EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981R1390

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1390/81 tat-12 ta' Mejju 1981 li jestendi għal persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom, ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità

ĠU L 143, 29.5.1981, p. 1–32 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1981/1390/oj

31981R1390



Official Journal L 143 , 29/05/1981 P. 0001 - 0032
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 2 P. 0132
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 2 P. 0132


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1390/81

tat-12 ta' Mejju 1981

li jestendi għal persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom, ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 2, 7, 51 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni stabbilita wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni Amministrativa dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, sabiex ikun hemm libertà ta' moviment għal persuni impjegati u sabiex jiġu eliminati l-ostakoli li kieku, fil-kamp tas-sigurtà soċjali, jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-leġislazzjonijiet nazzjonali biss, il-Kunsill adotta, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 51 tat-Trattat, ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 196/81 [5] li jiffissa r-regoli biex jiġu kkoordinati skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati;

Billi l-libertà ta' moviment għall-persuni, li hija waħda mill-pedamenti tal-Komunità, mhix illimitata għall-persuni impjegati iżda testendi wkoll għal persuni li jaħdmu għal rashom fl-istruttura tal-libertà ta' stabbiliment u l-libertà ta' provdiment ta' servizzi;

Billi l-koordinazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom hija neċessarja biex jiġi ssodisfat wieħed mill-iskopijiet tal-Komunità; billi t-Trattat ma pprovdiex is-setgħat speċifiċi meħtieġa għal dan l-iskop;

Billi, skond it-Trattat, kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità fir-rigward ta' l-istabbiliment u l-provdiment ta' servizzi ilha ipprojbita sa mit-tmiem tal-perjodu tranżizzjonali;

Billi, fil-kamp tas-sigurtà soċjali, l-applikazzjoni ta' leġislazzjonijiet nazzjonali biss ma kienx ikollha protezzjoni biżżejjed fuq persuni li jaħdmu għal rashom li jispustaw ruħhom fil-Komunità; billi, sabiex il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà ta' provdiment ta' servizzi jsiru effettivi għal kollox, l-iskemi tas-sigurtà soċjali għal persuni li jaħdmu għal rashom għandhom ikunu kkoordinati;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1408/71, anki jekk jgħodd għal persuni impjegati, diġà jkopri ċerti kategoriji ta' persuni li jaħdmu għal rashom; billi, għal raġunijiet ta' ekwità, ikun xieraq li jiġu applikati, safejn ikun l-aktar possibbli, l-istess regoli għal persuni li jaħdmu għal rashom kif stabbilit għal persuni impjegati;

Billi hemm raġunijiet sabiex isiru l-addattamenti meħtieġa għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, sabiex ikun possibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament għal persuni li jaħdmu għal rashom u l-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità, safejn ikun l-aktar possibbli li jkun kompatibbli man-natura tax-xogħol tagħhom u l-karatteristiċi ta' l-iskemi speċjali tas-sigurtà soċjali li jkopruhom;

Billi l-aġġustamenti li għandhom isiru għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 jeħtieġu aġġustamenti għal uħud mill-Annessi ma' dak ir-Regolament;

Billi, b'mod partikolari, huwa neċessarju li fl-Anness, jiġi stipulat xi jfissru t-termini "persuna impjegata" u "persuna li taħdem għal rasha", introdotti fir-Regolament (KEE) Nru 1408/71, meta l-persuna kkonċernata tkun assigurata taħt skema tas-sigurtà soċjali li tgħodd għar-residenti kollha jew għal ċerti kategoriji ta' residenti jew għall-popolazzjoni kollha ta' Stat Membru; billi jidher li jkun aħjar li jiġu ddefiniti dawn l-espressjonijiet u l-espressjoni "membru tal-familja" f'Anness separat; billi hemm bżonn ta' żewġ Annessi oħra, biex jindikaw l-arranġamenti speċjali għal persuni li jaħdmu għal rashom esklużi mill-iskop tar-Regolament u għal każijiet li fihom persuna tkun soġġetta simultanjament għal-leġislazzjoni taż-żewġ Stati Membri,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandu jiġi emendat kif segwit:

1. "IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1408/71

ta' l-14 ta' Ġunju 1971

dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità"

.

2. Fl-Artikolu 1:

(a) is-sottoparagrafi (a) u (b) għandhom jinbidlu bis-segwenti:

"(a) "persuna impjegata" u "persuna li taħdem għal rasha" jfissru rispettivament:

(i) kull persuna li tkun assigurata, fuq bażi obbligatorja jew fuq bażi mhux obbligatorja l-ħin kollu, għal kontinġenza waħda jew aktar, koperti mill-fergħat ta' skema tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom;

(ii) kull persuna li tkun assigurata fuq bażi obbligatorja għal kontinġenza waħda jew aktar koperti mill-fergħat tas-sigurtà soċjali ittrattati f'dan ir-Regolament, taħt skema tas-sigurtà soċjali għar-residenti kollha jew għall-popolazzjoni li taħdem kollha, jekk din il-persuna:

- tista' tiġi identifikata bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha permezz tal-mod li bih din l-iskema tkun amministrata jew iffinanzjata, jew,

- fin-nuqqas li jiġu ssodisfati kriterji bħal dawn, tkun assigurata għal xi kontinġenza oħra speċifikata fl-Anness I taħt skema għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom, jew taħt skema li saret referenza għaliha fi (iii), kemm jekk fuq bażi obbligatorja jew fuq bażi mhux obbligatorja l-ħin kollu, jew, fejn ma teżistix skema bħal din fl-Istat Membru kkonċernat, tkun tikkonforma mad-definizzjoni mogħtija fl-Anness I;

(iii) kull persuna li tkun assigurata fuq bażi obbligatorja għal diversi kontinġenzi koperti mill-fergħat ittrattati f'dan ir-Regolament, taħt skema tas-sigurtà soċjali standard għall-popolazzjoni rurali kollha skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;

(iv) kull persuna li tkun assigurata fuq bażi volontarja għal waħda jew aktar mill-kontinġenzi koperti mill-fergħat ittrattati f'dan ir-Regolament, taħt skema tas-sigurtà soċjali ta' xi Stat Membru għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom jew għar-residenti kollha jew għal ċerti kategoriji ta' residenti:

- jekk persuna bħal din twettaq xi attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, jew;

- jekk persuna bħal din, qabel, kienet assigurata fuq bażi obbligatorja għall-istess kontinġenza taħt skema għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom ta' l-istess Stat Membru;

(b) "ħaddiem tal-fruntiera" ifisser kwalunkwe persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li twettaq ix-xogħol tagħha fit-territorju ta' Stat Membru u li tgħix fit-territorju ta' Stat Membru ieħor li tirritorna fih, bħala regola, kuljum jew għallinqas darba fil-ġimgħa; madankollu, ħaddiem tal-fruntiera li jkun kollokat xi mkien ieħor fit-territorju ta' l-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor bl-obbligu li bih huwa jkun normalment marbut, jew li jkun impenjat fil-provdiment ta' servizzi xi mkien ieħor fit-territorju ta' l-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor, għandu jżomm l-istatus ta' ħaddiem tal-fruntiera għal perjodu li ma jaqbiżx erba' xhur, ukoll jekk ikun miżmum, matul dak il-perjodu, milli jirritorna kuljum jew għallinqas darba fil-ġimgħa lejn il-post fejn jgħix;"

(b) fis-sottoparagrafu (ċ), l-ewwel linja, "kwalunkwe ħaddiem" għandha tinbidel bi "kwalunkwe persuna imjegata":

(ċ) is-sottoparagrafu (f) għandu jinbidel bis-segwenti:

"(f) "membri tal-familja" tfisser kull persuna ddefinita jew rikonoxxuta bħala membru tal-familja jew indikata bħala membru tal-familja bil-leġislazzjoni li taħtha jkunu pprovduti l-benefiċċji jew, fil-każijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 22(1)(a) u l-Artikolu 31, bil-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tgħix persuna bħal din; fejn, madanakollu, il-leġislazzjonijiet imsemmija iqisu bħala membru tal-familja jew membru tal-familja persuna li tgħix taħt l-istess saqaf tal-persuna impjegata jew tal-persuna li taħdem għal rasha biss, din il-kondizzjoni għandha titqies li tkun ġiet issodisfatta jekk il-persuna msemmija tkun primarjament dipendenti fuq dik il-persuna. Fejn il-leġislazzjoni ta' Stat Membru dwar benefiċċji ta' mard jew ta' maternità ma tħallix li jkun hemm distinzjoni bejn il-membri tal-famija u l-persuni l-oħra li tapplika għalihom, it-terminu "membri tal-familja" għandu jkollu t-tifsira mogħtija lilu fl-Anness I;"

(d) fis-sottoparagrafu (ġ), fis-sitt u t-tmien linji, "ħaddiem mejjet" għandha tinbidel b' "mejjet";

(e) fis-sottoparagrafu (j) is-sottoparagrafu segwenti għandu jiddaħħal wara l-aħħar sottoparagrafu:

"It-terminu "leġislazzjoni" jeskludi wkoll id-dispożizzjonijiet li jirregolaw skemi speċjali għal persuni li jaħdmu għal rashom, li l-ħolqien tagħhom jitħalla għall-inizjattivi ta' dawk ikkonċernati jew li jkunu jgħoddu biss għal parti biss mit-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat, irrespettivament minn jekk l-awtoritajiet jiddeċidux li jagħmluhom obbligatorji jew le jew li jwessgħu l-iskop tagħhom. L-iskemi speċjali imsemmija huma speċifikati fl-Anness II;"

(f) fl-ewwel u t-tieni linja tal-paragrafu (r), il-kelmiet "perjodi ta' kontribuzzjoni jew perjodi ta' impjieg" għandhom jinbidlu b' "perjodi ta' kontribuzzjoni jew perjodi ta' impjieg jew ta' impjieg għal rashom";

(g) il-paragrafu (s) għandu jinbidel bis-segwenti:

"(s) "perjodi ta' impjieg" u "perjodi ta' impjieg għal rashom" ifissru perjodi ddefiniti jew rikonoxxuti tali mil-leġislazzjoni li taħtha kienu ġew mitmuma, u l-perjodi kollha ttrattati tali, fejn jiġu meqjusa mil-leġislazzjoni msemmija bħala ekwivalenti għall-perjodi ta' impjieg jew ta' impjieg għal rashom;"

(h) fl-aħħar linja tal-paragrafu (u) (i) "L-Anness I" għandu jinbidel b' "L-Anness II".

