This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31988D0376
88/376/EEC, Euratom: Council Decision of 24 June 1988 on the system of the Communities' own resources
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ġunju 1988 dwar is-sistema ta' riżorsi tal-Komunitajiet innifishom
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ġunju 1988 dwar is-sistema ta' riżorsi tal-Komunitajiet innifishom
ĠU L 185, 15.7.1988, p. 24–28
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31985D0257 | Tħassir | artikolu 2 | 01/01/1988 | |
Repeal | 31985D0257 | Tħassir | artikolu 6 | 01/01/1988 | |
Repeal | 31985D0257 | Tħassir | artikolu 1 | 01/01/1988 | |
Repeal | 31985D0257 | Tħassir | artikolu 4.1 | 01/01/1988 | |
Repeal | 31985D0257 | Tħassir | artikolu 5 | 01/01/1988 | |
Repeal | 31985D0257 | Tħassir | artikolu 7 | 01/01/1988 | |
Repeal | 31985D0257 | Tħassir | artikolu 8 | 01/01/1988 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implemented by | 31989R1552 | Implimentazzjoni | 01/01/1989 | ||
Repealed by | 31994D0728 | Tħassir | artikolu 1 | 01/01/1995 | |
Repealed by | 31994D0728 | Tħassir | artikolu 3 | 01/01/1995 | |
Repealed by | 31994D0728 | Tħassir | artikolu 6 | 01/01/1995 | |
Implemented by | 32000R1150 |
Official Journal L 185 , 15/07/1988 P. 0024 - 0028
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ġunju 1988 dwar is-sistema ta' riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (88/376/KEE, Euratom) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 199 u 201 tiegħu, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 171(1) u 173 ta' dan it-Trattat, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/257/KEE, Euratom tas-7 ta' Mejju 1985 dwar is-sistema ta' riżorsi tal-Komunitajiet stess [4], kif emendata l-aħħar permezz ta' l-Att Ewropew Singolu, għolla għal 1.4 % il-limitu għal kull Stat Membru fuq ir-rata applikata għall-bażi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) uniformi li qabel kienet iffissata fuq 1 % permezz tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' April 1970 dwar it-tibdil tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri permezz tar-riżorsi tal-Komunitajiet stess [5], li minn hawn 'il quddiem hija msejjħa "id-Deċiżjoni tal-21 ta' April 1970"; Billi r-riżorsi disponibbli fil-limitu tal-1.4 % m'għadhomx biżżejjed biex ikopru l-estimi ta' l-ispiża tal-Komunità; Billi l-Att Singolu Ewropew jiftaħ possibilitajiet ġodda għall-Komunità; billi l-Artikolu 8a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea li hemm jipprovdi għat-tlestija tas-suq intern sal-31 ta' Diċembru 1992; Billi l-Komunità għandu jkollha dħul stabbli u garantit li jippermettilha li tistabilizza s-sitwazzjoni preżenti u tħaddem il-politika komuni; billi dan id-dħul għandu jkun ibbażat fuq l-ispiża li tinħass meħtieġa għal dan il-għan li kien determinat fl-estimi finanzjarji fil-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1988; Billi l-Kunsill Ewropew li ltaqa' fi Brussel fil-11, 12 u 13 ta' Frar 1988 laħaq ċertu konklużjonijiet; Billi, skond dawn il-konklużjonijiet, il-Komunità għandha, sa l-1992, tiġi mogħtija l-ammont massimu ta' riżorsi li