EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987L0372

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità

ĠU L 196, 17.7.1987, p. 85–86 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/11/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1987/372/oj

31987L0372

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità

Official Journal L 196 , 17/07/1987 P. 0085 - 0086
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0151
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0151
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 289 - 290
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 289 - 290
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 289 - 290
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 289 - 290
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 289 - 290
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 289 - 290
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 289 - 290
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 289 - 290
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 289 - 290


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-25 ta' Ġunju 1987

dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità

(87/372/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikulari Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi r-rakkomandazzjoni 84/549/KEE [3] titlob għall-introduzzjoni ta' servizzi fuq il-bażi ta' modi komuni armonizzati fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet;

Billi r-riżorsi offruti min-networks tat-telekomunikazzjonijiet moderni għandhom jiġu utilizzati kemm jista' jkun għall-iżvilupp ekonomiku tal-Komunità;

Billi s-servizzi tar-radju mobbli huma l-uniċi mezzi biex jiġu kkuntattjati utenti li qegħdin jiċċaqalqu u l-iktar mod effiċjenti għal dawk l-utenti li għandhom jiġu kkonettjati man-network tat-telekomunikazzjonijiet pubbliċi;

Billi l-komunikazzjonijiet mobbli jiddependu fuq l-allokazzjoni u d-disponibbilitá ta' firxiet ta' frekwenza sabiex jittrażmettu u jirċievu bejn stazzjonijet b'bażi fissa u stazzjonijiet mobbli;

Billi l-frekwenzi u s-sistemi ta' komunikazzjoni mobbli bbażati fuq l-art użati bħalissa fil-Komunità jvarjaw ħafna u ma jħallux l-utenti kollha li jkunu qegħdin jiċċaqalqu f''vetturi, dgħajjes, ferroviji, jew bil-mixi fil-Komunitá, inklużi ibħra interni jew kostali, li jgawdu l-benefiċċji ta' servizzi ma l-Ewropa kollha u tas-swieq ma' l-Ewropa kollha;

Billi l-bidla għas-sistemi ta' komunikazzjoni mobbli ċellulari diġitali tat-tieni ġenerazzjoni tipprovdi l-opportunità unika li jiġu stabbiliti komunikazzjonijiet mobbli verament pan-Ewropej;

Billi l-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (KEPT) irrakkomandat li l-frekwenzi 890-915 u 935-960 MHz jiġu allokati għal din is-sistema, skond ir-Regolamenti tar-Radju ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT) li jallokaw dawn il-frekwenzi għall-użu tas-servizzi tar-radju mobbli wkoll;

Billi partijiet mill-firxa ta' dawn il-frekwenzi qegħdin jiġu użati jew huma maħsuba li jiġu użati minn ċerti Stati Membri għal-sistemi temporanji jew servizzi tar-radju oħrajn;

Billi d-disponibbilitá progressiva tal-firxa sħiħa tal-frekwenzi msemmija hawn fuq tkun indispensabbli għall-istabbiliment ta' komunikazzjonijiet verament pan-Ewropej;

Billi l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 87/371/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-introduzzjoni koordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli ċellulari diġitali pubbliċi pan-Ewropej ibbażati fuq l-art fil-Komunità [4], bl-iskop li tibda sistema pan-Ewropea sa' l-1991 l-iktar tard, tħalli l-ispeċifikazzjoni mħaffa tal-faxxa ta' trażmissjoni tar-radju;

Billi fuq il-bażi tax-xejriet teknoloġiċi u tas-swieq preżenti jkun jidher realistiku li tiġi kkontemplata l-okkupazzjoni esklussiva tal-firxiet tal-frekwenza 890-915 u 935-960 MHz mis-sistema pan-Ewropea fi żmien 10 snin mill-1 ta' Jannar 1991;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 86/361/KEE tal-24 ta' Lulju 1986 dwar l-istadju inizjali ta' l-għarfien reċiproku ta' l-approvazzjoni ta' tip ta' apparat terminali tat-telekomunikazzjoni [5] għandu jippermetti t-twaqqif rapidu ta' speċifikazzjonijiet konformi komuni għas-sistema ta' komunikazzjonijiet mobbli ċellulari diġitali pan-Ewropej;

Billi r-rapport dwar il-komunikazzjonijiet mobbli pubbliċi imħejji mill-Grupp ta' Analiżi u Previżjoni (GAP) għall-Grupp ta' Uffiċjali Anzjani dwar it-Telekomunikazzjoni (GUA-T) ġibed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa tad-disponibbilitá ta' frekwenzi adekwati bħala pre-kondizzjoni vitali għall-komunikazzjonijiet mobbli ċellulari diġitali pan-Ewropej;

Billi opinjonijiet favorevoli dwar dan ir-rapport ġew ippresentati mill-amministrazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni, mill-Konferenza Ewropea ta' l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (KEPT) u mill-manifatturi ta' apparat tat-telekomunikazzjonijiet fl-Istati Membri,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-firxiet tal-frekwenza 905-914 u 950-959 MHz jew partijiet ekwivalenti tal-firxiet imsemmija fil-paragrafu 2 jiġu riservati esklussivament [6] għas-servizz pubbliku ta' komunikazzjonijiet ċellulari diġitali pan-Ewropew sal-1 ta' Jannar 1991.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet meħtieġaa jiġu ppreparati għas-servizz pubbliku ta' komunikazzjonijiet mobbli ċellulari diġitali pan-Ewropew sabiex ikunu jistgħu jokkupaw il-firxiet tal-frekwenza kollha 890-915 u 935-960 MHz skond id-domanda kummerċjali mill-iktar fis possibbli.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar tal-1996.

Artikolu 3

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, servizz pubbliku ta' komunikazzjonijiet mobbli fuq l-art ċellulari diġitali pan-Ewropew għandha tfisser servizz tar-radju ċellulari pubbliku pprovdut f'kull wieħed mill-Istati Membri għal speċifikazzjoni komuni, litinkludi l-karatteristika li s-sinjali bil-vuċi kollha jiġu komunikati f'unitajiet binarji qabel it-trażmissjoni tar-radju, u fejn l-utenti pprovduti b'servizz fi Stat Membru wieħed ikun jista' jkollhom aċċess ukoll għas-servizz f'kull Stat Membru ieħor.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifikazzjoni tagħha [7]. Huma għandhom minnufih jinformaw b'dan lill-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat b'din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

H. De Croo

[1] ĠU C 69, tas-17.3.1987, p. 9.

[2] ĠU C 125, tal-11.5.1987, p. 159.

[3] ĠU L 298, tas-16.11.1984, p. 49.

[4] Ara paġna 81 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[5] ĠU L 217, tal-5.8.1986, p. 21.

[6] Bl-eċċezzjoni ta' l-użu ta' dawn il-frekwenzi għal konnessjonijiet minn punt għal punt eżistenti meta d-Direttiva tidħol fis-seħħ sakemm ma jfixklux is-servizz pubbliku ta' komunikazzjonijiet mobbli ċellulari diġitali pan-Ewropew u ma jipprevenux it-twaqqif jew l-estensjoni tiegħu.

[7] Din id-Direttiva kienet ġiet notifikata lill-Istati Membri fis-26 ta' Ġunju 1987.

--------------------------------------------------

Top