawn taħt:

- livell ta' zokkor (magħduda flimkien iz-zakkarina, iz-zokkor li jinsab fil-meraq tal-frott, il-glukosju, il-lattosju u l-kontenut maltosju): li għandu jiġi stabbiliti permezz ta' HPLC,

- livell ta' materjal xaħmi: li għandu jiġi stabbilit wara idrolisi permezz ta' aċtu idrokloriku; sustanzi li jistgħu jiġu estratti permezz tal-pitrolju jew wara li idrolisi għandhom jitqiesu bħala xaħmijiet,

- kontenut ta' materjal niexef: li għandu jiġi stabbilit permezz ta' tnixxif ta' kampjun rappresentattiv sal-massa kostanti ta' 103 ± 2 °C.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 2093/84 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fl-14 ta' Diċembru 1988.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 298, tal-31.10.1988, p. 1.

[3] ĠU L 193, tal-21.7.1984, p. 15.

--------------------------------------------------

Top