This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31987R3988
Commission Regulation (EEC) No 3988/87 of 22 December 1987 amending certain measures in respect of the application of the common organization of the markets in the beef sector on account of the introduction of the combined nomenclature
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3988/87 tat-22 ta' Diċembru 1987 li jemenda ċerti miżuri rigward l-applikazzjoni ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-laħam taċ-ċanga minħabba l-introduzzjoni tan-Nomenklatura Magħquda
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3988/87 tat-22 ta' Diċembru 1987 li jemenda ċerti miżuri rigward l-applikazzjoni ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-laħam taċ-ċanga minħabba l-introduzzjoni tan-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 376, 31.12.1987, p. 31–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31977R0586 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31977R0586 | Sostituzzjoni | anness 1 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31977R0586 | Sostituzzjoni | anness 2 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31977R0586 | Sostituzzjoni | artikolu 9.1 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31977R0586 | abolizzjoni | artikolu 14 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31977R2182 | Emenda | artikolu 1.1 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31978R2226 | Emenda | anness 2 | 01/01/1988 | |
Implicit repeal | 31978R2658 | 02/01/1988 | |||
Implicit repeal | 31979R0882 | 02/01/1988 | |||
Modifies | 31979R1136 | Sostituzzjoni | artikolu 2.5 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31979R1544 | Sostituzzjoni | artikolu 2.5 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31979R1544 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31980R0988 | Sostituzzjoni | artikolu 2.2 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31980R2377 | Tlestija | anness 3 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31980R2377 | Sostituzzjoni | artikolu 8BIS.1 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31980R2377 | Emenda | artikolu 1 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31980R2377 | Sostituzzjoni | artikolu 8BIS.2 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31980R2377 | Sostituzzjoni | artikolu 4.A | 01/01/1988 | |
Modifies | 31980R2377 | Tlestija | anness 4 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31980R2377 | Emenda | artikolu 16.1 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31980R2377 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31980R2377 | Emenda | anness 1 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31981R0139 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31981R0139 | Emenda | titolu | 01/01/1988 | |
Modifies | 31982D0530 | Sostituzzjoni | artikolu 1.1 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31984R0074 | Sostituzzjoni | artikolu 1.1 | 01/01/1988 | |
Implicit repeal | 31984R2036 | 02/01/1988 | |||
Modifies | 31984R2388 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31984R2388 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31985R2670 | Sostituzzjoni | artikolu 1.2 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31986R0588 | Sostituzzjoni | anness 1 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31986R1695 | Sostituzzjoni | anness | 01/01/1988 | |
Modifies | 31986R1695 | Emenda | artikolu 10.2 | 01/01/1988 | |
Modifies | 31987R1055 | Emenda | artikolu 2.1 | 01/01/1988 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 31988R2415 | Revoka parzjali | 03/08/1988 | ||
Implicitly repealed by | 31989R0859 | Revoka parzjali | 01/01/1990 | ||
Implicitly repealed by | 31989R1795 | Revoka parzjali | 24/06/1989 | ||
Implicitly repealed by | 31992R2342 | Revoka parzjali | 18/08/1992 | ||
Implicitly repealed by | 31995R1424 | Revoka parzjali | 02/07/1995 | ||
Implicitly repealed by | 31995R1445 | Revoka parzjali | 02/07/1995 | ||
Implicitly repealed by | 31995R1977 | Revoka parzjali | 16/08/1995 | ||
Implicitly repealed by | 31998R1065 | Revoka parzjali | 30/05/1998 | ||
Implicitly repealed by | 32004R2247 | Revoka parzjali | 01/01/2005 | ||
Implicitly repealed by | 32006R1713 | Revoka parzjali | 01/01/2007 |
Official Journal L 376 , 31/12/1987 P. 0031 - 0046
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0175
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0175
