Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986L0355

    Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Lulju 1986 li temenda d-Direttiva 79/117/KEE li tipprojbixxi t-tpoġġija fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi

    ĠU L 212, 2.8.1986, p. 33–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1986/355/oj

    31986L0355



    Official Journal L 212 , 02/08/1986 P. 0033 - 0034
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0217
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0217


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tal-21 ta’ Lulju 1986

    li temenda d-Direttiva 79/117/KEE li tipprojbixxi t-tpoġġija fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi

    (86/355/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tpoġġija fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni li jkun fihom ċerti sustanzi attivi [1], kif l-aħħar emendat permezz tad-Direttiva 86/214/KEE [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 6 miġjub fiha,

    Billi dik id-Direttiva tipprovdi għall-kontenuti ta’ l-Anness li għandu jiġi emendat regolarment sabiex jittieħed kont ta’ l-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku;

    Billi issa ġie stabbilit li l-użu tal-ossidu ta’ l-etilene bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, b’mod partikulari għall-fumigazzjoni tal-pjanti jew prodotti magħmula mill-pjanti li jkun maħżuna, iħalli residwi fl-oġġetti ta’ l-ikel li jistgħu joħolqu effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali;

    Billi huma disponibbli trattamenti differenti għall-protezzjoni tal-pjanti ħlief għall-ċerti prodotti minuri;

    Billi l-bejgħ u l-użu ta’ l-ossidu ta’ l-etilene bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandu għalhekk jiġi pprojbit;

    Billi, iżda, eċċezzjonijiet nazzjonali temporanji minn din il-projbizzjoni jistgħu jiġu permessi għal ċerti prodotti minuri, fejn ikun hemm bżonnijiet speċjali, sakemm isiru disponibbli metodi oħra ta’ trattament,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Id-dħul li ġej huwa miżjud permezz ta’ din id-Direttiva ma’ l-Anness għad-Direttiva 79/117/KEE:

    "'Ċ. L-ossidu tal-Etilene | (a)it-tnaqqis tal-patoġenu fil-ħxejjex imnixxfa li ġejjin, maħsub għall-inkorporazzjoni fil-preparazzjonijiet ta' l-ikel li ma jkunux għaddew minn trattement ta' tisjir komplet qabel il-konsuml-asparaguil-basalil-kurratil-faqqiegħ(b)it-tnaqqis tal-patoġenu tal-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar imnixxfa(ċ)it-tnaqqis tal-patoġenu fil-ħxejjex aromatiċi maħsuba esklużivament għall-bejgħ mingħajr ipproċessar ulterjuri bħala prodotti mediċinali(d)it-tnaqqis tal-patoġenu fit-trab tal-kawkaw u l-kejk(e)l-iffumigar tal-weraq tat-tabakk Dawn id-derogi ghandhom jiskadu fil-31 ta' Dicembru 1989 mill-aktar tard |

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1987. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan immedjatemnt.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Lulju 1986.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Howe

    [1] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 36.

    [2] ĠU L 152, tas-26.5.1986, p. 45.

    --------------------------------------------------

    Top