jikkorrispondi għal 1,2 % tat-total tal-prodott gross nazzjonali ta' l-Istati Membri' għas-sena fi prezzijiet tas-suq, minn hawn "il quddiem msejjħa" PGN'; Billi l-osservanza ta' dan il-limitu tirrikjedi illi l-ammont totali ta' riżorsi tagħhom disponibbli għall-Komunità għall-perjodu 1988 sa 1992 ma jeċċedix f'sena waħda persentaġġ speċifikat tas-somma tal-PGN tal-Komunità għas-sena in kwistjoni; billi dak il-persentaġġ għandu jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-gwidi mwaqqfa għat-tkabbir fl-infieq tal-Komunità kif provdut fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew rigward dixipplina fil-bilanċ u l-immaniġjar tal-bilanċ, u l-marġini ta' sigurtà ta' 0,03 % tal-PGN tal-Komunità intiż sabiex ilaħħaq ma' infieq imprevist; Billi l-limitu globali ta' 1,30 % tal-PGN ta' l-Istati Membri huwa stabbilit għall-approprjazzjonijiet li jkunu ġew marbuta; billi għandu jkun żgurat il-progress ordinat ta' l-approprjazzjonijiet li jkunu ġew marbuta; Billi l-limiti għandhom jibqgħu applikabbli sakemm id-deċiżjoni tiġi emendata; Billi, bil-għan illi r-riżorsi mħallsa minn kull Stat Membru jiġu jaqblu aktar mill-qrib ma' l-abilità ta' l-istess Stat li jikkontribwixxi, l-komposizzjoni tar-riżorsi tal-Komunità nnifisha għandha tkun emendata u mkabbra; billi huwa meħtieġ għal dan il-għan: - li tiġi iffissata għal 1.4 % r-rata massima li għandha tkun applikata għall-bażi uniformi tat-taxxa fuq il-valur miżjud ta' kull Stat Membru, limitata fejn jixraq għall-55 % tal-PGN tiegħu; - illi tintroduċi tip addizzjonali ta' riżorsi tagħhom infushom sabiex jibbilanċja d-dħul u l-infiq ta' l-estimi, ibbażat fuq is-somma tal-PGN ta' l-istati Membri; għal dan il-għan, il-Kunsill ser jaddotta Direttiva dwar l-armonizazzjoni tal-ġbir tal-prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq; Billi d-dazju fuq il-prodotti li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandha tkun inkluża fir-riżorsi tal-Komunità nnifisha; Billi l-konkluzzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 u 26 ta' Ġunju 1984 dwar il-korrezzjoni ta' l-iżbilanċi fl-estimi jkomplu japplikaw matul il-validità ta' din id-deċiżjoni; billi l-mekkaniżmu ta' kumpens preżenti għandu, madankollu, jkun irranġat sabiex jieħu kont tal-limitu tal-bażi tal-VAT u l-introduzzjoni ta' riżors addizzjonali u għandu jipprovdi għall-iffinanzjar tal-korrezzjoni fuq bażi ta' limitu ta' PGN; billi dan l-aġġustament għandu jiżgura illi s-sehem tal-VAT tar-Renju Unit huwa mibdul bis-sehem ta' ħlasijiet taħt it-tielet u r-raba' riżorsi (dawk provduti bil-VAT u l-PGN rispettivament) u li l-effett fuq ir-Renju Unit, rigward sena mogħtija, tal-limitu tal-bażi ta' VAT u ta' l-introduzzjoni tar-raba' riżors li mhux ikkumpensat b'din il-bidla għandu jkun imħassar b'aġġustament lill-kumpens rigward dik is-sena; billi l-kontribuzzjonijiet ta' Spanja u l-Portugall għandhom jitnaqqsu skond ir-roħs li hemm provdut fl-Artikolu 187 u 374 ta' l-Att ta' sħubija ta' l-1985; Billi l-iżbilanċi fl-estimi għandhom ikunu ikkorreġuti b'tali mod li ma' jaffettwax r-riżorsi tagħhom infushom disponibbli għall-politika tal-Komunità; Billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11, 