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3988/87 tat-22 ta' Diċembru 1987 li jemenda ċerti miżuri rigward l-applikazzjoni ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-laħam taċ-ċanga minħabba l-introduzzjoni tan-Nomenklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika tat-Tariffa Komuni Doganali [1], emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3985/87 [2], u partikolarment it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15 (1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3905/87 tat-22 ta' Diċembru 1987 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 805/68 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [3] u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu, Billi, skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, addattamenti ta' natura teknika ta' l-atti tal-Komunità bl-użu tan-Nomenklatura Magħquda għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni; billi emendi ta' sustanza għandhom jitwettqu b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 [4] bis-saħħa ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3905/87; Billi numru kbir ta' miżuri fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella għandhom ikunu addattati fil-livell tekniku kif ukoll f’dak li jirrigwardja ċerti punti sostantivi sabiex titqies l-utilizzazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda l-ġdida msejsa fuq is-sistema armonizzata tad-designazzjoni u l-kodifika ta' l-oġġetti li jkunu waslu li jieħdu l-post tal-Konvenzjoni tal-15 ta' Diċembru 1950 dwar in-Nomenklatura għall-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fit-tariffi doganali, Billi minħabba n-numru u l-kontenut tat-testi li jeħtieġu din il-modifika huwa rakkomandabbli li l-emendi kollha meħtieġa jerġgħu jiġu gruppati mill-ġdid, f'Regolament wieħed; Billi, ċerti oġġetti/ħaġiet għall-kalkolazzjoni li għandhom jidhru f'unitajiet tal-kontijiet fil-miżuri msemmija għandhom jiġu espressi fl-ECU bl-użu tal-koeffiċjent ta' 1,208953 li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1676/85 [5] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1636/87 [6]; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3905/87 huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 586/77 tat-18 ta' Marzu 1977 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni ta’ levies fuq il-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 dwar it-Tariffa Komuni Doganali [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3114/83 [8], huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 6 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 6 Għal-laħam tal-friża li jidħol fis-subintestaturi 020210 u 02022010 u speċifikat fil-(b) ta' l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 805/68: (a) il-koeffiċjent li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 11(2)(a) tiegħu għandu jkun ta' 1,69; (b) is-somma ta' rata waħda li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 11 (2) (b) tiegħu għandha tkun ta' 6,65 ECU għal kull 100 kilogram." 2. Fl-Artikolu 9 l-ewwel paragrafu jiġi mibdul b'dan li ġej: "1. Għall-iskopijiet tal-levies, (a) "Il-karkassi ta’ l-annimali tal-fart", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 020110 u 020210 tan-Nomenklatura Magħquda tfisser il-karkassi sħaħ ta’ l-annimali maqtula wara li jkun tneħħielhom id-demm, ġew evixxerati u tneħħitihom il-ġilda, importati bl-irjus jew mingħajrhom, bis-saqajn jew mingħajrhom, u bir-raċanċ l-ieħor imwaħħal magħhom jew le. Meta l-karkassi jiġu importati mingħajr l-irjus, dawn ta' l-aħħar għandhom ikunu sseparata mill-karkassa fl-għaksa atlojdo-oċċipitali. Meta jkunu importati mingħajr is-saqajn, dawn ta' l-aħħar iridu jkunu ġew maqtugħa mill-għekiesi karpo-metakarpali jew tarso-metakarsali; il-"karkassa" tinkludi l-parti tas-sider bl-ispalla tal-karkassa li tikkomprendi l-għadam kollu u l-għadma ta’ l-għonq, l-għonq u l-ispalla b'mhux iktar minn 10 pari ta' kustilji; (b) "Nofs karkassi ta’ l-annimali tal-fart", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 020110 u 020210 tan-Nomenklatura Magħquda tfisser il-prodott li jirriżulta mill-qasma simmetrika tal-karkassa sħiħa miċ-ċentru ta' kull rukkell ċerviku, dorsali, lumbari u sakrali tas-sinsla u minn ġoċ-ċentru ta' l-isternu tas-simfisi iskjo-pubiku; in-"nofs karkassa" tinkludi l-parti ta' quddiem li tikkomprendi l-għadam kollu u l-għadma ta’ l-għonq, l-għonq u l-ispalla b'aktar minn 10 kustilji (ċ) "Il-kwarti kkumpensati", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 02012011, 02012019 u 02022010 tan-Nomenklatura Magħquda tikkonsisti minn jew: - il-kwarti tas-sider jikkomprendu l-għadam kollu u l-għadma ta’ l-għonq, l-għonq u l-ispalla, u maqtugħin ma' l-għaxar kustilja; u l-kwartijiet tad-dahar jikkomprendu l-għadam kollu u l-wirk u l-kustilja tal-flett, u maqtugħin mat-tielet kustilja; jew - il-kwarti tas-sider jikkomprendu l-għadam kollu u l-għadma ta’ l-għonq, l-għonq u l-ispalla, maqtugħa mal-ħames kustilja bil-ġenb u s-sider imwaħħla; u l-kwatri ta' wara jikkomprendu l-għadam kollu u l-wirk u l-kustilja tal-flett, u maqtugħa mat-tmien kustilja. Il-kwarti tas-sider u l-kwarti tad-dahar jikkostitwixxu l-"kwarti kumpensati" iridu jiġu importati fl-istess waqt u f'numri egwali u l-piż