3. Fl-Artikolu 2:

(a) fl-ewwel linja tal-paragrafu 1, "għal ħaddiema" għandha tinbidel b' "għal persuni impjegati jew għal persuni li jaħdmu għal rashom";

(b) il-paragrafu 2:

- fil-linja 2, "ħaddiema" għandha tinbidel b' "persuni impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom".

- fil-linja 4, "ħaddiema bħal dawn" għandha tinbidel b' "persuni impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom bħal dawn".

4. Fl-Artikolu 3(3) fl-ewwel linja, "L-Anness II" għandu jinbidel b' "L-Anness III".

5. Fl-aħħar linja ta' l-Artikolu 7(2)(ċ), "L-Anness II" għandu jinbidel b' "L-Anness III".

6. L-Artikolu 9(1) għandu jinbidel bis-segwenti:

"1. Id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru li jagħmlu ammissjoni għall-assigurazzjoni volontarja jew mhux obbligatorja l-ħin kollu fuq il-kondizzjoni tar-residenza fit-territorju ta' dak l-Istat ma għandhomx jgħoddu għall-persuni residenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, sakemm f'xi żmien fil-ħajja tax-xogħol tagħhom fil-passat huma kienu soġġetti għal-legislazzjoni ta' l-ewwel Stat bħala impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom."

7. Fis-sitt linja ta' l-Artikolu 10(2), "bħala ħaddiem" għandha tinbidel b' "bħala persuna impjegata jew impjegata għal rasha".

8. L-Artikoli 13 u 14 għandhom jinbidlu bis-segwenti:

"L-Artikolu 13

Regoli ġenerali

1. Soġġetti għall-Artikolu 14(ċ), persuni li għalihom jgħodd dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed biss. Dik il-leġislazzjoni għandha tiġi stabbilita skond id-dispożizzjonijiet ta dan it-Titolu.

2. Soġġetta għall-Artikoli 14 sa 17:

(a) persuna impjegata fit-territorju ta' Stat Membru wieħed għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat ukoll jekk tkun tgħix fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jew jekk l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju ta' l-intrapriża jew ta' l-individwu li jimpjegaha jkun jinsab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor;

(b) persuna li taħdem għal rasha fit-territorju ta' Stat Membru għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat anke jekk tkun tgħix fit-territorju ta' Stat Membru ieħor;

(ċ) persuna impjegata abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat;

(d) ħaddiema fis-servizz ċivili u persuni ttrattati bħalhom għandhom ikunu soġġetti għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru, li għalih, l-amministrazzjoni li timpjegahom, tkun soġġetta;

(e) persuna li tkun ġiet imsejħa jew li tkun ġiet imsejħa mill-ġdid biex tagħti servizz fil-forzi armati, jew f'servizz ċivili, ta' Stat Membru għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat. Jekk l-intitolament taħt dik il-leġislazzjoni jkun soġġett għal li jiġu mitmuma l-perjodi ta' l-assigurazzjoni qabel id-dħul jew wara it-tluq minn dan is-servizz militari jew ċivili, il-perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor għandhom jiġu meqjusa, sakemm ikun hemm bżonn, bħallikieku kienu perjodi ta' assigurazzjoni mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat. Il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha imsejħa jew imsejħa mill-ġdid biex tagħti servizz fil-forzi armati jew fis-servizz ċivili għandha żżomm l-istat ta' persuna impjegata jew ta' persuna li taħdem għal rasha.

L-Artikolu 14

Regoli speċjali applikabbli għall-persuni, għajr għall-baħħara, ingaġġati f'impjieg bi ħlas

L-Artikolu 13(2)(a) għandu jgħodd soġġett għall-eċċezzjonijiet u ċ-ċirkostanzi segwenti:

1. (a) Persuna impjegata fit-territorju ta' Stat Membru minn impriża li s-soltu tkun marbuta magħha li tkun kollokata minn dik l-impriża fit-territorju ta' Stat Membru ieħor sabiex twettaq xogħol hemmhekk għal dik l-impriża, għandha tkompli tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat Membru, sakemm it-tul ta' żmien mistenni ta' dak ix-xogħol ma jaqbiżx it-12-il xahar u sakemm ma tintbagħatx biex tieħu post persuna oħra li tkun temmet it-terminu tal-kollokazzjoni tagħha;

(b) jekk it-tul ta' żmien għax-xogħol li għandu jsir jaqbeż it-tul ta' żmien mistenni, minħabba ċirkostanzi mhux mistennija, u jaqbeż it-12-il xahar, il-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat Membru għandha tkompli tapplika sat-tmiem ta' dan ix-xogħol, sakemm l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ġiet kollokata l-persuna kkonċernata jew sakemm il-korp maħtur minn dik l-awtorità jagħti l-kunsens tiegħu; dan il-kunsens għandu jkun mitlub qabel l-aħħar tal-perjodu tal-bidu ta' 12-il xahar. Kunsens bħal dan ma jistax, madankollu, jiġi mogħti għal perjodu ta' aktar minn 12-il xahar.

2. Persuna normalment impjegata fit-territorju ta' żewġ Stati Membri jew aktar għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjonistabbilita kif segwit:

(a) persuna li tkun membru ta' persunal ta' l-ivvjaġġar jew tat-titjir ta' impriża li, għal kiri jew kumpens jew fuq l-akkont tagħha stess, tħaddem servizzi ta' trasport internazzjonali għall-passiġġieri jew ta' merkanzija bil-ferrovija, bl-art, bl-ajru jew b'passaġġi interni fuq l-ilma u jkollha l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tagħha fit-territorju ta' Stat Membru, għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat ta' l-aħħar, bir-restrizzjonijiet li ġejjin:

(i) fejn l-intrapriża imsemmija jkollha fergħa jew rappreżentanza permanenti fit-territorju ta' Stat Membru għajr dak li fih hija jkollha l-uffiċċju jew il-post tan-negozju rreġistrat tagħha, persuna impjegata minn fergħa jew rappreżentanza permanenti bħal din għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab din il-fergħa jew rappreżentanza permanenti;

(ii) meta persuna tkun impjegata prinċipalment fit-territorju ta' l-Istat Membru li tgħix fih, għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat, anke jekk l-impriża li timpjegaha ma jkollha l-ebda uffiċċju jew post tan-negozju jew fergħa jew rappreżentanza permanenti rreġistrata f'dak it-territorju;

(b) persuna għajr dik imsemmija f'(a) għandha tkun soġġetta:

(i) għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn hija tkun tgħix fit-territorju tiegħu, jekk hija twettaq l-attività tagħha b'mod parzjali f'dak it-territorju jew jekk hija tkun marbuta ma' bosta intraprizi jew ma' bosta sidien li jagħtu x-xogħol li jkollhom l-uffiċċji jew il-postijiet tan-negozju rreġistrati tagħhom fit-territorju ta' Stati Membri differenti;

(ii) għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun jinsab l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju ta' l-intrapriża jew individwu li jimpjegaha, jekk hija ma tkunx tgħix fit-territorju ta' kwalunkwe mill-Istati Membri fejn hija tkun qed twettaq l-attività tagħha.

3. Persuna li tkun impjegata fit-territorju ta' Stat Membru wieħed minn intrapriża li jkollha l-uffiċċju jew il-post tan-negozju rreġistrat tagħha fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u li jiftaħ fuq il-fruntiera komuni ta' dawn l-Istati għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-intrapriża jkollha l-uffiċċju jew il-post tan-negozju rreġistrat tagħha.

L-Artikolu 14a

Regoli speċjali applikabbli għall-persuni, għajr għal baħħara, li jaħdmu għal rashom

L-Artikolu 13(2)(b) għandu jgħodd soġġett għall-eċċezzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li ġejjin:

1. (a) Persuna li normalment taħdem għal rasha fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru u li twettaq xogħol fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandha tkompli tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat Membru, sakemm it-tul ta' żmien tax-xogħol ma jaqbiżx it-12-il xahar;

(b) jekk it-tul ta' żmien tax-xogħol li jkollu jsir jaqbeż it-tul ta' żmien mistenni oriġinarjament, minħabba ċirkostanzi mhux mistennija, u jaqbeż it-12-il xahar, il-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat Membru għandha tkompli tgħodd sat-tmiem ta' dan ix-xogħol, sakemm l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, li fit-territorju tiegħu il-persuna kkonċernata tkun daħlet biex twettaq ix-xogħol imsemmi jew sakemm il-korp maħtur minn dik l-awtorità, jagħti l-kunsens tiegħu; kunsens bħal dan għandu jkun mitlub qabel it-tmiem ta' l-ewwel perjodu ta' 12-il xahar; kunsens bħal dan ma jistax, manadakollu, jingħata għal perjodu li jaqbeż it-12-il xahar.

