EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985L0614

Id-Direttiva Tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1985. li temenda, minħabba l-adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugall, id-Direttiva 85/384/KEE dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta' evidenza oħra ta' kwalifiki formali fl-arkitettura, inklużi miżuri sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta' stabbiliment u tal-libertà ta' provvediment ta' servizzi

ĠU L 376, 31.12.1985, p. 1–1 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/10/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1985/614/oj

31985L0614



Official Journal L 376 , 31/12/1985 P. 0001 - 0001
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 3 P. 0055
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0130
Portuguese special edition Chapter 06 Volume 3 P. 0055
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0130


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tal-20 ta' Diċembru 1985.

li temenda, minħabba l-adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugall, id-Direttiva 85/384/KEE dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta' evidenza oħra ta' kwalifiki formali fl-arkitettura, inklużi miżuri sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta' stabbiliment u tal-libertà ta' provvediment ta' servizzi

(85/614/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugall, b'mod partikolari l-Artikolu 396 tiegħu,

Billi minħabba s-sħubija ta' Spanja u l-Portugall, huwa neċessarju illi jsiru ċerti emendi għad-Direttiva 85/384/KEE [1] sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ugwali tagħha fir-Renju ta' Spanja u fir-Repubblika tal-Portugall u fl-Istati Membri l-oħra;

Billi skond l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugall l-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jadottaw qabel is-sħubija l-miżuri msemmija fl-Artikolu 396 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, filwaqt li l-miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ, bla ħsara għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-Att ta' l-Adeżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

"(j) fi Spanja

- il-kwalifiki formali u uffiċjali ta' perit (título oficial de arquitecto) mogħtija mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u x-Xjenza jew mill-universitajiet,

(k) fil-Portugall

- id-Diploma "diploma do curso especial de arquitectura" mogħtija mill-Iskejjel tal-Belle Arti ta' Lisbona u ta' Porto,

- id-Diploma ta' perit "diploma de arquitecto" mogħtija mill-Iskejjel tal-Belle Arti ta' Lisbona u ta' Porto,

- id-Diploma "diploma do curso de arquitectura" mogħtija mill-Iskejjel Terzjarji tal-Belle Arti ta' Lisbona u ta' Porto,

- id-Diploma "diploma de licenciatura em arquitectura" mogħtija mill-Iskola Terzjarja tal-Belle Arti ta' Lisbona,

- id-Diploma "carta de curso de licenciatura em arquitectura" mogħtija mill-Università Teknika ta' Lisbona u l-Università ta' Porto."

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fit-terminu speċifikat fl-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 85/384/KEE.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Krieps

[1] ĠU L 223, tal-21.8.1985, p. 15.

--------------------------------------------------

Top