totali tal-kwarti tas-sider irid ikun l-istess bħal dak tal-kwarti tad-dahar; b’dankollu, hija mħollija differenza bejn il-piż taż-żewġ partijiet tal-kunsinja basta iżda li dan ma jeċċedix il-5 % tal-piż ta' l-itqal parti (il-kwarti tas-sider jew il-kwarti tad-dahar); (d) "Il-kwarti tas-sider mhux separati", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 02012031, 02012039, u 02022030 tan-Nomenklatura Magħquda tfisser il-kwart tas-sider tal-karkassa li jikkomprendi l-għadam kollu u l-għadma ta’ l-għonq, l-għonq u l-ispalla, b'minimu ta' erba' pari kustilji u massimu ta' 10 pari kustilji (bl-ewwel erba' pari kustilji sħaħ, filwaqt li l-oħrajn jistgħu jkunu maqtugħa) bil-ġenb irqiq jew mingħajru; (e) "Il-kwarti separati tas-sider", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 02012031, 02012039 u ex02022030 tan-Nomenklatura Magħquda tfisser il-parti tas-sider tan-nofs karkassa li tikkomprendi l-għadam kollu u l-għadma ta’ l-għonq, l-għonq u l-ispalla, b'minimu ta' erba' kustilji u massimu ta' 10 kustilji (bl-ewwel erba' kustilji sħaħ u l-oħrajn jistgħu jkunu maqtugħa) bil-ġenb irqiq jew mingħajru; (f) "Il-kwarti tad-dahar mhux separati", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 02012051, 02012059 u 02022050 tan-Nomenklatura Magħquda tfisser il-parti tad-dahar tal-karkassa li tikkomprendi l-għadam kollu u l-wirk u l-kustilja tal-flett, inkluż il-flett, b'minimu ta' tliet pari kustilji sħaħ jew maqtugħin mingħajr ix-xikel u jew bil-ġenb l-irqiq jew mingħajru; (g) "Il-kwarti separati tad-dahar", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 02012051, 02012059 u 02022050 tan-Nomenklatura Magħquda, il-parti tad-dahar tan-nofs-karkassa li tikkomprendi l-għadam kollu tan-nofs-karkassa u l-wirk u l-kustilja tal-flett inkluż il-flett, b'minimu ta' tliet kustilji sħaħ jew imqatta’ bix-xikel jew mingħajru u bil-ġenb irqiq jew mingħajru; (h) Il-qatgħat min-naħa ta’ "l-għonq" u "mill-iskapula u l-ispalla", għall-iskopijiet tas-subintestatura 02023050, tan-Nomenklatura Magħquda jfissru l-parti tad-dahar tal-kwart tas-sider, inkluża l-parti ta' fuq tal-kwart tas-sider, inkluża l-parti ta' fuq ta' l-ispalla, miksuba mill-parti tas-sider b'minimu ta' erba' kustilji u massima ta' 10 kustilji b'qasma matul linja dritta mill-ponta fejn l-ewwel kustilja tingħaqad ma' l-ewwel segment ta' l-isternu sal-ponta tar-riflessjoni tad-dijaframma fuq l-għaxar kustilja; (i) Il-qatgħa tas-"sidra", għall-iskopijiet tas-subintestatura 02023050 tan-Nomenklatura Magħquda tfisser il-parti ta' isfel tal-kwart tas-sider li tikkomprendi t-tarf taż-żokra tas-sidra u t-tarf tal-punt tas-sidra; (j) "Laħam ieħor jew raċanċ ieħor tal-laħam imħejjija jew priservati, mhux imsajrin", għall-iskopijiet tas-subintestaturi 16025010 and 16029061, tfisser il-prodotti li ma jkunux ġew soggetti għall-ebda trattament tas-sħana jew li jkunu ġew soġġetti għal trattament ta' sħana mhux suffiċjenti biex jassigura li jagħqdu l-proteini tal-laħam fil-prodott kollu u li għalhekk juru traċċi ta' likwidu fir-roża fuq il-wiċċ maqtugħ meta l-prodott jinqata' matul linja li tgħaddi mill-aktar parti ħoxna tiegħu." 3. L-Artikolu 14 huwa mħassar. 4. L-Annessi I u II huma mibdula bl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 L-Artikolu 1 (1) (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2182/77 tat-30 ta' Settembru 1977 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-bejgħ tal-laħam tal-friża mill-ħażniet ta' l-intervent sabiex jiġi proċessat fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1687/76 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1809/87 [10], huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej: "(b) il-prodotti oħra kif definiti fl-Artikolu 2 (6) ta' l-istess Regolament, jew il-prodotti li jidħlu fis-subintestatura 02102090 tan-Nomenklatura Magħquda." Artikolu 3 L-Anness II, il-punt 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2226/78 tal-25 ta' Settembru 1978 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri ta' l-intervent fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1896/73 u (KEE) Nru 2630/75 [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3350/87 [12], huwa mibdul b'dan li ġej: "1. Il-laħam ta’ l-annimali adulti tal-fart, frisk jew imkessaħ, (ta' l-intestatura Nru 0201 tan-Nomenklatura Magħquda) fl-għamla ta' karkassi, nofs karkassi jew kwarti kumpensati, il-kwarti tas-sider jew il-kwarti tad-dahar minn annimali maqtula mhux iktar minn sitt ijiem qabel." Artikolu 4 L-Artikolu 2 (5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1136/79 tat-8 ta' Ġunju 1979 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni speċjali ta’ ċerti tipi ta' laħam taċ-ċanga ffriżat intiż għall-ipproċessar u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 572/78 [13] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1121/87 [14] huwa mibdul b'dan li ġej: "5. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 14 (1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 805/68 il-kelma "priser" tfisser il-prodotti li jidħlu fis-subintestatura 16025090 tan-Nomenklatura Magħquda, li jkun fihom skond l-użin 20 % jew aktar ta' laħam ta’ l-annimali tal-fart, mingħajr ir-raċanċ u x-xaħam, li fihom iċ-ċanga u l-ġelatina jwasslu għal mill-anqas 85 % tal-piż nett totali. B’danakollu, prodotti li jkunu ġew ipproċessati fi stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut jew tal-bejgħ ta' l-ikel u offruti għall-bejgħ lill-konsumatur finali m’għandhomx ikunu meqjusa bħala "priserv"." Artikolu 5 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1544/79 ta' l-24 ta' Lulju 1979 dwar l-għoti ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-annimali tal-fart tar-razza pura għat-tagħmir [15] huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 1 Għall-iskopijiet tal-konċessjoni ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni, l-annimali tal-fart huma meqjusa bħala annimali tar-razza pura għat-tagħmir li jidħlu fis-subintestatura 01021000 tan-Nomenklatura Magħquda meta jkunu konformi mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE." 2. L-Artikolu 2 (2) huwa mibdul b'dan li ġej: "2. Fil-waqt tal-formalitajiet doganali ta' l-importazzjoni rigward l-annimali li jidħlu fis-subintestatura 01021000 tan-Nomenklatura Magħquda għandu jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat tar-razza jew dokument ekwivalenti li jindika l-isem u l-indirizz ta' min irabbi. Jekk min irabbi huwa stabbilit ġewwa l-Komunità jrid, barra minn hekk, ikun ippruvat li ma tkun ġiet konċessa l-ebda rifużjoni jew li kull rifużjoni tkun ġiet imħallsa lura. Meta din il-prova ma tistax tkun ipprovduta, l-annimali għandhom jiġu kkunsidrati li bbenefikaw minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni egwali għall-aktar levy għolja li kienet tapplika fil-jum ta' l-importazzjoni mill-ġdid ġewwa l-Komunità ta' l-annimali tal-fart li jidħlu fis-subintestaturi 01029031, 01029033 u 01029035 tan-Nomenklatura Magħquda." Artikolu 6 Fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 988/80 tat-23 ta' April 1980 dwar l-applikazzjoni ta' l-aktar rata baxxa ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni dwar ċerti prodotti tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella [16], l-ewwel parti tas-sentenza hija mibdula b'dan li ġej: "Il-fatt li ma tkun ġiet iffissata l-ebda rifużjoni għall-prodotti li jidħlu fl-intestatura Nru 0201 u s-subintestatura 02061095 tan-Nomenklatura Magħquda esportati lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika m’għandux ikun meqjus." Artikolu 7 Ir-Regolment tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/80 ta' l-4 ta' Settembru 1980 dwar ir-regoli speċjali dettaljati sabiex tkun applikata s-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella [17] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3893/87 [18] huwa emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 2 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 2 1. Liċenzja għandha tkun meħtiġa għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità u l-esportazzjoni minnha għal kull wieħed mill-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1 (1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 805/68 u ta' kull prodott li jidħol fis-subintestaturi 16025090 u 16029069 tan-Nomenklatura Magħquda. 2. Liċenzja għandha tkun meħtieġa għall-esportazzjoni mill-Komunità tal-prodotti li jidħlu fis-subintestatura 01021000 tan-Nomenklatura Magħquda." 2. L-Artikolu 4 (a) huwa mibdul b'dan li ġej: (a) Liċenzji ta' l-importazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tal-levy: (i) għal 30 ġurnata mill-jum tal-ħruġ tagħhom fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 21 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 3183/80 għall-prodotti li jidħlu fl-intestatura Nru 020100 u s-subintestatura 02061095 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fi u ġejjin mill-Arġentina jew l-Urugwaj. (ii) għal 60 ġurnata minn dik id-data għall-prodotti li jidħlu fl-intestatura Nru 0202 u s-subintestatura 02062991 tan-Nomenklatura Magħquda, li joriġinaw fi u ġejjin mill-Arġentina, l-Awstralja, in-New Zealand jew l-Urugwaj. (iii) għal 45 ġurnata minn dik id-data għall-prodotti li jidħlu fl-intestaturaa Nru 0202 u s-subintestatura 02062991 tan-Nomenklatura Magħquda, li joriġinaw fi u ġejjin mir-Rumanija: 3. L-Artikolu 8 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 8 1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni għandhom jidentifikaw il-prodotti fit-termini ta’ - waħda mis-subintestaturi tan-Nomenklatura Magħquda, - wieħed mill-gruppi tas-subintestaturi tan-Nomenklatura Magħquda meħuda mill-istess inċiżi li jidhru fl-Anness III. L-istess subintestaturi jew gruppi ta' subintestaturi għandhom ikunu ddikjarati fil-liċenzja ta' l-esportazzjoni. 