Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987L0566

Id-Direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 77/535/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi ta’ fertilizzanti

ĠU L 342, 4.12.1987, p. 32–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2003

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1987/566/oj

31987L0566



Official Journal L 342 , 04/12/1987 P. 0032 - 0034
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0220
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0220


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

li temenda d-Direttiva 77/535/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi ta’ fertilizzanti

(87/566/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/116/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fertilizzanti [1], u b’mod partikolari Artikolu 9(2) tagħha,

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 77/535/KEE [2] tipprovdi għal kontrolli uffiċjali fuq fertilizzanti tal-KEE għall-għan li tiġi kkontrollata l-konformita’ mal-ħtiġiet imposti bid-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar il-kwalità u l-komposizzjoni ta’ fertilizzanti, billi dik id-Direttiva għandha tiġi emendata billi taddatta Anness I, ‘Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll ta’ fertilizzanti’ sabiex jkunu jistgħu jiġu kontrollati wkoll il-fertilizzanti fluwidi meta d-Direttiva 76/116/KEE dwar il-fertilizzanti tkun ġiet estiża għall-fertilizzanti fluwidi; billi nħass il-ħtieġa wkoll għal modifika għall-kontroll tan-nitrat ta’ l-ammmonju [3] [4];

Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi għat-tneħħija ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-fertilizzanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-paragrafi fl-Anness għal din id-Direttiva huma miżjuda jew sostitwiti għal dawk bl-istess numri fl-Anness I tad-Direttiva 77/535/KEE.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru 1988 u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw t-testijiet tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Novembru 1987.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 21.

[2] ĠU L 213, tat-22.8.1977, p. 1.

[3] ĠU L 250, tat-23.9.1980, p. 7.

[4] ĠU L 38, tas-7.2.1987, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

"….

4.2.3 Diviżur

Jista’ jintuża apparat imfassal sabiex jiddividi l-kampjun f’partijiet ugwali sabiex jittieħdu kampjuni biż-żieda u għat-tħejjija ta’ kampjuni mnaqqsa u finali.

4.3 Apparat rakkomandat għat-teħid ta’ kampjuni ta’ fertilizzanti fluwidi

4.3.1 Teħid manwali ta’ kampjuni

Tubu miftuħ, sonda, flixkun jew apparat xieraq ieħor li kapaċi jieħu kampjuni b’mod każwali mill- porzjon meħud bħala kampjun.

4.3.2 Teħid mekkaniku ta’ kampjuni

Jista’ jintuża apparat mekkaniku approvat għat-teħid ta’ kampjuni minn fertilizzanti fluwidi li jiċċaqalqu.

5.2.1 Fertilizzanti solidi jew fertilizzanti fluwidi sfużi f’reċipjenti ta’ aktar minn 100 kg

5.2.2.Fertilizzanti solidi jew fertilizzanti fluidi ppakkjati f’reċipjenti (= pakketti li kull wieħed minnhom ma jaqbiżx il-100 kg… | Numru minimu ta’ pakketti li minnhom iridu jittieħdu kampjuni |

5.3.1.Fertilizzanti solidi jew fertilizzanti fluwidi sfużi f'reċipjenti ta' aktar minn 100 kg | 4 kg |

5.3.2 Fertilizzanti solidi jew fertilizzanti fluwidi ppakkjati f’reċipjenti (= pakketti) li kull wieħed minnhom ma jaqbiżx il-100 kg

5.3.3.Kampjun ta' fertilizzant ta' nitrat ta' l-ammonju għal testijiet skond id-Direttiva 80/876/KEE, Anness II: | 75 kg |

5.4 Kampjuni finali

5.4.1 Fertilizzanti solidi u fluwidi

5.4.2 Kampjun ta’ fertilizzant ta’ nitrat ta’ l-ammonju għal testijiet skond id-Direttiva 80/876/KEE

Il-kampjun totali jagħti l-kampjuni finali wara tnaqqis meta dan ikun meħtieġ.

5.4.2.1.Piż minimu u finali tal-kampjun għal testijiet ta' Anness I: | 1 kg |

5.4.2.2.Piż minimu u finali tal-kampjun għal testijiet ta' Anness II: | 25 kg |

6.1 Ġenerali

Fil-każ ta’ fertilizzant fluwidu, jekk ikun possibbli, il-porzjon meħud bħala kampjun għandu jiġi mħallat qabel ma jittieħed kampjun.

6.2.1 Fertilizzanti solidi jew fertilizzanti fluwidi sfużi f’reċipjenti ta’ aktar minn 100 kg

… Jekk ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-ħtiġiet ta’ 5.1 meta jittieħdu kampjuni minn fertilizzanti bil-kwantità jewfertilizzanti fluwidi ta’ aktar minn100 kg it-teħid ta’ kampjun għandu jsir meta l-porzjon meħud bħala kampjun ikun qiegħed jiġi mċaqlaq (mgħobbi jew mħott)…

6.2.2 Fertilizzanti solidi ippakkjati jew fertilizzanti fluwidi f’reċi pjenti (= pakketti) li kull wieħed minnhom ma jaqbiżx il-100 kg

6.4 Preparazzjoni tal-kampjuni finali

Għat-testijiet fid-Direttiva 80/876/KEE il-kampjuni finali għandhom jinżammu f’temperatura ta’ bejn 0 u 25°Ċ.

9. DESTINAZZJONI TAL-KAMPJUNI

Għal kull porzjon ta’ kampjun, għandu jintbagħat mill-inqas kampjun finali wieħed kemm jista’ jkun malajr lil laboratorju analitiku awtorizzat jew lill-istituzzjoni ta’ l-ittestjar bl-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi jew għat-test."

--------------------------------------------------

Top