12 u 13 ta' Frar 1988 jipprovdu għall-ħolqien, fl-estimi tal-Komunità, ta' riserva monetarja, minn hawn 'il quddiem msejjħa l-FAEGG riserva monetarja, sabiex tħassar l-impatt taċ-ċaqliq sinifikanti u imprevist fil-parità bejn l-ECU/dollaru fuq l-infieq taħt is-Sezzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG); billi dik ir-riserva għandha tkun koperta b'dispożizzjonijiet speċifiċi; Billi għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex ikopru t-tibdil mis-sistema introdotta bid-deċizzjoni 85/257/KEE, Euratom għal dik taħt din id-deċiżjoni; Billi l-Kunsill Ewropew tal-11, 12 u 13 ta' Frar 1988 ipprovda illi din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fl-1 ta' Jannar 1988, Għamlet dawn id-dispożizzjonijiet, li tirrikmanda lill-Istati Membri għall-addozzjoni; Artikolu 1 Il-Komunitajiet għandhom ikunu allokati riżorsi tagħhom infushomskond l-Artikoli li ġejjin sabiex jiżguraw l-iffinanzjar ta' l-estimi tagħhom. L-estimi tal-Kommunitajiet għandu, irrispettivament minn dħul ieħor, ikun iffinanzjat totalement mir-riżorsi tal-Komunitajiet infushom. Artikolu 2 1. Dħul minn dawn li ġejjin għandhom jikkonstitwixxu riżorsi tagħhom imdaħħla fil-bilanċ tal-Komunitajiet: (a) it-taxxi, il-premji, l-ammonti addizzjonali jew kompensatorji, l-ammonti addizzjonali jew fatturi u dazji mwaqqfa jew li għandhom jiġu mwaqqfa minn istituzzjonijiet tal-Komunitajiet rigward il-Kummerċ ma' pajjiżi li mhumiex membri skond l-istruttura tal-politika Agrikoltura komuni, u wkoll kontribuzzjonijiet u dazji oħra li hemm provduti fl-istruttura ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fiz-zokkor; (b) It-tariffa doganali komuni u dazji oħrajn mwaqqfa jew li għandhom jiġu mwaqqfa mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet rigward il-kummerċ ma' pajjiżi li mhumiex membri u dazji fuq prodotti li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar; (ċ) l-applikazzjoni ta' rata uniformi valida għall-Istati Membri għall-bażi ta' intaxxar tal-VAT li hija determinata b'manjiera uniformi għall-Istati Membri skond ir-regoli tal-Komunità; madankollu, għandu jittieħed kont ta' l-intaxxar għal kull stat membru li għall-finijiet ta' din id-deċIżżjoni m'għandhiux jeċċedi 55 % tal-PGN tiegħu; (d) l-applikazzjoni ta' rata - li għandha tiġi stabbilita taħt il-proċedura ta' l-estimi fl-isfond tat-total tad-dħul ieħor għas-somma tal-PGN ta' l-Istati Membri kollha li tiġi stabbilita skond ir-regoli tal-Komunità f'Direttiva li tkun adottata taħt l-Artikolu 8(2) ta' din id-Deċiżjoni. 2. Id-dħul li jkun ġej minn xi piżijiet introdotti fl-istruttura tal-politika komuni, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, jekk kemm-il darba l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 201 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea jew fl-Artikolu 173 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika kienet osservata, għandu ukoll jikkonstitwixxi riżorsi tagħhom stess li jkunu daħlu fil-bilanċ tal-Komunitajiet. 3. L-Istati Membri għandhom iżommu, bħala spejjeż ta' ġbir, 10 % ta' l-ammonti mħallsa taħt 1 (a) u (b). 