2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra, l-applikazjonijiet iridu jsiru għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodotti li jidħlu fil-qofol ta’ - waħda mis-subintestaturi tan-Nomenklatura Magħquda, - wieħed mill-gruppi tas-subintestaturi tan-Nomenklatura Magħquda meħuda mill-istess inċiżi li jidhru fl-Anness IV. L-istess subintestaturi jew grupp ta' subintestaturi għandhom jiġu dikjarati fil-liċenzja ta' l-importazzjoni. 3. B’dankollu, meta l-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni għal-ċerti destinazzjonijiet jew id-destinazzjonijiet kollha jkun possibbli biss għall-prodotti li jidħlu f’ċerti subintestaturi jew il-gruppi ta' subintestaturi, li hemm referemza dwarhom fil-paragrafu 1, is-Sezzjonijiet 12 ta' l-applikazzjoni u tal-liċenzja stess, għandhom jagħtu d-deskrizzjoni tal-prodotti eliġibbli għall-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni u s-subintestatura jew il-grupp ta' subintestaturi għandhom jiddaħlu fis-Sezzjonijiet 8. Il-liċenzja tkun valida biss għall-prodotti hekk innominati." 4. L-Artikolu 8a(1) u (2) huwa mibdul b'dan li ġej: "1. Għall-prodotti li jidħlu fl-intestaturi Nri 0201 u 0202 u fis-subintestaturi 02061095 u 02062991 tan-Nomenklatura Magħquda l-applikazzjoni għal-liċenzja ta' l-esportazzjoni u l-liċenzja nfisha għandhom jinkludu fis-Sezzjonijiet 13 l-isem tal-pajjiż tad-destinazzjoni tal-prodott. 2. Għall-prodotti li jidħlu fl-intestaturi Nri 0201 u 0202 u fis-subintestaturi 02061095 u 02062991 tan-Nomenklatura Magħquda l-liċenzja ta' l-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 3 (a) għandha tinħareġ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-jum li fih tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni għajr jekk jittieħdu miżuri speċjali matul dan il-perjodu ta' żmien." 5. Fl-Artikolu 16 (1) il-parti tas-sentenza 'mis-subintestatura 0201 A II tat-Tariffa Komuni Doganali hija mibdula bi "mill-intestaturi Nri 0201, 0202 u s-subintestaturi 02061095 u 02062991 tan-Nomenklatura Magħquda". 6. Fl-Anness I, l-ewwel sezzjonijiet, il-punti 1, 2 u 3 huma mibdula bl-Anness III ta' dan ir-Regolament. 7. It-taqsimiet II ta' l-ewwel Anness hija mibdula bl-Anness IV ta' dan ir-Regolament. 8. L-Anness III huwa mibdul fl-Anness V ta' dan ir-Regolament huwa miżjud. 9. L-Anness IV mibdul fl-Anness VI ma' dan ir-Regolament huwa miżjud. Artikolu 8 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 139/81 tas-16 ta' Jannar 1981 li jiddefinixxi l-kondizzjonijiet għad-dħul ta' ċerti kwalitajiet ta' laħam taċ-ċanga u vitella friżati fis-subintestaturi 0201 A II b) 4 bb) 22 tat-Tariffa Komuni Doganali [19] kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1652/87 [20] huwa emendat kif ġej: 1. Fit-Titolu s-subintestatura "0201 A II b) 4 bb) aa tat-Tariffa Komuni Doganali" huma mibdula bis-subintestatura"02023050 tan-Nomenklatura Magħquda". 2. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 1 Id-dħul ta' laħam tal-friża minn pajjiżi mhux membri fis-subintestatura 02023050 tan-Nomenklatura Magħquda (qatgħat mill-għonq, il-kustilja bl-għadma ta' l-ispalla u l-brisketta) għandhom ikunu soġġetti għall-produzzjoni ta' ċertifkat ta' awtentiċità li jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti f'dan ir-Regolament." Artikolu 9 Fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 74/84 tat-12 ta' Jannar 1984 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet sabiex jiġu konċessi rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni dwar ċerti qatgħat ta' laħam bl-għadma ta’ l-annimali tal-fart [21], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3169/87 [22], l-ewwel subparagrafu huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej: "Qatgħat friski jew imkessħa ta' laħam bl-għadma li jidħol fis-subintestatura 02012090 tan-Nomenklatura Magħquda minn karkassi, nofs-karkassi, partijiet "kumpensati", partijiet tas-sider u partijiet tad-dahar ta' l-annimali adulti maskili tal-fart, bla ħsara għat-termini ta' dan ir-Regolament, jikkwalifikaw għar-rifużjoni speċjali fuq l-esportazzjoni." Artikolu 10 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2388/84 ta' l-14 ta' Awissu 1984 dwar ir-regoli dettaljati sabiex jiġu applikati r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-każ ta' ċerti prodotti tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella priservati [23] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru3425/86 [24] huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 1 Il-prodotti ppriservati li jidħlu fis-subintestatura 16025090 tan-nomeklatura Magħquda li jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament u jiġu esportati lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu eliġibbli għal rifużjoni speċjali meta jkunu mmanifatturati skond l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom bl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80." 