2. Persuna li normalment taħdem għal rasha fit-territorju ta' żewġ Stati Membri jew aktar għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija tkun tgħix jekk hija twettaq kwalunkwe parti mill-attività tagħha fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. Jekk hija ma twettaq l-ebda attività fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih tgħix, hija għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija twettaq l-attività prinċipali tagħha. Il-kriterji użati biex tiġi stabbilita l-attività prinċipali huma stabbiliti fir-Regolament li għalih hemm referenza fl-Artikolu 97.

3. Persuna li taħdem għal rasha fl-intrapriża li jkollha l-uffiċċju jew il-post tan-negozju rreġistrat tagħha fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u li jiftaħ fuq il-fruntiera komuni ta' żewġ Stati Membri għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu, l-intrapriża jkollha l-uffiċċju jew il-post tan-negozju rreġistrat tagħha.

4. Jekk il-leġislazzjoni li għaliha persuna għandha tkun soġġetta skond il-paragrafi 2 u 3 ma tippermettix lil dik il-persuna, anke fuq bażi volontarja, li tidħol fi skema ta' pensjoni, il-persuna kkonċernata għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru l-ieħor li kieku tkun tgħodd minbarra dawn id-dispożizzjonijiet partikolari jew, jekk il-leġislazzjonijiet ta' żewġ Stati Membri jew iktar japplikaw b'dan il-mod, għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni deċiża bi ftehim komuni bejn l-Istati Membri kkonċernati jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

L-Artikolu 14b

Regoli speċjali applikabbli għall-baħħara

L-Artikolu 13(2)(ċ) għandu japplika soġġett għall-eċċezzjonijiet u ċirkostanzi segwenti:

1. Persuna impjegata minn intrapriża li magħha hija tkun normalment marbuta, kemm jekk fit-territorju ta' Stat Membru u kemm abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru, li tkun mibgħuta minn dik l-intrapriża sabiex twettaq xogħol hemmhekk għal dik l-intrapriża għandha, soġġetta għall-kondizzjonijiet li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 14(1), tkompli tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat Membru.

2. Persuna li normalment taħdem għal rasha, sew f'territorju ta' xi Stat Membru jew abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta' xi Stat Membru u li twettaq xogħol akkont tagħha stess għandha, soġġetta għall-kondizzjonijiet li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 14a(1), tkompli tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat Membru.

3. Persuna li, filwaqt li ma tkunx normalment impjegata fuq il-baħar, twettaq xogħol fl-ilmijiet territorjali jew f'xi port ta' Stat Membru fuq bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor fl-ilmijiet territorjali jew f'dak il-port, iżda li ma tkunx membru ta' l-ekwipaġġ tal-bastiment, għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-ewwel Stat Membru.

4. Persuna impjegata abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u li tkun rimunerata għal dan l-impjieg minn intrapriża jew persuna li l-uffiċċju rreġistrat tagħ-hajew il-post tan-negozju tagħha jkun jinsab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandha tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat ta' l-aħħar jekk hija tkun residenti fit-territorju ta' dak l-Istat; l-intarpriża jew il-persuna li tkun qiegħda tħallas ir-rimunerazzjoni għandha tkun meqjusa bħala s-sid tax-xogħol għall-iskopijiet tal-leġislazzjoni msemmija.

L-Artikolu 14ċ

1. Regoli speċjali applikabbli għal persuni impjegati simultanjament fit-territorji ta' Stat Membru u li jaħdmu għal rashom fit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Persuna li tkun impjegata fl-istess ħin fit-territorju ta' Stat Membru wieħed u li taħdem għal rasha fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandha tkun soġġetta:

(a) għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija tkun ingaġġata f'impjieg imħallas, soġġetta għas-sottoparagrafu (b);

(b) fil-każijiet li hemm referenza għalihom fl-Anness VII, għal-leġislazzjoni ta' kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-attività imwettqa fit-territorju tiegħu.

2. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sottoparagrafu (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti f'Regolament li għandu jiġi adottat mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 14d

Dispożizzjonijiet mixxelanji

1. Il-persuna li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 14(2) u (3), fl-Artikolu 14a (2), (3) u (4) u fl-Artikolu 14ċ(1)(a) għandha tiġi ttrattata, għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni stabbilita bi qbil ma' dawn id-dispożizzjonijiet, bħallikieku hija wettqet l-attività jew l-attivitajiet professjonali tagħha kollha fit-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' Stat Membru li taħthom pensjonant li jkun qiegħed iwettaq attività professjonali jew attività ta' negozju ma jkunx soġġett għal assigurazzjoni obbligatorja fir-rigward ta' din l-attività għandhom japplikaw ukoll għal pensjonant li l-pensjoni tiegħu ġiet akkwistata taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, sakemm il-persuna kkonċernata ma titlobx espressament li tkun hekk soġġetta billi tapplika għand l-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti ta' l-ewwel Stat Membru u msemmija fl-Anness 10 għar-Regolament li hemm referenza għalih fl-Artikolu 97."

9. L-Artikolu 15 (1) għandu jinbidel bis-segwenti:

"1. L-Artikoli 13 sa 14d ma għandhomx jgħoddu għal assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja sakemm, fir-rigward ta' waħda mill-friegħi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4, fi kwalunkwe Stat Membru, ma tkunx teżisti skema ta' l-assigurazzjoni volontarja biss."

10. L-Artikolu 17 għandu jinbidel bis-segwenti:

"L-Artikolu 17

Eċċezzjonijiet għall-Artikoli 13 sa 16

Żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati jew il-korpi maħturin minn dawk l-awtoritajiet jistgħu, bi ftehim komuni, jipprovdu għall-eċċezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 13 sa 16 fl-interessi ta' ċerti kategoriji ta' impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom, jew ta' ċerti persuni bħal dawn."

11. L-Artikolu 18(2), fil-ħames linja, "ħaddiem ikkonċernat" għandha tinbidel b' "persuna kkonċernata".

12. Fl-intestatura tat-Taqsima 2, "Ħaddiema" għandha tinbidel b' "Persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom".

13. Fl-ewwel linja ta' l-Artikolu 19(1), "Ħaddiem" għandha tinbidel b' "Persuna impjegata jew li taħdem għal rasha" u fit-tmien linja tat-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 19(2), "il-ħaddiem" għandha tinbidel b' "il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

14. Fil-ħames linja ta' l-Artikolu 20, "il-ħaddiem" għandha tinbidel b' "il-persuna kkonċernata".

15. Fl-ewwel linja ta' l-Artikolu 21(1), fit-tieni linja tat-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 21(2) u fl-ewwel linja ta' l-Artikolu 21(4), "il-ħaddiem" jew "ħaddiem" għandhom jinbidlu b' "il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha" jew "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha" skond xi jkun il-każ.

16. Fl-Artikolu 22:

(a) fl-ewwel linja tal-paragrafu 1, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha";

(b) fit-tieni linja ta' l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 3, "ta' ħaddiem" għandha tinbidel b' "ta' persuna impjegata jew li taħdem għal rasha";

(ċ) fit-tielet linja tat-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 3 u fir-raba' linja ta' (a) fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 3, "il-ħaddiem" għandha tinbidel b' "il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha";

(d) fit-tieni linja tal-paragrafu 4, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

17. Fl-Artikolu 23, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu bis-segwenti:

"1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi li l-kalkolazzjoni ta' benefiċċji fi flus tkun ibbażata fuq il-qligħ medju, għandha tistabbilixxi qligħ medju bħal dan esklussivament b'referenza għall-qligħ konfermat bħala li kien ġie mħallas matul il-perjodi mitmuma taħt il-leġislazzjoni imsemmija.

2. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi li l-kalkolazzjoni ta' benefiċċji fi flus għandha tkun ibbażata fuq il-qligħ stabbilit, għandha tagħti każ esklussivament tal-qligħ stabbilit jew, fejn ikun xieraq, tal-qligħ medju stabbilit għall-perjodi mitmuma taħt il-leġislazzjoni imsemmija."

18. Fl-Artikolu 24(1):

- fl-ewwel linja, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

- fis-sitt linja "il-ħaddiem imsemmi" għandha tinbidel b' "il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha imsemmija".

19. Fl-Artikolu 25:

(a) fl-ewwel linja tal-paragrafu 1 "persuna mhux impjegata" għanda tinbidel b' "persuna mhux impjegata li qabel kienet impjegata jew li kienet taħdem għal rasha";

(b) fl-ewwel linja tal-paragrafu 2, "li qabel kienet impjegata u" għandhom jiġu miżjudin wara "Persuna totalment mhux impjegata".

20. Fl-ewwel linja ta' l-Artikolu 26(1) "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

21. L-Artikolu 34 għandu jinbidel bis-segwenti:

"L-Artikolu 34

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 28, 29 u 31, pensjonant li jkun qiegħed jirċievi żewġ pensjonijiet jew aktar dovuti taħt il-leġislazzjoni ta Stat Membru wieħed għandu jiġi meqjus bħala pensjonant intitolat li jieħu pensjoni taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed, fit-tifsira ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

2. L-Artikoli 27 sa 33 ma għandhomx jgħoddu għal pensjonant jew għall-membri tal-familja tiegħu li jkunu intitolati għall-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru bħala riżultat tat-twettieq ta' attività professjonali jew tan-negozju. F'każ bħal dan, il-persuna kkonċernata, għandha, għall-iskopijiet ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu, tiġi meqjusa bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha jew bħala membru tal-familja ta' persuna impjegata jew li taħdem għal rasha."

