EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988D0598

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 1988 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana

ĠU L 327, 30.11.1988, p. 57–57 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1988/598/oj

Related international agreement

31988D0598



Official Journal L 327 , 30/11/1988 P. 0057 - 0057
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0190
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0190


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' Novembru 1988

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana

(88/598/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 238 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-qbil tal-Parlament Ewropew [1],

Billi l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana [2], iffirmat fi Brussel fit-18 ta' Jannar 1977, għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija tas-Sirja qiegħed b'dan jiġi approvat għan-nom tal-Komunità.

It-test tal-Protokoll huma mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5 tal-Protokoll [3].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussell, fil-21 ta' Novembru 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

Th. Pangalos

[1] ĠU C 290, ta' l-14.11.1988.

[2] ĠU L 269, tas-27.9.1978, pġ. 2.

[3] Ara p. 64 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top