4. Ir-rata uniformi msemmija f'1 (ċ) għandha tikkorrispondi mar-rata li tirriżulta minn: (a) l-applikazzjoni ta' 1.4 % għall-bażi ta' l-istima tal-VAT għall-Istati Membri, u (b) it-tnaqqis ta' l-ammont gross tal-kompensazzjoni ta' referenza msemmija fl-Artikolu 4(2). L-ammont gross għandu jkun l-ammont ta' kumpens aġġustat għall-fatt li r-Renju Unit mhux qed jipparteċipa fl-iffinanzjar tal-kumpens tiegħu u s-sehem tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja huwa mnaqqas b'terz. Għandu jkun ikkalkulat daqs li kieku l-ammont ta' referenza ta' kumpens kien iffinanzjat mill-istati Membri skond il-bażi ta' stima tal-VAT tagħhom mwaqqfa skond l-Artikolu 2(1)(ċ). Għall-1988, l-ammont gross tal-kumpens ta' referenza għandu jkun mnaqqas b'780 miljun ECU. 5. Ir-rata iffissata taħt il-paragrafu 1 (d) għandha tapplika għall-PGN ta' kull Stat Membru. 6. Jekk, fil-bidu tas-sena finanzjarja, l-estimi ma jkunux ġew addottati, ir-rata uniformi tal-VAT ta' qabel u r-rata applikabbli għall-PGN ta' l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjonijiet li jistgħu jiġu addottati skond l-Artikolu 8(2) minħabba d-dħul fis-seħħ tal-FAEGG riserva monetarja fil-bilanċ, għandhom jibqgħuu applikabbli sad-dħul fis-seħħ tar-rati 'l ġodda. 7. B'deroga minn 1 (ċ), jekk, fl-1 ta' Jannar tas-sena finanzjarja in kwistjoni, ir-regoli ta' kif tiġi iddeterminatat l-bażi uniformi sabiex tiġi stabbilita l-VAT ma jkunux għadhom applikabbli fl-Istati Membri kollha, l-kontribuzzjoni finanzjarja li Stat Membru li għadu ma jkunx qiegħed japplika din il-bażi uniformi għandu jagħti lill-bilanċ tal-Komunitajiet minflok il-VAT għandha tiġi stabbilita skond il-proporzjon tal-prodott gross nazzjonali tiegħu bi prezzijiet tas-suq għas-somma totali tal-prodott gross nazzjonali ta' l-Istati Membri bi prezzijiet tas-suq fl-ewwel tlett snin tal-perjodu ta' ħames snin qabel is-sena in kwistjoni. Din id-deroga għandha tieqaf milli seħħ hekk kif ir-regoli għad-determinazzjoni tal-bażi uniformi biex tagħmel stima tal-VAT japplikaw fl-Istati Membri kollha. 8. Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni, PGN tfisser il-prodott gross nazzjonali għas-sena bi prezzijiet tas-suq. Artikolu 3 1. L-ammont totali ta' riżorsi assenjati lill-Komunitajiet ma' jistax jeċċedi 1,20 % tal-PGN totali tal-Komunità għall-approprazzjonijiet ta' ħlas. L-ammont totali tar-riżorsi tagħhom stess assenjati lill-Komunitajiet ma jistax, għal xi sena matul il-perjodu 1988 sa 1992, jeċċedi l-persentaġġi li ġejjien tal-PGN totali tal-Komunità għas-sena in kwistjoni: - 1988: 1,15, - 1989: 1,17, - 1990: 1,18, - 1991: 1,19, - 1992: 1,20. 2. L-impenn ta' l-approprjazzjonijiet li jkunu daħlu fil-bilanċ ġenerali tal-Komunitajiet matul il-perjodu bejn l-1988 sa l-1992 għandhom isegwu l-progress ordinat li jirriżulta f'ammont totali li ma' jeċċedix 1,30 % tal-PGN totali tal-Komunità fl-1992. Il-proporzjon preċiż bejn approprjazzjonijiet ta' rabta u approprjazzjonijiet ta' ħlas għandu jinżammu sabiex jiggarantixxi l-kompatibilità tagħhom u sabiex jippermettu li l-limitu msemmi fil-paragrafu jkun osservat fis-snin ta' wara. 3. Il-limiti fuq kollox msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jibqu japplikaw sakemm din id-deċizzjoni tiġi emendata; Artikolu 4 Ir-Renju Unit għandu jingħata korrezzjoni rigward l-iżbilanċi ta' l-estimi. Din il-korrezzjoni għandha tikkonsisti f'ammont bażiku u aġġustament. L-aġġustament għandu jikkorreġi l-ammont bażiku għal ammont ta' kompensazzjoni ta' referenza. 