22. Fl-Artikolu 35:

(a) Il-Paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu bis-segwenti:

"1. Soġġett għall-paragrafu 2, fejn il-leġislazzjoni tal-pajjiz fejn wieħed ikun qiegħed jew ikun jgħix ikun fiha bosta skemi ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard jew tal-maternità id-dispożizzjonijiet applikabbli taħt l-Artikoli 19, 21(1), 22, 25, 26, 28(1), 29(1) jew 31 għandhom ikunu dawk ta' l-iskema li tkopri ħaddiema manwali fl-industrija tal-azzar. Fejn, madanakollu, il-leġislazzjoni msemmija tkun tinkludi skema speċjali għall-ħaddiema fil-minjieri u intrapriżi simili, id-dispożizzjonijiet ta' skema bħal din għandhom jgħoddu għal dik il-kategorija ta' ħaddiema u membri tal-familji tagħhom sakemm l-istituzzjoni tal-post fejn wieħed ikun qiegħed jew ikun jgħix, fejn tkun saret l-applikazzjoni, tkun kompetenti sabiex tamministra skema bħal din.

2. Meta l-leġislazzjoni tal-pajjiż fejn wieħed ikun qiegħed jew ikun residenti tkun tinkludi skema speċjali waħda jew aktar, li tkopri kull jew il-biċċa l-kbira tal-kategoriji ta' xogħol ta' persuni li jaħdmu għal rashom, li tagħti benefiċċji f'xorta inqas favorevoli minn dawk mogħtija lill-persuni impjegati, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-persuna kkonċernata għall-membri tal-familja tagħha skond l-Artikolu 19(1)(a) u (2), l-Artikolu 22(1) taħt (i) u (3), l-Artikolu 28(1)(a) u l-Artikolu 31(a) għandhom ikunu dawk ta' l-iskema jew skemi stabbiliti mir-Regolament implimentattiv li hemm referenza għalih fl-Artikolu 97:

(a) meta, fl-Istat kompetenti, il-persuna kkonċernata tkun assigurata taħt skema speċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom li ukoll tagħti benefiċċji inqas favorevoli innatura minn dawk mogħtija lil persuni impjegati, jew

(b) meta persuna li tirċievi pensjoni waħda jew aktar tkun, taħt il-leġislazzjoni tal-pensjonijiet ta' l-Istat Membru jew Stati Membri kompetenti, intitolta biss għall-benefiċċji innatura provduti minn skema speċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom li tagħti ukoll benefiċċji inqas favorevoli innatura minn dawk mogħtija lill-persuni impjegati.';"

(b) il-paragrafi 2 u 3 għandhom isiru paragrafi 3 u 4 rispettivament;

(ċ) fir-raba' linja tal-paragrafu 3 ġdid, "ħaddiema" għandha tinbidel b' "persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom".

23. Fl-intestatura tat-Taqsima 1, il-Kapitolu 2 tat-Titolu III, il-kelma "ħaddiema" għandha tinbidel b' "persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom".

24. Fl-Artikolu 37:

(a) fl-ewwel linja tal-paragrafu 1, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha";

(b) fl-ewwel linja tal-paragrafu 2, "L-Anness III" għandu jinbidel b' "L-Anness IV".

25. (a) L-Artikolu 38(2) għandu jaqra kif segwit:

"2. Meta l-leġislazzjoni ta' Stat Membru tagħmel l-għoti ta' ċerti benefiċċji fuq il-kondizzjoni tal-perjodi ta' l-assigurazzjoni li jkunu ġew mitmuma biss f'okkupazzjoni li tkun soġġetta għal skema speċjali għal persuni impjegati jew, fejn ikun xieraq, f'impjieg speċifiku, għandu jingħata każ ta' perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma taħt il-leġislazzjonijiet ta' Stati Membri oħra għall-għoti ta' dawn il-benefiċċji jekk mitmuma biss taħt skema li tikkorrispondi jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-istess okkupazzjoni jew, fejn ikun xieraq, fl-istess impjieg. Jekk, wara li jkunu ġew meqjusa l-perjodi b'hekk mitmuma, il-persuna kkonċernata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex tirċievi dawn il-benefiċċji, għandu jingħata kas ta' dawn il-perjodi għall-għoti tal-benefiċċji, taħt l-iskema ġenerali jew, fin-nuqqas ta' dan, taħt l-iskema applikabbli għall-ħaddiema manwali jew klerikali, kif xieraq.";

(b) il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

"3. Meta l-leġislazzjoni ta' Stat Membru tagħmel l-għoti ta' ċerti benefiċċji fuq il-kondizzjoni tal-perjodi ta' l-assigurazzjoni li jkunu ġew mitmuma biss f'okkupazzjoni soġġetta għal skema speċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom, għandu jingħata każ ta' perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma taħt il-leġislazzjonijiet ta' Stati Membri oħra għall-għoti ta' dawn il-benefiċċji jekk mitmuma biss taħt skema li tikkorrispondi jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-istess okkupazzjoni.

Jekk wara li jkunu ġew meqjusa l-perjodi b'hekk mitmuma, il-persuna kkonċernata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet sabiex tirċievi dawn il-benefiċċji, għandhom jitqiesu għall-għoti tal-benefiċċji dawn il-perjodi taħt l-iskema ġenerali jew, fin-nuqqas ta' dan, taħt l-iskema applikabbli għall-ħaddiema manwali jew klerikali, kif ikun addattat, sakemm dawn ikunu ġew mitmuma taħt skema għajr mill-iskema li tikkorrispondi msemmija hawn fuq u sakemm il-persuna kkonċernata kienet ukoll assigurata taħt din l-iskema ġenerali, jew, fin-nuqqas ta' dan, taħt l-iskema applikabbli għall-ħaddiema manwali jew klerikali kif addattat."

26. L-Artikolu 39(3) għandu jinbidel bis-segwenti:

"3. Persuna li ma tkunx intitolata għall-benefiċċji taħt il-paragrafu 1 għandha tirċievi l-benefiċċji li għalihom hija tkun għadha intitolata taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, b'konsiderazzjoni, fejn ikun addattat, għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 38."

27. Fl-intestatura ta' Sezzjoni 2, Kapitolu 2 tat-Titolu III, il-kelma "ħaddiema" għandha tinbidel b' "persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom".

28. Fl-Artikolu 40:

(a) fl-ewwel linja tal-paragrafu 1, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha";

(b) fl-ewwel linja tal-paragrafu 2, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha"; "L-Anness III" għandha tinbidel b' "L-Anness IV":

- fit-tielet linja,

- fl-aħħar linja ta' l-ewwel inċiż,

- fl-aħħar linja tat-tieni inċiż;

(ċ) fil-paragrafu 3 (a):

- fit-tieni linja, "L-Anness III" għandha tinbidel b' "L-Anness IV",

- fil-ħames linja, "fejn ħaddiem" għandha tinbidel b' "fejn persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

(d) fl-aħħar linja tal-paragrafu 4, "L-Anness IV" għandha tinbidel b' "L-Anness V".

29. Fl-Artikolu 41:

(a) fit-tieni linja tal-paragrafu 1 "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha":

(b) fl-aħħar linja tal-paragrafu 1(d)(iii), "L-Anness III" għandha tinbidel b' "L-Anness IV".

(ċ) fit-tieni linja tal-paragrafu 2, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

30. Fl-Artikolu 44:

(a) fit-titolu, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha";

(b) fl-ewwel linja tal-paragrafu 1, "ta' ħaddiem" għandha tinbidel b' "ta' persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

(ċ) fir-raba' linja tal-paragrafu 2, "il-ħaddiem" għandha tinbidel b' "il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

31. Fl-Artikolu 45:

(a) fl-intestatura, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha";

(b) fil-paragrafu 2:

- fit-tielet linja "biss" għandha tiġi miżjuda wara "mitmuma",

- fir-raba' linja "għal persuni impjegati" għandha tiġi miżjuda wara "skema speċjali";

(ċ) għandu jiġi miżjud il-paragrafu segwenti:

"3. Meta l-leġislazzjoni ta' Stat Membru tagħmel l-għoti ta' ċerti benefiċċji fuq il-kondizzjoni tal-perjodi ta' assigurazzjoni li jkunu ġew mitmuma biss f'okkupazzjoni soġġetta għal skema speċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom, għandhom jiġu meqjusa perjodi mitmuma taħt il-leġislazzjonijiet ta' Stati Membri oħra għall-għoti ta' dawn il-benefiċċji biss jekk ikunu mitmuma taħt skema li tikkorrispondi jew, fin-nuqqas ta' dan, fl-istess okkupazzjoni.

