This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31983R2288
Commission Regulation (EEC) No 2288/83 of 29 July 1983 establishing the list of biological or chemical substances provided for in Article 60 (1) (b) of Council Regulation (EEC) No 918/83 setting up a Community system of reliefs from customs duty
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2288/83 tad-29 ta' Lulju 1983 li jistabbilixxi lista ta' sustanzi bioloġiċi jew kimiċi pprovduti fl-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' esenzjonijiet minn dazji doganali
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2288/83 tad-29 ta' Lulju 1983 li jistabbilixxi lista ta' sustanzi bioloġiċi jew kimiċi pprovduti fl-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' esenzjonijiet minn dazji doganali
ĠU L 220, 11.8.1983, p. 13–14
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 20/02/2012; Imħassar b' 32012R0080
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implementation | 31983R0918 | Implimentazzjoni | artikolu 60.1 | 01/07/1984 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 31984R1798 | Sostituzzjoni | anness | 01/07/1984 | |
Modified by | 31986R2340 | Sostituzzjoni | anness 1/7/86 | ||
Modified by | 31987R3692 | Sostituzzjoni | anness | 01/01/1988 | |
Modified by | 31989R0213 | Tlestija | anness | 01/09/1988 | |
Repealed by | 32009R1186 | ||||
Repealed by | 32012R0080 |
Official Journal L 220 , 11/08/1983 P. 0013 - 0014
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0204
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 10 P. 0048
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0204
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 10 P. 0048
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2288/83 tad-29 ta' Lulju 1983 li jistabbilixxi lista ta' sustanzi bioloġiċi jew kimiċi pprovduti fl-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' esenzjonijiet minn dazji doganali IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjoni minn dazzju tad-dwana [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, Billi l-Artikolu 60(1)(b) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 jipprovdi għal dħul b'eżenzjoni minn dazzju fuq l-importazzjoni ta' sustanzi bioloġiċi jew kimiċi impurtati esklussivament għal skopijiet mhux kummerċjali minn stabbilimenti pubbliċi, jew dawk id-dipartimenti ta' stabbiliment pubbliċi, jew minn stabbilimenti privati awtorizzati, li l-attività ewlenija tagħhom hija l-edukazzjoni jew ir-riċerka xjentifika; billi tali dħul b'eżenzjoni minn dazzju fuq l-importazzjoni huwa limitat, madankollu, għal sustanzi bioloġiċi u kimiċi li għalihom m'hemm l-ebda produzzjoni ekwivalenti fit-territorju tad-dwana tal-Komunità u li huma inklużi f'lista abbozzata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 143(2) u (3) tar-Regolament hawn fuq imsemmi; Billi skond informazzjoni miksuba mill-Istati Membri m'hemm l-ebda produzzjoni ekwivalenti fit-territorju ta' dwana tal-Komunità tas-sustanzi bioloġiċi jew kimiċi elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament; Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Arranġamenti tad-Duty Free, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-lista ta' sustanzi bioloġiċi jew kimiċi eleġibbli għal dħul b'eżenzjoni minn dazzju fuq l-importazzjoni pprovduta fl-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 tinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1984. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 1983. Għall-Kummissjoni Karl-Heinz Narjes Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Nru ta' Referenza | CCT Intestatura Nru | Deskrizzjoni | 20273 | 29.01 A | 3-Methylpent-1-ene | 20274 | 29.01 A | 4-Methylpent-1-ene | 20275 | 29.01 A | 2-Methylpent-2-ene | 20276 | 29.01 A | 3-Methylpent-2-ene | 20277 | 29.01 A | 4-Methylpent-2-ene | 21154 | 29.01 A | Oct-2-ene | 25634 | 29.01 C II | P — Mentha-1(7), 2-diene (Beta-Phellandrene) | 14364 | 29.24 B | Decamethonium bromide (INN) | 20641 | 29.27 | 1-Naphtonitrile | 20642 | 29.27 | 2-Naphtonitrile | 14769 | 29.02 C | 4,4'-Dibromobiphenyl | 17305 | 29.03 A | Ethyl methanesulphonate | 22830 | 29.38 B I | Retinyl acetate | 18892 | 29.05 A III | Myo-inositol (Meso-inositol) | 21887 | 35.07 | Phosphoglucomutase | 19057 | 35.07 | Lactate dehydrogenase | 20193 | 29.10 B | Methyl-alpha-D-mannoside | --------------------------------------------------