This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31984D0419
84/419/EEC: Commission Decision of 19 July 1984 laying down the criteria for entering cattle in herd-books
Deċiżjoni tal-kummissjoni tad-19 ta' Lulju 1984 li tistabbilixxi l-kriterji biex ikunu rreġistrati l-ifrat fil-kotba tal-merħliet
Deċiżjoni tal-kummissjoni tad-19 ta' Lulju 1984 li tistabbilixxi l-kriterji biex ikunu rreġistrati l-ifrat fil-kotba tal-merħliet
ĠU L 237, 5.9.1984, p. 11–12
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 03/07/2020; Imħassar b' 32020R0602
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31984D0419R(01) | ||||
Modified by | 32007D0371 | Emenda | artikolu 3.1 | 08/06/2007 | |
Modified by | 32007D0371 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 08/06/2007 | |
Modified by | 32007D0371 | Emenda | artikolu 3.2 | 08/06/2007 | |
Repealed by | 32020R0602 | 04/07/2020 |
Official Journal L 237 , 05/09/1984 P. 0011 - 0012
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0029
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0070
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0029
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 32 P. 0070
Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni tad-19 ta' Lulju 1984 li tistabbilixxi l-kriterji biex ikunu rreġistrati l-ifrat fil-kotba tal-merħliet (84/419/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta' Lulju 1977 dwar annimali ta' razza pura ta' l-ispeċi ta' l-ifrat għat-trobbija [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni tal-Greċja u b'mod partikolari r-raba’ inċiż ta' Artikolu 6(1) tiegħu, Billi, skond ir-raba’ inċiż ta' Artikolu 6(1) tad-Direttiva 77/504/KEE, għandha tkun il-Kummissjoni li tiddetermina, skond il-proċedura preskritta f'Artikolu 8 ta' dik id-Direttiva, il-kriterji armonizzati li jirregolaw ir-reġistrazzjoni ta' l-ifrat fil-kotba tal-merħliet; Billi fl-Istati Membri kollha ħlief fil-preżent il-Greċja kotba tal-merħliet jinżammu jew huma stabbiliti minn organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet ta' min irabbi l-bhejjem; Billi huwa għalhekk meħtieġ li jkunu stabbiliti l-kriterji għar-reġistrazzjoni ta' l-ifrat f'kotba tal-merħliet; Billi kondizzjonijiet preċiżi dwar nisel u identifikazzjoni għandhom jiġu sodisfatti qabel ir-reġistrazzjoni fil-ktieb tal-merħliet; Billi trid tingħata xi ftit konċessjoni għad-divizjoni tal-ktieb tal-merħliet f'sezzjonijiet u klassijiet differenti biex ċerti tipi ta' annimali ma jkunux esklużi; Billi l-miżuri li tiddisponi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-żooteknika, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Biex jikkwalifika għal reġistrazzjoni tar-razza tiegħu fis-sezzjoni prinċipali tal-ktieb tal-merħliet annimal irid: - ikun imnissel minn ġenituri u nanniet reġistrati fil-ktieb tal-merħliet ta' l-istess nisel, - ikun identifikat mit-twelid skond ir-regoli ta' dak il-ktieb, - ikollu stabbilit arblu tar-razza skond ir-regoli ta' dak il-ktieb tal-merħliet. Artikolu 2 Is-sezzjoni prinċipali ta' ktieb tal-merħliet tista’ tinqasam f'diversi klassijiet skond il-merti ta' l-annimali. Annimali ta' l-ifrat biss li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'Artikolu 1 jistgħu jkunu rreġistrati f'waħda minn dawk il-klassijiet. Artikolu 3 1. Organizzazzjoni jew assoċjazzjoni ta' min irabbi l-bhejjem li żżomm ktieb tal-merħliet tista’ tiddeċiedi li mara, li ma tissodisfax il-kriterji preskritti f'Artikolu 1, tista’ tkun reġistrata f'sezzjoni supplimentari ta' dak il-ktieb tal-merħliet. Il-mara għandha tissodisfa l-ħtiġijiet li ġejjin: - tkun identifikata skond ir-regoli tal ktieb tal-merħliet, - tkun ġudikata li tikkonforma ma’ l-istandard tar-razza, - ikollha kriterji minimi ta' prestazzjoni kif preskritti fir-regoli tal-ktieb tal-merħliet. 2. Il-ħtiġijiet imsemmija fit-tieni u t-tielet inċiżi tal-paragrafu 1 jistgħu jkunu differenzjati skond jekk il-mara tappartjenix għar-razza għalkemm m'għandha ebda oriġini magħrufa jew inkisbitx minn programm ta' taħlita ta' razez approvat minn organizzazzjoni jew assoċjazzjoni ta' min irabbi l-bhejjem li żżomm il-ktieb tal-merħliet. Artikolu 4 Mara li ommha u nannitha materna huma rreġistrati f'sezzjoni supplimentari tal-ktieb tal-merħliet kif previst f'Artikolu 3(1) u li missierha u żewġ nanniet irġiel huma reġistrati fis-sezzjoni prinċipali tal-ktieb skond il-kriterji preskritti f'Artikolu 1, għandha titqies bħala mara ta' razza pura u mdaħħla fis-sezzjoni prinċipali tal-ktieb, kif previst f'Artikolu 1. Artikolu 5 Meta ktieb ikun fih klassijiet diversi fis-sezzjoni prinċipali, annimal minn xi Stat Membru ieħor għandu jkun reġistrat fil-klassi tal-ktieb li tissodisfa l-kriterji tiegħu. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1984. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 8. --------------------------------------------------