Jekk wara li jkunu ġew meqjusa l-perjodi hekk mitmuma, il-persuna kkonċernata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet sabiex tirċievi dawn il-benefiċċji, għandhom jitqiesu dawk il-perjodi għall-għoti tal-benefiċċji taħt l-iskema ġenerali jew, fin-nuqqas ta' dan, taħt l-iskema applikabbli għall-ħaddiema manwali jew klerikali, kif ikun addattat, sakemm dawn ikunu ġew mitmuma taħt skema għajr mill-iskema li tikkorrispondi msemmija hawn fuq u sakemm il-persuna konċernata kienet ukoll assikurata taħt din l-iskema ġenerali jew, fin-nuqqas ta' dan, taħt l-iskema applikabbli għall-ħaddiema manwali jew klerikali, kif ikun addattat.";

(d) il-paragrafu 3 għandu jsir il-paragrafu 4 u għandu jaqra kif ġej:

"4. Meta il-leġislazzjoni ta' Stat Membru li jagħmel l-għoti ta' benefiċċji fuq il-kondizzjoni li persuna impjegata li tkun soġġetta għal-leġislazzjoni tiegħu fiż-żmien meta jimmaterjalizza r-riskju ma jkollhiex ħtiġijiet dwar it-tul tal-perjodi ta' l-assigurazzjoni kemm għall-intitolament għall- jew kalkolazzjoni tal-benefiċċji, kwalunkwe persuna impjegata li ma tkunx soġġetta aktar għal dik il-leġislazzjoni għandha għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, tiġi meqjusa li tkun għadha hekk soġġetta fiż-żmien meta jimmaterjalizza r-riskju, jekk f'dak iż-żmien hija tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew, fin-nuqqas ta' dan, tista' tistabbilixxi talba għall-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor. Madanakollu, din l-aħħar kondizzjoni għandha tkun meqjusa li tkun ġiet sodisfatta fil-każ li għalih hemm referenza fl-Artikolu 48 (1).";

(e) għandhom jiġu miżjuda l-paragrafi segwenti:

"5. Il-paragrafu 4 għandu jgħodd għall-persuni li jaħdmu għal rashom sabiex jistabbilixxi jekk il-kondizzjonijiet għall-intitolament għall-benefiċċji għas-superstiti ikunux ġew issodisfati.

6. Meta l-leġislazzjoni ta' Stat Membru li jagħmel l-għoti ta' benefiċċji ta' l-invalidità fuq il-kondizzjoni li l-persuna kkonċernata li tkun soġġetta għal dik il-leġislazzjoni fiż-żmien meta jimmaterjalizza r-riskju ma jkollhiex ħtiġijiet dwar it-tul ta' perjodi ta' l-assigurazzjoni kemm għall-intitolament għall- jew għall-kalkolazzjoni ta' benefiċċji, kull persuna li taħdem għal rasha li ma tkunx soġġetta aktar għal dik il-leġislazzjoni għandha, għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, tkun meqjusa li tkun għadha soġġetta b'dan il-mod fiż-żmien meta jimmaterjalizza r-riskju, jekk f'dak iż-żmien hija tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor."

32. Fl-Artikolu 46:

(a) fl-ewwel linja ta' l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha";

(b) fl-ewwel linja tal-paragrafu 2 "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha";

(ċ) fis-sitt linja tal-paragrafu 2(a), "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

33. L-Artikolu 47(1) għandu jinbidel bis-segwenti:

"1. Għall-kalkolazzjoni ta' l-ammont teoretiku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 46(2)(a), għandhom jgħoddu r-regoli segwenti:

(a) meta, taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, il-benefiċċji jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-qligħ medju, kontribuzzjoni medja, żjieda medja jew fuq il-proporzjon li eżista, matul il-perjodi ta' l-assigurazzjoni, bejn il-qligħ gross ta' l-applikant u l-qligħ gross medju tal-persuni kollha assigurati għajr l-apprentisti, figuri medji jew proporzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti mill-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat biss fuq il-bażi tal-perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat imsemmi jew il-qligħ gross irċevut mill-persuna kkonċernata matul dawk il-perjodi biss;

(b) meta, taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, il-benefiċċji jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta' l-ammont ta' qligħ, kontribuzzjonijiet jew żjidiet, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat għandha tistabbilixxi l-ammont ta' qligħ, kontribuzzjonijiet jew żjidiet li għandhom jiġu meqjusa fir-rigward tal-perjodi ta' assigurazzjoni jew ta' residenza mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' Stati Membri oħra fuq il-bażi tal-qligħ medju, kontribuzzjonijiet jew żidiet irreġistrati fir-rigward tal-perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma taħt il-leġislazzjoni li hija tamministra;

(ċ) meta, taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, il-benefiċċji jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-qligħ stabbilit jew ta' ammont fiss, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat għandha tqis il-qligħ standard jew l-ammont fiss li għandu jitqies fir-rigward ta' perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza mitmuma taħt il-leġislazzjonijiet ta' Stati Membri oħra bħala li jkunu ugwali għall-qligħ stabbilit jew għall-ammont fiss jew, fejn ikun addattat, għall-medja tal-qligħ stabbilit jew l-ammont fiss li jikkorrispondi għall-perjodi ta' assigurazzjoni mitmuma taħt l-istess leġislazzjoni tiegħu;

(d) meta, taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, il-benefiċċji jiġu maħduma għal xi perjodi fuq il-bażi ta' l-ammont ta' dħul, u, għal perjodi oħra, fuq il-bażi tad-dħul stabbilit jew fuq ammont fiss, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat għandha, fir-rigward ta' perjodi ta' l-assigurazzjoni jew ta' residenza mitmuma taħt il-leġislazzjonijiet ta' Stati Membri oħra, tagħti każ tal-qligħ jew ta' l-ammonti fissi stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta' (b) jew (ċ) hawn fuq jew, kif ikun addattat, il-mejda ta' dan il-qligħ jew ta' l-ammonti fissi; meta l-benefiċċji jiġu maħduma fuq il-bażi tal-qligħ stabbilit jew ta' l-ammont fiss għall-perjodi kollha mitmuma taħt il-leġislazzjoni li hija tamministra, l-istituzzjoni kompetenti għandha tikkonsidra il-qligħ li għandu jitqies fir-rigward tal-perjodi ta' l-assigurazzjoni jew ta' residenza mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' Stati Membri oħra bħala li jkun ugwali għall-qligħ nazzjonali li jikkorrispondi għal-qligħ stabbilit jew għal ammont fiss."

34. Fl-ewwel linja ta' l-Artikolu 52, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

35. Fl-ewwel linja ta' l-Artikolu 53, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna kkonċernata".

36. Fl-ewwel linji tal-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 54, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

37. Fl-ewwel linja ta' l-Artikolu 55(1), "Ħaddiem" għandha tinbidel b' "Persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

38. L-Artikolu 58(1) u (2) għandu jinbidel bis-segwenti:

"1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi li l-kalkolazzjoni tal-benefiċċji fi flus għandha tkun ibbażata fuq il-qligħ medju għandha tistabbilixxi l-qligħ medju bħal dan esklussivament b'referenza għall-qligħ ikkonfermat bħala li kien ġie mħallas matul il-perjodi mitmuma taħt il-leġislazzjoni msemmija.

2. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tipprovdi li l-kalkolazzjoni tal-benefiċċji fi flus għandha tkun ibbażata fuq il-qligħ medju għandha tqis esklussivament il-qligħ stabbilit jew, fejn ikun addattat, il-qligħ medju stabbilit għall-perjodi mitmuma taħt il-leġislazzjoni msemmija."

39. L-Artikolu 60(1) għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

"1. Fil-każ ta' aggravazzjoni ta' marda relatata max-xogħol li għaliha, persuna impjegata jew li taħdem għal rasha tkun irċiviet jew tkun qiegħda tirċievi benefiċċju taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru, għandhom jgħoddu r-regoli segwenti:

(a) jekk il-persuna kkonċernata ma kenitx, waqt li kienet qiegħda tirċievi l-benefiċċji, involuta f'okkupazzjoni taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor li tista' tikkawża jew taggrava l-marda msemmija, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-ewwel Stat Membru għandha tkun marbuta li tidħol għall-ispejjeż tal-benefiċċji taħt id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni li hija tamministra filwaqt li jingħata kas ta' l-aggravazzjoni;

(b) jekk il-persuna konċernata, waqt li tkun qiegħda tirċievi l-benefiċċji, kienet involuta f'attività bħal din taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-ewwel Stat Membru għandha tkun marbuta li tidħol għall-ispejjeż tal-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni li hija tamministra mingħajr ma tagħti każ ta' l-aggravazzjoni; l-istituzzjoni kompetenti tat-tieni Stat Membru għandha tagħti suppliment lill-persuna kkonċernata, li l-ammont tiegħu għandu jkun daqs id-differenza bejn l-ammont ta' benefiċċji dovuti wara l-aggravazzjoni u l-ammont li kieku kien ikun dovut qabel l-aggravazzjoni taħt il-leġislazzjoni li hija tamministra jekk il-marda msemmija tkun seħħet taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru;

(ċ) jekk, fil-każ kopert bis-sottoparagrafu (b), persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li tkun qed tbati minn pneumokonjożi skleroġenika jew minn xi marda stabbilita taħt l-Artikolu 57(4) ma tkunx intitolata għall-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni tat-tieni Stat Membru, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-ewwel Stat Membru għandha tkun marbuta li tipprovdi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni li hija tamministra, waqt li tagħti kas ta' l-aggravazzjoni. L-istituzzjoni kompetenti tat-tieni Stat Membru għandha, madanakollu, tidħol għall-ispejjeż tad-differenza bejn l-ammont ta' benefiċċji fi flus kontanti, li jinkludu pensjonijiet, dovuti mill-istituzzjoni kompetenti ta' l-ewwel Stat Membru, waqt li tagħti kas ta' l-aggravazzjoni, u l-ammont tal-benefiċċji li jikkorrispondu li kienu dovuti qabel l-aggravazzjoni."