1. L-ammont bażiku għandu jkun mwaqqaf billi: (a) tiġi ikkalkulata d-differenza, fis-sena finanzjarja ta' qabel, bejn: - l-persentaġġ tas-sehem tar-Renju Unit fis-somma totali ta' ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(ċ) u (d) magħmula matul is-sena finanzjarja, inkluż l-aġġustamenti bir-rata uniformi rigward is-snin finanzjarji ta' qabel, u - s-sehem tal-persentaġġ tar-Renju Unit fin-nefqa totali allokata; (b) billi tapplika d-differneza hekk miksuba għall-infiq totali allokat; (ċ) timmoltiplika r-riżultat b' 0,66. 2. Il-kumpens ta' referenza għandha tkun il-korrezzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' (a), (b) u (ċ) hawn taħt, ikkorreġuta bl-effetti li jirriżultaw lir-Renju Unit mit-tibdil għall-VAT b'limitu u l-ħlasijiet msemmija fl-Artikolu 2(1)(d). Din għandha tiġi mwaqqfa billi: (a) tikkalkula d-differenza, fis-sena finanzjarja ta' qabel, bejn: - il-persentaġġ tas-sehem tar-Renju Unit fis-somma totali ta' ħlasijiet tal-VAT li jkunu saru matul is-sena finanzjarja, inkluż l-aġġustamenti rigward snin finanzjarji ta' qabel, għall-ammonti iffinanzjati permezz ta' riżorsi msemmija fl-Artikolu 2(1)(ċ) u (d) jekk ir-rata uniformi ta' VAT kienet ġiet applikati għall-bażijiet mhux b'limitu, u - s-sehem tal-persentaġġ tar-Renju Unit f'nefqa totali allokata; (b) billi tapplika d-differenza hekk miksuba għall-infieq totali allokat; (ċ) timmpoltiplika r-riżultat b' 0,66; (d) tnaqqas il-ħlasijiet mir-Renju Unit meħuda f'akkont fl-ewwel punt tal-punt 1 (a) minn dawk meħuda f'akkont fl-ewwel punt ta' 2 (a); (e) tnaqqas l-ammont ikkalkolat f'(d) mill-ammont ikkalkolat f'(ċ). 3. L-ammont bażiku għandu jkun aġġustat b'tali mod li jikkorrispondi ma' l-ammont ta' kumpens ta' referenza. Artikolu 5 1. L-ispejjez ta' korrezzjoni għandhom ikunu mħallsa mill-Istati Membri l-oħra skond l-arranġamenti li ġejjien: it-tqassim ta' l-ispejjeż għandu l-ewwel jiġi ikkalkulat b'referenza għas-sehem tal-ħlasijiet msemmija fl-Artikolu 2(1)(d) ta' kull Stat Membru, ir-Renju Unit eskluż; għandu mbagħad ikun aġġustat b'tali mod li jirrestrinġi s-sehem tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għal żewġ terzi tas-sehem li jirriżulta minn din il-kalkolazzjoni. 2. Il-korrezzjoni għandha tingħata lir-Renju Unit permezz ta' tnaqqis fil-ħlasijiet tagħha li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(1)(ċ). L-ispejjeż mħallsa mill-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu miżjuda mal-ħlasijiet tagħhom li jirriżultaw mill-applikazzjoni għal kull Stat Membru ta' l-Artikolu 2(1)(ċ) sar-rata ta' VAT ta' 1.4 % u l-Artikolu 2(1)(d). 3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kalkolazzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 u dan l-Artikolu. 