2. L-Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 3 Meta l-prodotti ppriservati li jidħlu fis-subintestatura 16025090 tan-Nomenklatura Magħquda ppreżentati b'mod konformi ma’ l-Artikolu 2, jerġgħu jiġu importati fit-territorju doganali tal-Komunità u ma jiġux iddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 754/76, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza l-ħruġ fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa biss jekk, b'żieda mal-ħlas tad-dazji li japplikaw fuq l-importazzjoni, tiġi pprovduta prova li jkun ġie rkuprat l-ammont tar-rifużjoni konċess fuq l-esportazzjoni. Meta l-ammont konċess ma jistax jiġi stabbilit għas-sodisfazzjon ta' dawn l-awtoritajiet, dan għandu jiġi kkunsidrat li jkun egwali għall-ogħla rifużjoni applikabbli fid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni taċ-ċirkolazzjoni ħielsa għall-oġġetti involuti." Artikolu 11 L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 588/86 tat-28 ta' Frar 1986 dwar l-iffissar tal-levies speċjali fuq il-kummerċ tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward il-Portugall [25] huwa hawnhekk mibdul bl-Anness VII ta' dan ir-Regolament. Artikolu 12 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1695/86 tat-30 ta' Mejju 1986 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat il-laġġju għall-qtil ta' ċerti annimali adulti tal-fart għall-qatla fir-Renju Unit [26] huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 10 (2) il-punt 'ċ' huwa mibdul b'dan li ġej: "(ċ) fir-rigward kull wieħed mill-perjodi taż-żmien ta' għaxart ijiem, jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux iktar tard minn 15-il jum wara dan, il-kwantitajiet tal-prodotti li jidħlu fis-subintestaturi 16025090 u 16029069 tan-Nomenklatura Magħquda." 2. L-Anness huwa mibdul bl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 13 L-Artikolu 1 (1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 82/530/KEE tad-19 ta' Lulju 1982 li tawtorizza lir-Renju Unit sabiex jippermetti lill-awtoritajiet ta’ l-Isle of Man li japplikaw sistema ta' liċenzji speċjali għall-importazzjoni tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam taċ-ċanga u vitella [27], kif emendata bid-Deċiżjoni 84/363/KEE [28], huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej: "1. Sabiex jiġu limitati l-importazzjonijiet, ir-Renju Unit jista' jawtorizza lill-Gvern ta’ l-Isle of Man li japplika sistema ta' liċenzji speċjali ta' l-importazzjoni għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam taċ-ċanga u l-vitella, li jidħlu fl-intestaturi u fis-subintestaturi 010210, 01029010, 01029031, 01029033, 01029035, 01029037, 0104, 0201, 0202, 0204, 02061095 u 02062991 tan-Nomenklatura Magħquda." Artikolu 14 L-Artikolu 2 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/85 tat-23 ta' Settembru 1985 dwar il-bejgħ bi prezzijiet fissi bil-quddiem b'rata ta' livell standard ta’ ċertu laħam taċ-ċanga bl-għadma minn ċerti aġenziji ta' l-intervent u intiż għall-esportazzjoni [29] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2405/87 [30] huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej: "1. Il-laħam irid jiġi esportat lejn waħda mid-destinazzjonijiet li għalihom rifużjoni hija ffissata għall-prodotti li jidħlu fis-subintestatura 02023090 tan-Nomeklatura Magħquda." Artikolu 15 Fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1055/87 ta' l-14 ta' April 1987 dwar il-bejgħ bi prezzijiet fissi bil-quddiem b'rata ta' livell standard għal ċertu laħam taċ-ċanga u l-vitella bil-għadma miżmuma minn ċerti aġenziji ta' l-intervent u ntiżi għall-esportazzjoni u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1687/76 [31], emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1416/87 [32], l-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej: "1. Il-laħam irid jiġi esportat lejn waħda mid-destinazzjonijiet li għalihom ir-rifużjoni hija ffissata għall-prodotti li jidħlu fis-subintestatura 02023090 tan-Nomenklatura Magħquda." Artikolu 16 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1988. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 22 ta' Diċembru 1987. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU L 256, tas-7. 9. 1987, p. 1. [2] ĠU L 376, tal-31.12.1987,p. 1 [3] ĠU L 370, tat-30. 12. 1987, p. 7. [4] ĠU L 148, tat-28. 6. 1968, p. 24. [5] ĠU L 164, ta’ l-24. 6. 1985, p. 1. [6] ĠU L 153, tat-13. 6. 1987, p. 1. [7] ĠU L 75, tat-23. 3. 1977, p. 10. [8] ĠU L 303, tal-5. 11. 1983, p. 16. [9] ĠU L 251, ta’ l-1. 10. 1977, p. 60. [10] ĠU L 170, tat-30. 6. 1987, p. 23. [11] ĠU L 261, tas-26. 9. 1978, p. 5. [12] ĠU L 317, tas-7. 11. 1987, p. 33. [13] ĠU L 141, tad-9. 6. 1979, p. 10. [14] ĠU L 109, ta’ l-24. 4. 