40. Fit-tielet linja ta' l-Artikolu 61(1), "ħaddiem" għandha tinbidel b' "il-persuna kkonċernata".

41. Fit-tielet linja ta' l-Artikolu 62 (1), "ħaddiema" għandha tinbidel b' "persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom".

42. Fl-ewwel linja ta' l-Artikolu 65 (1), "meta ħaddiem" għandha tinbidel b' "meta persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

43. Fl-Artikolu 67(1) u (2) il-kelmiet "mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor" għandhom jinbidlu bil-kelmiet "mitmuma bħala persuna impjegata taħt il-leġislazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor".

44. Fl-ewwel linja ta' l-Artikolu 69(1), "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

45. Fit-tieni linja tat-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 70(1), "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

46. Fl-Artikolu 71(1):

(a) fl-ewwel linja, "persuna mhux impjegata li" għandha tinbidel b' "persuna mhux impjegata li qabel kienet impjegata u li";

(b) fl-ewwel linja ta' (b)(i) u fl-ewwel linja ta' (b)(ii), "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata";

(ċ) fil-ħdax-il linja ta' (b)(ii), "ħaddiem tali" għandha tinbidel b' "persuna impjegata bħal din".

47. Fit-Titolu III:

(a) it-Titolu tal- Kapitolu 7 għandu jinbidel bis-segwenti:

"BENEFIĊĊJI TAL-FAMILJA U ALLOWANCES TAL-FAMILJA";

(b) it-Titolu tat-Taqsima 1 tal- Kapitolu 7 għandu jinbidel bis-segwenti:

"Dispożizzjoni komuni għall-benefiċċji ta' persuni impjegati, li jaħdmu għal rashom jew li mhumiex impjegati";

(ċ) fit-titolu tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 7 "Ħaddiema u ħaddiema mhux impjegati" għandhom jinbidlu b' "Persuni impjegati jew mhux impjegati".

48. It-titolu ta' l-Artikolu 72 għandu jaqra "Aggregazzjoni ta' perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew xogħol għal rasha'" u, fl-Artikolu innifsu "perjodi ta' assigurazzjoni jew ta' impjieg" għandhom jinbidlu b' "perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew xogħol għal rasha".

49. Fl-Artikolu 73:

(a) it-titolu għandu jinbidel bis-segwenti:

"Persuni impjegati";

(b) fl-ewwel linja taż-żewġ paragrafi 1 u 2 fis-sitt linja tal-paragrafu 2, "ħaddiem" għandha tinbidel b' "persuna impjegata";

(ċ) il-paragrafu 3 għandu jinbidel bis-segwenti:

"3. Madanakollu, persuna impjegata li tkun soġġetta għal-leġislazzjoni Franċiża bis-saħħa ta' l-Artikolu 14(1) għandha tkun intitolata għall-benefiċċji tal-familja stabbiliti fl-Anness VI fir-rigward ta' membri tal-familja tagħha li jakkompanjawha fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn tkun qiegħda taħdem."

50. Fl-ewwel linja ta' l-Artikolu 74(1) u fl-Artikolu 74(2), "persuna mhux impjegata li tieħu" għandhom jiġu sostitwiti b' "persuna mhux impjegata li qabel kienet impjegata u li tieħu".

51. Fl-Artikolu 75:

(a) fir-raba' linja tal-paragrafu 1(a), "il-ħaddiem" għandha tinbidel b' "il-persuna impjegata", u fis-seba' linja, "il-ħaddiem mhux impjegat" għandha tinbidel b' "il-persuna mhux impjegata",

(b) fit-tieni linja tal-paragrafu 2(b), "lill-ħaddiem" għandha tinbidel b' "lill-persuna impjegata".

52. Fl-Artikolu 78:

(a) fl-ewwel linja taż-żewġ paragrafi 2(a) u (b), "ħaddiem mejjet" għandha tinbidel bil-"persuna impjegata jew li taħdem għal rasha issa mejta";

(b) fit-tielet paragrafu 2(b)(ii), "ħaddiem mejjet", għandha tinbidel b' "il-mejjet".

53. Fl-Artikolu 79:

(a) il-paragrafu 1:

- fis-sitt linja ta' l-ewwel sottoparagrafu, il-kelma "ħaddiem" għandha tiġi mħassra,

- fir-raba' linja ta' (a) tat-tieni sottoparagrafu, għandhom jiġu mdaħħlin il-kelmiet "xogħol għal rasha" bejn "impjieg" u "jew residenza";

(b) fl-aħħar linja tal-paragrafu 2, "il-ħaddiem" għandha tinbidel b' "il-pensjonat jew il-mejjet";

(ċ) fl-aħħar linja ta' paagrafu 3, "tal-ħaddiem" għandha tinbidel b' "tal-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha".

54. Fl-Artikolu 89, "L-Anness V" għandha tinbidel b' "L-Anness VI".

55. Fl-Artikolu 93(2), fis-sitt linja ta' l-ewwel sottoparagrafu, "jew ta' l-impjegati tagħhom" għandha tinbidel b' "jew tal-persuni impjegati tagħhom". Fit-tielet linja tat-tieni sottoparagrafu, "jew l-impjegati tiegħu" għandha tinbidel b' "jew il-persuni impjegati tiegħu";

"

56. L-ANNESS I

PERSUNI KOPERTI BIR-REGOLAMENT

I. Persuni impjegati u / jew persuni li jaħdmu għal rashom

(L-Artikolu 1(a)(ii) u (iii) tar-Regolament)

A. IL-BELĠJU

Ma japplikax.

B. ID-DANIMARKA

1. Kull persuna li, mill-fatt li tkun qiegħda twettaq attività bħala persuna impjegata, tkun soġġetta għal-leġislazzjoni dwar aċċidenti fuq ix-xogħol u mardiet relatati max-xogħol, għandha tkun ikkunsidrata bħala persuna impjegata fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a)(ii) tar-Regolament.

2. Kull persuna li, bi qbil mal-liġi dwar benefiċċji fi flus ta' kuljum fil-każ ta' mard jew maternità tkun intitolata għal benefiċċji bħal dawn fuq il-bażi ta' dħul iggwadanjat minbarra mill-paga jew mis-salarju għandha tkun ikkunsidrata bħala persuna li taħdem għal rasha fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a) tar-Regolament.

Ċ. IL-ĠERMANJA

Jekk l-istituzzjoni kompetenti għall-għoti ta' benefiċċji tal-familja skond it-Titolu III, il-Kapitolu 7, tar-Regolament tkun istituzzjoni Ġermaniża, allura fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 1(a)(ii) tar-Regolament:

(a) "persuna impjegata" tfisser kwalunkwe persuna li tkun assikurata b'mod obbligatorju kontra n-nuqqas ta' impjieg jew kwalunkwe persuna li, bħala riżultat ta' din l-assigurazzjoni, tikseb benefiċċji fi flus taħt assigurazzjoni tal-mard jew benefiċċji komparabbli;

(b) "persuna li taħdem għal rasha" tfisser kwalunkwe persuna li tkun qiegħda twettaq attività ta' impjieg għal rasha li tkun marbuta:

- li tingħaqad, jew li tħallas kontribuzzjonijiet fir-rigward ta' l-assigurazzjoni tax-xjuħ fi skema għal persuni li jaħdmu għal rashom, jew

- li tingħaqad fi skema fl-istruttura ta' l-assigurazzjoni ta' pensjoni obbligatorja.

D. FRANZA

Ma japplikax.

E. IL-GREĊJA

1. Persuni assikurati taħt l-iskema OGA li jwettqu esklussivament attivitajiet bħala persuni impjegati jew li huma jew li kienu soġġetti għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor u li għaldaqstant huma jew kienu "ħaddiema" fit-tifsira ta' l-Artikolu 1 (a) tar-Regolament huma meqjusa bħala ħaddiema fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a)(iii) tar-Regolament.

2. Għall-iskopijiet ta' għoti ta' allowances nazzjonali għall-familji, persuni li saret referenza għalihom fl-Artikolu 1(a)(i) u (iii) tar-Regolament huma meqjusa bħala ħaddiema fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a)(ii) tar-Regolament.

F. L-IRLANDA

1. Kull persuna li tkun assikurata b'mod obbligatorju jew volontarju b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 5 u 37 ta' l-Att dwar l-Għajnuna Soċjali (Konsolidament) 1981 għandha tkun ikkunsidrata bħala persuna impjegata fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a)(ii) tar-Regolament.

2. Kull persuna li tkun qiegħda twettaq attività professjonali jew ta' negozju mingħajr kuntratt ta' impjieg jew li tkun irtirat minn attività bħal din għandha tkun ikkunsidrata bħala persuna li taħdem għal rasha fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a)(ii) tar-Regolament. Fir-rigward ta' benefiċċji għall-mard innatura, il-persuna kkonċernata għandha tkun ukoll intitolata għal benefiċċji bħal dawn taħt it-Taqsima 45 jew it-Taqsima 46 ta' l-Att dwar is-Saħħa 1970.

G. L-ITALJA

Ma japplikax.

H. IL-LUSSEMBURGU

Ma japplikax.

I. L-OLANDA

Kull persuna li tkun qiegħda twettaq attività jew li jkollha xogħol mingħajr kuntratt ta' impjieg għandha tkun ikkunsidrata bħala persuna li taħdem għal rasha fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a)(ii) tar-Regolament.

