Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984D0560

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Novembru 1984 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern ta' l-Awstralja dwar l-Arranġament bejn l-Awstralja u l-Komunità dwar il-ġobon

ĠU L 308, 27.11.1984, p. 54–54 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1984/560/oj

Related international agreement

31984D0560



Official Journal L 308 , 27/11/1984 P. 0054 - 0054
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0157
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 21 P. 0086
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0157
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 21 P. 0086


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Novembru 1984

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern ta' l-Awstralja dwar l-Arranġament bejn l-Awstralja u l-Komunità dwar il-ġobon

(84/560/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidra t-Trattat li waqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummisjoni,

Billi waqt in-negozjati kummerċjali dwar il-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummmerċ(GATT), il-Komunità kkonkludiet Ftehim ma’ l-Awstralja dwar il-ġobon [1];

Billi jekk l-għanijiet tal-Ftehim iridu jintlahqu, uhud mid-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom jiġu emendati;

Billi l-Kummissjoni bdiet negozjati ma’ l-Awstralja dwar din il-kwistjoni u laħqet ftehim sodisfaċenti ma’ dak il-pajjiż,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern ta' l-Awstralja dwar l-Arranġament bejn l-Awstralja u l-Komunità dwar il-ġobon qed jiġi approvat f'isem il-Komunità.

Il-kitba tal-Ftehim hija mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qed jiġi awtorizzat sabiex jagħżel il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Novembru 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Bruton

[1] ĠU L 71, tas-17.3.1980, p.ġ 154.

--------------------------------------------------

Top