4. Jekk, fil-bidu tas-sena finanzjarja, il-bilanċ ma' jkux ġie addottat, il-korrezzjoni mogħtija lir-Renju Unit u l-ispejjeż imħallsa mill-Istati Membri l-oħra kif imdaħħla fl-aħħar estimi li jkun ġie addottat għandhom jibqgħu japplikaw. Artikolu 6 Id-dħul msemmi fl-Artikolu 2 għandu jibqa użat mingħajr distinzjoni sabiex jiffinanzja kull spiża mdaħħla fl-estimi tal-Komunitajiet. Madankollu, d-dħul li jkun hemm bżonn sabiex titkopra fl-intier jew f'parti r-riserva tal-FAEGG, imdaħħla fl-estimi tal-Komunitajiet, m'għandhux jintalab mill-Istati Membri sakemm ir-riserva ma tkunx implimentata. Id-dispożizzjonijiet għall-ħidma ta' dik ir-riserva għandhom ikunu addottati kif neċessarju skond l-Artikolu 8(2). Is-subparagrafu ta' qabel għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-trattament ta' kontribuzzjonijiet minn ċerti Stati Membri għall-programmi supplementari li hemm provduti fl-Artikolu 130 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 7 Kull surplus fid-dħul tal-Komunitajiet fuq l-ispiża totali attwali matul is-sena finanzjarja għandu jkun mgħoddi għas-sena finanzjarja ta' wara. Madankollu, il-bilanċ fil-pożittiv iġġenerat mit-tfaddil mill-Kapitoli ta' Garanzija EAGGF għar-riserva monetraja għandhom jitqiesu li jikkonstitwixxu riżorsi tagħhom nfushom. Artikolu 8 1. Ir-riżorsi tal-Komunità nnifisha msemmijin fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) għandhom ikunu miġbura mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali imposti b' liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva, li għandha, fejn xieraq, tkun addattata sabiex tilħaq ir-rekwiżiti tar-regoli tal-Komunità. Il-Kummissjoni għandha teżamina f'intervalli regolari d-dispożizzjonijiet nazzjonali ikkomunikati lilha mill-Istati Membri, tittrasmetti lill-Istati Membri l-aġġustamenti neċessarji sabiex tiżgura illi dawn iħarsu r-regoli tal-Komunità u tirraporta lill-awtorità ta' l-estimi. L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-riżorsi taħt l-Artikolu 2(1)(a) sa (d) disponibbli għall-Kummissjoni. 2. Mingħajr preġudizzju għar-reviżżjoni tal-kontijiet u għall-eżamijiet li huma legali u regolari u kif msemmi fl-Artikolu 206a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, dawn ir-reviżjonijiet u eżamijiet li jkunu primarjament ikkonċernati mill-affidabilità u l-effettività tas-sistemi u l-proċeduri nazzjonali sabiex tiġi determinata l-bażi ta' riżorsi tagħhom infushom li tkun ġejja mill-VAT u l-PGN u mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti ta' inspezzjoni magħmula skond l-artikolu 209(ċ) ta' dak it-Trattat, il-Kunsill għandu, jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, jaddotta id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tiġi applikata din id-deċiżżjoni u sabiex tagħmel possibbli l-ispezzjoni tal-kollezzjoni, li tagħmel disponibbli għall-Kummissjoni u l-pagament tad-dħul msemmi fl-Artikoli 2 u 5. Artikolu 9 Il-mekkaniżmu għall-għoti lura gradwata ta' riżorsi tal-komunitajiet infushom li jkunu ġejjin mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji ibbażati fuq il-VAT jew il-PGN introdotti għar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika tal-Portugall sa l-1991 bl-Artikolu 187 u 374 ta' l-Att ta' Sħubija ta' l-1985 għandhom japplikaw għar-riżorsi nfushom li jkunu ġejjin mir-riżorsi ibbażati fuq il-VAT