J. IR-RENJU UNIT

Kull persuna li tkun "impjegata li taħdem bi qligħ" jew "li taħdem għal rasha li taħdem bi qligħ" fit-tifsira tal-leġislazzjoni tal-Gran Brittanja jew tal-leġislazzjoni ta' l-Irlanda ta' Fuq għandha tkun meqjusa rispettivament bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a)(ii) tar-Regolament. Kull persuna li fir-rigward tagħha, huma pagabbli kontribuzzjonijiet bħala "persuna impjegata" jew "persuna li taħdem għal rasha" skond il-leġislazzjoni ta' Ġibiltà għandha tkun meqjusa rispettivament bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a)(ii) tar-Regolament.

II. Membri tal-familja

(L-Artikolu 1(f), it-tieni sentenza, tar-Regolament)

A. IL-BELĠJU

Ma japplikax.

B. ID-DANIMARKA

Għall-iskopijiet biex jiġi stabbilit l-intitolament għall-benefiċċji innatura skond l-Artikolu 22(1)(a) u l-Artikolu 31 tar-Regolament, "membru tal-familja" ifisser kwalunkwe persuna meqjusa bħala membru tal-familja taħt il-liġi dwar is-Servizz Pubbliku tas-Saħħa.

Ċ. IL-ĠERMANJA

Ma japplikax.

D. FRANZA

Ma japplikax.

E. IL-GREĊJA

Ma japplikax.

F. L-IRLANDA

Għall-iskopijiet biex jiġi stabbilit l-intitolament għall-benefiċċji innatura skond l-Artikolu 22(1)(a) u l-Artikolu 31 tar-Regolament, "membru tal-familja" ifisser kwalunkwe persuna impjegata jew li taħdem għal rasha għall-iskopijiet ta' l-Atti dwar is-Saħħa 1947 sa 1970.

G. ITALJA

Ma japplikax.

H. IL-LUSSEMBURGU

Ma japplikax.

I. L-OLANDA

Ma japplikax.

J. IR-RENJU UNIT

Għall-iskopijiet biex jiġi stabbilit l-intitolament għall-benefiċċji innatura skond l-Artikolu 22(1)(a) u 31 tar-Regolament, l-espressjoni "membru tal-familja" għandha tfisser:

(a) fir-rigward tal-leġislazzjoni kemm tal-Gran Brittanja u kemm ta' l-Irlanda ta' Fuq jew, skond il-każ, l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta' Fuq) 1975, u

(b) fir-rigward tal-leġislazzjoni ta' Ġibiltà, kull persuna meqjusa bħala dipendenti fit-tifsira ta' l-Ordinanza ta' l-Iskema Medika ta' Prattika fi Grupp 1973.

"

57. Fl-Anness II:

"

(a) L-ANNESS II

(L-Artikolu 1(u) tar-Regolament)

I. Allowances speċjali għat-twelid ta' tarbija esklużi mill-iskop tar-Regolament skond l-Artikolu 1(u)

"

;

(b) dan li ġej għandu jkun miżjud:

"II. Skemi speċjali għal persuni li jaħdmu għal rashom esklużi mill-iskop tar-Regolament skond l-Artikolu 1(j), it-tieni sottoparagrafu

A. IL-BELĠJU

Ma japplikax.

B. ID-DANIMARKA

Ma japplikax.

Ċ. IL-ĠERMANJA

I. Istituzzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u għajnuna (versicherungs- und versorgungswerke) għat-tobba, dentisti, kirurgi, veterinarji, spiżjara ikkwalifikati, avukati u konsulenti, aġenti diriġenti (Pantentanwälte), nutara pubbliċi, awdituri (Wirtshaftprüfer), konsulenti dwar it-taxxi (Steuerbevollmächtigte), piloti tal-baħar (Seelotsen) u periti, stabbiliti skond il-leġislazzjoni tal-Länder, u istituzzjonijiet oħra ta' l-assigurazzjoni u ta' l-għajnuna, b'mod partikolari fondi ta' għajnuna (Fürsorgeeinrichtungen) u s-sistema għal approporzjonar ta' onorarji estiżi (erweiterte Honorarverteilung).

D. FRANZA

1. Persuni li jaħdmu għal rashom barra l-qasam agrikolu:

(a) L-iskema supplimentari ta' l-assigurazzjoni tax-xjuħ u skemi ta' l-assigurazzjoni għall-invalidità u mewt għall-persuni li jaħdmu għal rashom, kif imsemmi fl-Artikoli L658, L 659, L663–11, L663–12, L682 u L6831 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali.

(b) Il-benefiċċji addizzjonali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 9 tal-Liġi Nru 66.509 tat-12 ta' Lulju 1966.

2. Persuni li jaħdmu għal rashom fl-agrikoltura:

It-tipi ta' assigurazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 1049 u 1234.19 tal-Kodiċi Rurali li jikkonċernaw min-naħa l-waħda, l-mard, il-maternità u x-xjuħija u, min-naħa l-oħra, l-aċċidenti fuq ix-xogħol u l-mard relatat max-xogħol ta' persuni li jaħdmu għal rashom fl-agrikoltura.

E. IL-GREĊJA

Ma japplikax.

F. L-IRLANDA

Ma japplikax.

G. L-ITALJA

Ma japplikax.

H. IL-LUSSEMBURGU

Ma japplikax.

I. L-OLANDA

Ma japplikax.

J. IR-RENJU UNIT

Ma japplikax."

58. Fil-Parti A, il-punt 7, IL-BELĠJU—IL-LUSSEMBURGU, ta' l-Anness III, it-test preżenti għandu jsir is-sottoparagrafu (a) u għandu jiġi mdaħħal is-segwenti:

"(b) Skambju ta' ittri ta' l-10 u tat-12 ta' Lulju 1968 dwar persuni li jaħdmu għal rashom."

59. Fl-Anness IV:

(a) punt A għandu jinbidel bis-segwenti:

"A. IL-BELĠJU

Il-leġislazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-iskema ta' l-invalidità ġenerali, għall-iskema ta' l-invalidità speċjali għall-ħaddiema li jaħdmu fil-minjieri u għall-iskema speċjali għall-baħħara fil-Forza Navali Merkantili u l-leġislazzjoni dwar l-assigurazzjoni kontra inkapaċità għax-xogħol għall-persuni li jaħdmu għal rashom."

(b) Punt D għandu jinbidel bis-segwenti:

"D. FRANZA

1. Persuni impjegati

Kull leġislazzjoni dwar l-assigurazzjoni għall-invalidità, minbarra l-leġislazzjoni li tikkonċerna l-assigurazzjoni għall-invalidità ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema li jaħdmu fil-minjieri.

2. Persuni li jaħdmu għal rashom

Il-leġislazzjoni dwar l-assigurazzjoni għall-invalidità għal persuni li jaħdmu għal rashom."

"

60. L-ANNESS VI

(L-Artikolu 89 tar-Regolament)

Proċeduri speċjali għall-applikazzjoni ta' leġislazzjonijiet ta' ċerti Stati Membri

A. IL-BELĠJU

1. Persuni li l-intitolament tagħhom għall-benefiċċji innatura ta' l-assikurazzjoni għall-mard joħroġ mid-dispożizzjonijiet ta' l-iskema obbligatorja Belġjana għall-mard u l-invalidità applikabbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom għandhom ikunu eliġibbli taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, il-Kapitolu 1, tar-Regolament, inkluż l-Artikolu 35(1) taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) fil-każ illi huma jkunu jirresjedu temporanjament fit-territorju ta' Stat Membru minbarra fil-Belġju, il-persuni kkonċernati għandhom ikunu intitolati:

(i) għall-benefiċċji innatura li għalihom hemm provdut taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' residenza temporanja fir-rigward ta' kura fi sptar;

(ii) għal rimborż fir-rigward ta' benefiċċji oħra innatura li għalihom hemm provdut taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat ta' residenza temporanja;

(b) fil-każ li huma jkunu jirresjedu b'mod permanenti fit-territorju ta' Stat Membru minbarra fil-Belġju, il-persuni kkonċernati għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji innatura li għalihom hemm provdut taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru ta' residenza permanenti basta huma jħallsu lill-istituzzjoni relevanti Belġjana il-kontribuzzjoni addizzjonali xierqa li għalihom hemm provdut taħt ir-regolamenti Belġjani.

2. Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 7 u 8 tat-titolu III tar-Regolament mill-istituzzjoni kompetenti Belġjana, tfal għandhom jiġu meqjusa li trabbew fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu joqogħdu.

3. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 46(2) tar-Regolament, perjodi ta' l-assigurazzjoni tax-xjuħ mitmuma taħt il-leġislazzjoni Belġjana qabel l-1 ta' Jannar 1945 għandhom jiġu meqjusa wkoll bħala perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma taħt il-leġislazzjoni Belġjana dwar l-iskema ġenerali ta' l-invalidità u l-iskema tal-baħħara.

4. Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 40(3)(a)(ii), għandu jingħata biss każ tal-perjodi li matulhom il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha ma kenitx kapaċi taħdem fit-tifsira tal-leġislazzjoni Belġjana.

5. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 46(2) tar-Regolament, perjodi ta' l-assigurazzjoni tax-xjuħ mitmuma minn persuni li jaħdmu għal rashom taħt il-leġislazzjoni Belġjana qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġislazzjoni dwar l-inkapaċità għax-xogħol ta' persuni li jaħdmu għal rashom, għandhom jiġu meqjusa bħala perjodi mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' l-aħħar.

6. Sabiex jiġi stabbilit jekk il-ħtiġiet imposti mil-leġislazzjoni Belġjana għall-intitolament għal benefiċċji ta' nuqqas ta' impjieg humiex sodisfatti, għandu jingħata kas tal-ġranet aċċettati bħala ekwivalenti fit-tifsira tal-leġislazzjoni msemmjia biss safejn il-ġranet maħduma ta' qabilhom kienu ġranet ta' impjieg bi ħlas.