1987, p. 12. [15] ĠU L 370, tat-30. 12. 1987, p. 7. [16] ĠU L 148, tat-28. 6. 1968, p. 24. [17] ĠU L 164, ta’ l-24. 6. 1985, p. 1. [18] ĠU L 153, tat-13. 6. 1987, p. 1. [19] ĠU L 75, tat-23. 3. 1977, p. 10. [20] ĠU L 303, tal-5. 11. 1983, p. 16. [21] ĠU L 251, ta’ l-1. 10. 1977, p. 60. [22] ĠU L 170, tat-30. 6. 1987, p. 23. [23] ĠU L 261, tas-26. 9. 1978, p. 5. [24] ĠU L 317, tas-7. 11. 1987, p. 33. [25] ĠU L 141, tad-9. 6. 1979, p. 10. [26] ĠU L 109, ta’ l-24. 4. 1987, p. 12. [27] ĠU L 187, tal-25. 7. 1979, p. 8. [28] ĠU L 106, ta’ l-24. 4. 1980, p. 27. [29] ĠU L 241, tat-13. 9. 1980, p. 5. [30] ĠU L 365, ta’ l-24. 12. 1987, p. 48. [31] ĠU L 15, tas-17. 1. 1981, p. 4. [32] ĠU L 153, tat-13. 6. 1987, p. 33. -------------------------------------------------- ANNESS I “ANNESS I Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Koeffiċjenti għall-kalkolazzjoni tal-levies | 0201 | Laħam ta' l-annimali tal-fart frisk jew imkessaħ | | 020110 | – Karkassi u nofs karkassi | 1,90 | 020120 | – Qatgħat oħrajn bl-għadam: | | 0201201102012019 | – – Kwarti "Ikkompensati" | 1,90 | 0201203102012039 | – – Il-kwarti tas-sider, mhux separati jew separati | 1,52 | 0201205102012059 | – – Il-kwarti tad-dahar, mhux separati jew separati | 2,28 | 02012090 | – – Oħrajn | 2,85 | 020130 | – Mingħajr għadam | 3,26 | ex020610 | Raċanċ tajjeb għall-ikel ta' l-annimali tal-fart. Frisk jew imkessaħ | | 02061095 | – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 3,26 | 0210 | Laħam u raċanċ tal-laħam tajbin għall-ikel, immellħa, fis-salmura, mqadda jew iffumigati; kappuljat u kappuljat irqiq tajjeb għall-ikel tal-laħam u r-raċanċ tal-laħam: | | 021020 | – Laħam ta' l-annimali tal-fart | | 02102010 | – – Bl-għadam | 2,85 | 02102090 | – – Mingħajr għadam | 3,26 | ex021090 | – Oħrajn, inklużi l-kappuljat u l-kappuljat irqiq tal-laħam jew tar-raċanċ tal-laħam | | | – – Raċanċ: | | | – – – Ta' l-annimali tal-fart: | | 02109041 | – – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 3,26 | 02109090 | – – Kappuljat u kappuljat irqiq tajjeb għall-ikel mil-laħam jew mir-raċanċ tal-laħam | 3,26 | ex160250 | Laħam ieħor ippreparat jew ippreservat, raċanċ tal-laħam jew id-demm ta' l-annimali tal-fart: | | 16025010 | – – Mhux misjur, taħlitiet ta' laħam imsajjar jew raċanċ u laħam u raċanċ mhux imsajrin | 3,26 | 16029061 | – – Mhux misjur, taħlitiet ta' laħam imsajjar jew raċanċ u laħam u raċanċ mhux imsajrin li jkun fihom il-laħam jew ir-raċanċ ta' l-annimali tal-fart | -------------------------------------------------- ANNESS II “ANNESS II Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Koeffiċjenti għall-kalkolazzjoni tal-levies | 0202 | Laħam ta' l-annimali tal-fart, iffriżat: | | 020220 | – Qatgħat oħrajn bl-għadam fihom: | | 02022030 | – – Il-kwarti tas-sider mhux separati jew separati | 0,80 | 02022050 | – – Il-kwarti tad-dahar mhux separati jew separati | 1,25 | 02022090 | – – Oħrajn | 1,50 | 020230 | – Mingħajr għadam magħhom: | | 02023010 | – – Il-kwarti tas-sider, sħaħ jew maqtugħa f'massimu ta' ħames biċċiet, kull kwart ikun fi blokka waħda; kwarti "kkompensat" f'żewġ blokkili minhom waħda jkun fiha l-kwart tas-sider, sħaħ jew maqtugħinf'massimu ta' ħames biċċiet, u l-oħra, il-kwart tad-dahar li minnhajkun tneħħa d-dgħif, f'biċċa waħda | 1,25 | 02023050 | – – Il-qatgħat tal-għonq, l-ilħit ta' l-iskapula u l-għadma tas-sider | 1,25 | 02023090 | – – Oħrajn | 1,72 | ex020629 | Raċanċ tajjeb għall-ikel ta' l-annimali tal-fart, iffriżat: | | 02062991 | – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 1,72 | -------------------------------------------------- ANNESS III +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS IV +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS V “ANNESS III Il-lista li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 8(1) - 01021000 - 01029010, 01029031, 01029033, 01029035, 01029037 - 02011010, 02011090 - 02012011, 02012019, 02012031, 02012039, 02012051, 02012059 - 02012090 - 020130, 02061095 - 020210 - 02022010, 02022030 u 02022050 - 02022090 - 02023010 - 02023090, 02062991 - 02102010 - 02102090, 02109041 - 02109090 - 16025010, 16029061 - 16025090, 16029069 ” -------------------------------------------------- ANNESS VI “ANNESS IV Il-lista li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 8(2) - 01029010, 01029031, 01029033, 01029035, 01029037 - 02011010, 02011090, 02012011, 02012019 - 02012031, 02012039 - 02012051, 02012059 - 02012090 - 020130, 02061095 - 020210, 02022010 - 02022030 - 02022050 - 02022090 - 02023010 - 02023050 - 02023090, 02062991 - 02102010 - 02102090, 02109041 - 02109090 - 16025010, 16029061 - 16025090, 16029069 ” -------------------------------------------------- ANNESS VII “ANNESS I Koeffiċjenti għall-kalkolazzjoni tal-levies speċjail fuq il-kummerċ mal-Portugall Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Koeffiċjenti