u l-PGN msemmija fl-Artikolu 2(1)(ċ) u (d) ta' din id-Deċiżjoni. Għandha ukoll tapplika għall-ħlasijiet minn dawn iż-żewġ Stati Membri skond l-Artikolu 5(2) ta' din id-deċizzjoni. Fl-aħħar każ ir-rata ta' għoti lura għandha tkun dik applikabbli għas-sena li fir-rigward tagħha tkun ingħatat il-korrezzjoni. Artikolu 10 Il-Kummissjoni għandha, sa l-aħħar ta' l-1991, tissottometti rapport fuq il-ħidma tas-sistema, inkluża r-rieżaminazzjoni tal-korrezzjoni ta' l-iżbilanċi ta' l-estimi mogħtija lir-Renju Unit, mwaqqfa b'din id-deċiżjoni. Artikolu 11 1. L-Istati Membri għandhom ikunu innotifikati b'din id-Deċiżjoni mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej; din għandha tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej mingħajr dewmien tat-tmiem tal-proċeduri għall-addozzjoni ta' din id-Deċiżjoni skond il-bżonnijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom. Din id-deċizzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata fix-xahar wara l-irċevuta ta' l-aħħar notifika msemmija fit-tieni subparagrafu. Għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1988. 2. (a) Soġġett għall-(b) u (ċ), id-Deċiżjoni 85/257/KEE, il-Euratom għandha titħassar mill-1 ta' Jannar 1988. Kull referenza għad-deċiżjoni tal-21 ta' April 1970 jew għad-deċiżjoni 85/257/KEE, Euratom għandha tinftiehem bħala referenza għal din id-deċiżjoni. (b) l-Artikolu 3 tad-deċizzjoni 85/257/KEE, il-Euratom għandu jibqa japplika għall-kalkolazzjoni u l-aġġustament tad-dħul li jkun ġej mill-applikazzjoni ta' rati għall-bażi ta' stima uniformi tat-taxxa fuq il-valur miżjud mingħajr limiti fl-1987 u s-snin ta' qabel. Għall-1988 it-tnaqqis favur ir-Renju Unit rigward is-snin finanzjarji ta' qabel għandu jkun ikkalkolat skond il-punti (b) (i), (ii) u (iii) ta' l-Artikolu 3(3) tad-deċiżjoni msemmija. Id-distribuzzjoni tal-prezz sabiex tiffinanzjah għandu jkun ikkalkolat skond l-Artikolu 5(1) ta' din id-Deċiżjoni. L-ammonti li jikkorrispondu mat-tnaqqis u d-distribuzzjoni tal-prezz sabiex tiffinanzjah għandu jkun ikkalkolat skond l-Artikolu 5(2) ta' din id-Deċiżjoni. Meta l-Artikolu 2(7) għandu jiġi applikat, il-ħlasijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jinbidlu bil-kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-kalkoli msemmija f'dan il-paragrafu għal kull Stat Membru ikkonċernat; din is-sistema għandha tapplika ukoll għall-ħlas ta' aġġustamenti tal-korrezzjonijiet għal snin ta' qabel. (ċ) l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 85/257/KEE, il-Euratom għandu jibqa japplika għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jkun hemm bżonn sabiex tiġi iffinanzjata il-kompletazzjoni tal-programm supplementari għall-operazzjoni tal-RFGħ (reattur għall-flus għoli) ta' l-1984 sa l-1987. Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta' Ġunju 1988. F'isem il-Kunsill Il-President M. Bangemann [1] ĠU Nru C 102, tas-16.4.1988, p. 8. [2] Opinjoni mogħtija fil-15 ta' Ġunju 1988 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU Nru C 175, ta' l-4.7.1988. [4] ĠU Nru L 128, ta' l-14.5.1985, p. 15. [5] ĠU Nru L 94, tat-28.4.1970, p. 19. --------------------------------------------------