Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986R2009

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2009/86 ta' l-24 ta' Ġunju 1986 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-pajjiżi partijiet tat-Trattat Ġenerali dwar l-Integrazzjoni Ekonomika ta' l-Amerika Ċentrali (il-Kosta Rika, l-El Salvador, il-Guatemala, il-Ħonduras u n-Nikaragwa) u l-Panama, min-naħa l-oħra

ĠU L 172, 30.6.1986, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1986/2009/oj

Related international agreement

31986R2009



Official Journal L 172 , 30/06/1986 P. 0001 - 0001


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2009/86

ta' l-24 ta' Ġunju 1986

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-pajjiżi partijiet tat-Trattat Ġenerali dwar l-Integrazzjoni Ekonomika ta' l-Amerika Ċentrali (il-Kosta Rika, l-El Salvador, il-Guatemala, il-Ħonduras u n-Nikaragwa) u l-Panama, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi, sabiex tikseb il-finijiet tagħha fl-isfera tar-relazzjonijiet ekonomiċi barranija, il-Komunità għandha tapprova l-Ftehim ta' Koperazzjoni mal-pajjiżi partijiet fit-Trattat Ġenerali dwar l-Integrazzjoni Ekonomika ta' l-Amerika Ċentrali u mal-Panama;

Billi ċerti għamliet tal-koperazzjoni ekonomika pprovvduti bil-Ftehim jaqbżu l-poteri ta' azzjoni provvduti bit-Trattat fil-politika kummerċjali komuni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-pajjiżi partijiet fit-Trattat Ġenerali dwar l-Integrazzjoni Ekonomika ta' l-Amerika Ċentrali u mill-Panama, mill-parti l-oħra, huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika provvduta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim [1].

Artikolu 3

Il-Komunità għandha tiġi rrappreżentata fil-Kumitat Konġunt ipprovvdut fl-Artikolu 7 tal-Ftehim mill-Kummisjoni, assistita mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-4 ta' Ġunju 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Braks

[1] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim trid tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------

Top