għall-kalkolazzjoni tal-levies | sa | Annimali ħajjin, speċi domestika tal-fart apparti milli minn dawk tar-razza pura għat-tnissil | 0,53 | 0201 | Laħam ta' l-annimali tal-fart, frisk jew imkessaħ: | | 020110 | – Karkassi u nofs karkassi | 1,0 | 020120 | – Qatgħat oħrajn bl-għadam: | | 0201201102012019 | – – Kwarti "ikkompensati" | 1,0 | 0201203102012039 | – – Il-kwarti tas-sider mhux separati jew separati | 0,80 | 0201205102012059 | – – Il-kwarti tad-dahar separati jew mhux separati | 1,20 | 02012090 | – – Oħrajn | 1,50 | 020130 | – Mingħajr għadam | 1,72 | ex020610 | Raċanċ tajjeb għall-ikel ta' l-annimali tal-fart, frisk jew irrifriġerat: | | 02061095 | – – – Il-falda l-ħoxna jew il-falda l-irqiqa | 1,72 | 0202 | Laħam ta' l-annimali tal-fart, iffriżat: | | 020210 | – Karkassi u nofs karkassi | 0,90 | 020220 | – Qatgħat oħrajn bl-għadam magħhom: | | 02022010 | – – Kwarti "Ikkompensati" | 0,90 | 02022030 | – – Il-kwarti tas-sider mhux separati jew separati | 0,72 | 02022050 | – – Il-kwarti tad-dahar separati jew mhux separati | 1,12 | 02022090 | – – Oħrajn | 1,35 | 020230 | – Mingħajr għadam: | | 02023010 | – – Il-kwarti tas-sider, sħaħ jew maqtugħa f'massimu ta' ħames biċċiet,kull kwart ikun fi blokka waħda; kwarti "kkompensat" f'żewġ blokkili minnhom waħda jkun fiha l-kwart tas-sider, sħaħ jew maqtugħinf'massimu ta' ħames biċċiet, u l-oħra, il-kwart tad-dahar li minnhajkun tneħħa d-dgħif, f'biċċa waħda | 1,12 | 02023050 | – – Il-qatgħat ta' l-ghonq, l-ilħit ta' l-iskapula u l-għadma tas-sider | 1,12 | 02023090 | – – Oħrajn | 1,55 | ex020629 | Raċanċ tajjen għall-ikel ta' l-annimali tal-fart, iffriżat: | | 02062991 | – – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 1,55 | 0210 | Laħam u raċanċ tal-laħam tajbin għall-ikel, immellħa, fis-salmura, imqadda jew iffumigati; kappuljat u kappuljat irqiq tajjeb għall-ikel tal-laħam u r-raċanċ tal-laħam: | | 021020 | – Laħam ta' l-annimali tal-fart: | | 02102010 | – – Bl-għadam | 1,50 | 02102090 | – – Mingħajr għadam | 1,72 | ex021090 | – Oħrajn, inklużi l-kappuljat u l-kappuljat irqiq tal-laħam jew tar-raċanċ tal-laħam | | | – – Raċanċ: | | | – – – Ta' l-annimali tal-fart: | | 02109041 | – – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 1,72 | 02109090 | Kappuljat u kappuljat irqiq tajjeb għall-ikel mill-laħam jew mir-raċanċtal-laħam | 1,72 | ex160250 | Laħam ieħor ippreparat jew ippreservat, ta' l-annimali tal-fart: | | 16025010 | – – Mhux misjur, taħlitiet ta' laħam imsajjar jew raċanċ u laħam u raċanċ mhux imsajrin | 1,72 | 16029061 | – – Li jkun fihom il-laħam jew ir-raċanċ mhux imsajrin ta' l-annimali tal-fart | 1,72 | -------------------------------------------------- ANNESS VIII “ANNESS Koeffiċjenti għall-kalkolazzjoni ta’ l-ammonti li jirreferi għalihom l-Artikolu 7 (3) Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Koeffiċjenti | 0201 | Laħam ta' l-annimali tal-fart frisk jew imkessaħ | | 020110 | – Karkassi u nofs karkassi | 1,00 | 020120 | – Qatgħat oħrajn bl-għadam | | 0201201102012019 | – – Kwarti "Lkkompensati" | 1,00 | 0201203102012039 | – – Il-kwarti tas-sider, mhux separati jew separati | 0,80 | 0201205102012059 | – – Il-kwarti tad-dahar, mhux separati jew separati | 1,20 | 02012090 | – – Oħrajn | 0,80 | 020130 | – Mingħajr għadam | 1,37 | ex020610 | Raċanċ tajjeb għall-ikel ta' l-annimali tal-fart. Frisk jew imkessaħ | | 02061095 | – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 1,37 | 0202 | Laħam ta' l-annimali tal-fart, iffriżat: | | 020210 | – Karkassi u nofs karkassi | 1,00 | 020220 | – Qatgħat oħrajn bl-għadam magħhom: | | 02022010 | – – Kwarti "Lkkompensati" | 1,00 | 02022030 | – – Il-kwarti tas-sider mhux separati jew separati | 0,80 | 02022050 | – – Il-kwarti tad-dahar separati jew mhux separati | 1,20 | 02022090 | – – Oħrajn | 0,80 | 020230 | – Mingħajr għadam | 1,37 | ex020629 | Raċanċ tajjeb għall-ikel ta' l-annimali tal-fart, ifriżat: | | 02062991 | – – – – Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa | 1,37 | 0210 | Laħam u raċanċ tal-laħam tajbin għall-ikel, immellħa, fis-salmura, imqadda jew iffumigati; kappuljat u kappuljat irqiq tajjeb għall-ikel tal-laħam u r-raċanċ tal-laħam: | | 021020 | – Laħam ta' l-annimali tal-fart: | | 02102010 | – – Bl-għadam | 0,80 | 021020 | – – Mingħajr għadam | 1,14 | ex021090 | – Oħrajn, inklużi l-kappuljat u l-kappuljat irqiq tal-laħam jew tar-raċanċ tal-laħam: | | | – – Raċanċ: | | | – – – Ta' l-annimali tal-fart: | | 02109041 | – – – – Il-falda l-ħoxa u l-falda l-irqiqa | 1,14 | ex160250 | Preparazzjonijiet u preservattivi oħrajn tal-laħam ta' l-annimali tal-fart: | | 16025010 | – – Mhux imsajrin, taħlitiet ta' laħam u raċanċ imsajjar u laħam u raċanċmhux imsajjar | | | – Li jkun fih 80 % jew aktar bil-piż ta' laħam taċ-ċanga eskluzi r-raċanċ u x-xaħam | 1,14 | | – Oħrajn | 0,80 | --------------------------------------------------