Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982L0890

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 1982 li temenda d-Direttivi dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward it-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

ĠU L 378, 31.12.1982, p. 45–46 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Impliċitament imħassar minn 32013R0167

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1982/890/oj

31982L0890



Official Journal L 378 , 31/12/1982 P. 0045 - 0046
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0143
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0020
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0143
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 14 P. 0020


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta’ Diċembru 1982

li temenda d-Direttivi dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward it-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward it-tip ta’ approvazzjoni ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura u l-forestrija [3], kif emendat bid-Direttiva 79/694/KEE [4], jillimita l-ambitu ta’ l-imsemmija Direttiva għal tratturi mgħammra b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom żewġ fusien u b’disinn għal veloċità massima ta’ bejn is-6 u l-25 km/siegħa;

Billi l-istess Direttiva tipprovdi li, fejn meħtieġ, tratturi ta’ disinn għal veloċità massima li teċċedi l-25 km/siegħa għandhom ikunu suġġetti għall-ħtiġiet speċjali; billi dawk it-tratturi jiffurmaw parti mill-flotta ta’ tratturi manifatturata u użata fil-Komunità u joffru vantaġġi fir-rigward ta’ l-effiċjenza ta’ l-azjendi agrikoli;

Billi żieda ta’ 20 % fil-veloċità massima skond id-disinn, li s’issa kienet preskritta, hija raġonevoli meta wieħed iqis is-sigurezza fit-triq u s-sigurezza tal-kondizzjonijiet tax-xogħol fir-raba’;

Billi l-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jirrestrinġu l-veloċità li biha trattur jista’ jinsaq fit-triq billi jiġu imposti limiti fuq il-veloċità;

Billi, barra minn hekk, tratturi li jkollhom aktar minn żewġ fusien jistgħu jiġu ttrattati bl-istess mod bħal dawk li jkollhom żewġ fusien biss, u għalhekk jistgħu jsiru suġġetti għall-istess dispożizzjonijiet;

Billi mhuwiex għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli speċifiċi maħsuba fil-qafas tad-Direttiva 74/150/KEE; billi huwa biżżejjed li l-ambitu ta’ l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva jitwessa’, flimkien ma’ dak tad-Direttivi speċifiċi li jkun fihom definizzjoni espressa ta’ l-ambitu ta’ l-applikazzjoni dwar tratturi li fihom aktar minn żewġ fusien u tratturi li jkollhom veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn il-25 u t-30 km/siegħa,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. L-Artikolu 1(2) tad-Direttivi 74/150/KEE, 74/151/KEE [5], 74/152/KEE [6], 74/346/KEE [7], 74/347/KEE [8], 75/321/KEE [9], 75/322/KEE [10], 76/432/KEE [11], 77/311/KEE [12], 77/537/KEE [13], 78/933/KEE [14], 79/532/KEE [15], 79/533/KEE [16], u l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 78/764/KEE [17] għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

"2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom żewġ fusien u veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u t-30 km/siegħa."

2. L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 80/720/KEE [18] għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom talanqas żewġ fusien u veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u t-30 km/siegħa u wisa’ ta’ drive-axle track fiss jew varjabbli ta’ 1150 mm jew aktar."

3. L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 76/763/KEE [19] għandu jinbidel b’dan li ġej:

"2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom talanqas żewġ fusien u veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u t-30 km/siegħa u wisa’ tal-karreġjata fissa ta’ 1250 mm jew aktar."

4. Il-punt 1.5 ta’ l-Anness li jinsab mad-Direttiva 74/152/KEE għandu jinbidel b’dan li ġej:

"1.5. Biex jitqiesu diversi żbalji inevitabbli minħabba, b’mod partikolari, it-teknika tal-kejl u ż-żieda fil-veloċità li taħdem biha l-magna b’tagħbija parzjali, riżultat ta’ 10 % ogħla mill-valur ta’ 30 km/siegħa għandu jkun aċċettabbli għall-approvazzjoni tat-tip."

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xaħar min-notifika tagħha u għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni bihom.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1982.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Christophersen

[1] ĠU C 182, 19.7.1982, p. 112.

[2] ĠU C 77, tad-29.3.1982, p. 1.

[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[4] ĠU L 205, tat-13.8.1979, p. 17.

[5] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 25.

[6] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 33.

[7] ĠU L 191, tal-15.7.1974, p. 1.

[8] ĠU L 191, tal-15.7.1974, p. 5.

[9] ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 24.

[10] ĠU L 147, tad-9.6.1975, p. 28.

[11] ĠU L 122, tat-8.5.1976, p. 1.

[12] ĠU L 105, tat-28.4.1977, p. 1.

[13] ĠU L 220, tad-29.8.1977, p. 38.

[14] ĠU L 325, ta’ l-20.11.1978, p. 16.

[15] ĠU L 145, tat-13.6.1979, p. 16.

[16] ĠU L 145, tat-13.6.1979, p. 20.

[17] ĠU L 255, tat-18.9.1978, p. 11.

[18] ĠU L 194, tat-28.7.1980, p. 1.

[19] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 135.

--------------------------------------------------

Top