B. ID-DANIMARKA

1. Għandu jingħata kas tal-perjodi mitmuma ta' l-assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal ras dak li jkun fi Stat Membru minbarra d-Danimarka għad-dħul għal sħubija ta' fond ta' assigurazzjoni għal nuqqas ta' impjieg approvat bl-istess mod bħallikieku huma kienu perjodi ta' impjieg jew ta' xogħol għal rasha magħmul fid-Danimarka.

2. Persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom, applikanti għall-pensjonijiet u pensjonanti b'membri tal-familja tagħhom li saret referenza għalihom fl-Artikoli 19, 22(1) u (3), 25(1) u (3), 26(1), 28a, 29 u 31 tar-Regolament, residenti jew li joqogħdu fid-Danimarka għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji innatura fuq l-istess termini bħal dawk stabbiliti mil-leġislazzjoni Daniża għal persuni li d-dħul tagħhom ma jkunx aktar mil-livell indikat fl-Artikolu 3 tal-liġi Nru 311 tad-9 ta' Ġunju 1971 li jikkonċerna is-Servizz tas-Saħħa Pubblika, fejn l-ispejjeż tal-benefiċċji msemmija għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni ta' Stat Membru minbarra d-Danimarka.

3. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 1(1), Nru 2, tal-liġi dwar pensjonijiet u allowances għan-nisa romol ma humiex applikabbli għal persuni impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom jew għas-superstiti li r-residenza tagħhom tkun fit-territorju ta' Stat Membru minbarra tad-Danimarka.

4. Id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni Daniża li tirregola l-pensjonijiet għax-xjuħ u għan-nisa romol huma applikabbli għall-armla ta' persuna impjegata jew li taħdem għal rasha soġġetta għal-leġislazzjoni Daniża, ukoll jekk hija ma kenitx residenti fid-Danimarka.

5. It-termini tar-Regolament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli proviżjonali taħt il-Liġijiet Daniżi tas-7 ta' Ġunju 1972 dwar id-drittijiet għall-pensjoni ta' ċittadini Daniżi li għandhom ir-residenza effettiva tagħhom fid-Danimarka għall-perjodu speċifiku immedjatament qabel id-data ta' l-applikazzjoni. Madanakollu, pensjoni għandha tingħata taħt dawk il-kondizzjonijiet stabbiliti għal ċittadini Daniżi għal ċittadini ta' Stati Membri oħra li jkollhom ir-residenza effettiva tagħhom fid-Danimarka matul is-sena immedjatament ta' qabel id-data ta' l-applikazzjoni.

6. (a) Il-perjodi li matulhom ħaddiem tal-fruntiera li jkun qiegħed jirresjedi fit-territorju ta' xi Stat Membru minbarra d-Danimarka ikun wettaq l-attività tiegħu professjonali jew ta' negozju fid-Danimarka għandhom jiġu meqjusa bħala perjodi ta' residenza għall-iskopijiet tal-leġislazzjoni Daniża. L-istess għandu japplika għall-perjodi li fihom ħaddiem tal-fruntiera ikun kollokat għal jew sabiex jipprovdi servizzi fi Stat Membru minbarra fid-Danimarka.

(b) Il-perjodi li matulhom ħaddiem staġjonali li jkun qiegħed joqgħod fit-terriorju ta' Stat Membru minbarra fid-Danimarka ikun wettaq ix-xogħol tiegħu fid-Danimarka għandhom jiġu meqjusa bħala perjodi ta' residenza għall-iskopijiet tal-leġislazzjoni Daniża. L-istess japplika għall-perjodi li matulhom ħaddiem staġjonali ikun kollokat f'territorju ta' Stat Membru minbarra d-Danimarka.

7. Sabiex jiġi stabbilit jekk il-kondizzjonijiet ta' dritt għall-benefiċċji tal-maternità stabbiliti fil-Kapitolu 12 tal-Liġi dwar il-benefiċċji ta' kuljum fi flus għal mard jew maternità ikunux qegħdin jiġu ssodisfati fil-kas fejn il-persuna kkonċernata ma kenitx soġġetta għal-leġislazzjoni Daniża matul il-perjodu sħiħ li hemm referenza għalih fl-Artikolu 34(1) jew (2) tal-liġi imsemmija qabel:

(a) għandu jingħata każ tal-perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma, kif xieraq, taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru minbarra d-Danimarka, matul il-kors tal-perjodu ta' referenza msemmi li matulu, il-persuna kkonċernata ma kenitx soġġetta għal-leġislazzjoni Daniża, bħallikieku dawk il-perjodi mitmuma kienu taħt l-aħħar leġislazzjoni.

(b) il-persuna kkonċernata għandha tkun meqjusa bħala li tkun irċeviet matul il-perjodi meqjusa, salarju medju daqs is-salarju medju konfermat li ġie mħallas matul il-perjodi mitmuma taħt il-leġislazzjoni Daniża għall-perjodu ta' referenza imsemmi.

8. Għall-iskop li jiġi applikat l-Artikolu 12(2) tar-Regolament għal-leġislazzjoni Daniża, pensjonijiet ta' l-invalidità, tax-xjuħ u tan-nisa romol għandhom ikunu meqjusa bħala benefiċċji ta' l-istess xorta.

9. Għall-iskop li jiġi applikat l-Artikolu 67 tar-Regolament, il-benefiċċji għal nuqqas ta' impjieg għall-persuni li jaħdmu għal rashom assikurati fid-Danimarka għandhom ikunu ikkalkolati skond il-leġislazzjoni Daniża.

Ċ. IL-ĠERMANJA

1. (a) Meta ma jkun sar ebda provdiment taħt il-leġislazzjoni Ġermanza għall-assigurazzjoni għall-aċċidenti, istituzzjonijiet Ġermaniżi għandhom jipprovdu wkoll kumpens, skond dik il-leġislazzjoni, għall-aċċidenti fuq ix-xogħol (u mard relatat mal-post tax-xogħol) li seħħew f'Alsace-Lorraine qabel l-1 ta' Jannar 1919, li r-responsabbilità għall-ispejjeż tagħhom ma ġietx merfugħa mill-istituzzjonijiet Franċizi b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Lega tan-Nazzjonijiet tal-21 ta' Ġunju 192 (Reichsgestzblatt, p.1289), fejn il-persuna kkonċernata jew is-superstiti jkunu residenti fi Stat Membru;

(b) id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament ma għandhomx jaffetwaw id-dispożizzjonijiet li taħthom aċċidenti (u mard relatat mal-post tax-xogħol) li jkunu seħħew barra it-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, u perjodi mitmuma barra dak it-territorju, ma joħolqux il-ħtieġa għal ħlas ta' benefiċċji, jew joħolqu ħtieġa biss għal ħlas ta' benefiċċji taħt ċerti kondizzjonijiet, meta dawk intitolati għalihom ikunu joqogħdu barra t-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

2. (a) Sabiex jiġi stabbilit jekk perjodi meqjusa mil-leġislazzjoni Ġermaniza bħala perjodi interotti (Aufallzeiten) jew perjodi supplimentari (Zurechnugszeiten) għandux jingħata każ tagħhom bħala tali, kontribuzzjonijiet obbligatorji imħallsin taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor u assigurazzjoni taħt skema ta' assigurazzjoni ta' Stat Membru ieħor għandhom jiġu ttrattati bħala kontribuzzjonijiet obbligatorji imħallsin taħt il-leġislazzjoni Ġermaniża u bħala assigurazzjoni taħt skema ta' l-assigurazzjoni għall-pensjoni Ġermaniza.

Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-assigurazzjoni tax-xjuħ għall-bdiewa tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jew għall-iskemi speċjali li tikkorrispondi fl-Istati Membri l-oħra.

Meta jkun qiegħed jiġi kkalkolat in-numru ta' xhur kalendarji li jkunu għaddew bejn id-data tad-dħul fl-iskema ta' l-assigurazzjoni u l-materjalizzazzjoni tar-riskju, perjodi meqjusa taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membu ieħor li jaqgħu bejn dawk iż-żewġ dati ma għandhomx jiġu meqjusa, lanqas ma għandhom jiġu meqjusa il-perjodi li matulhom il-persuna kkonċernata kienet qiegħda tirċievi pensjoni;

(b) id-dispożizzjonijiet tas- sottoparagrafu (a) ma għandhomx japplikaw għall-perjodu imwaqqaf standard (pauschale Ausfallzeit). Dan għandu jkun stabbilit esklussivament fuq il-bażi ta' perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma fil-Ġermanja;

(ċ) li jingħata kas ta' perjodu supplimentari (Zurechnungazeit) b'konformita mal-leġislazzjoni Ġermaniża dwar l-assigurazzjoni tal-pensjoni għall-ħaddiema li jaħdmu fil-minjieri għandu, barra minn hekk, ikun soġġett għall-kondizzjoni li l-aħħar kontribuzzjoni imħallsa taħt leġislazzjoni Ġermaniża kienet imħallsa fl-assigurazzjoni għall-pensjoni ta' ħaddiema li jaħdmu fil-minjieri;

(d) għall-iskop li jingħata każ tal-perjodi sostituti Ġermaniżi (Ersatzzeiten) biss il-leġislazzjoni Ġermaniża għandha tgħodd;

(e) permezz ta' deroga mid-dispożizzjoni stabbilita fis-sottoparagrafu (d), id-dispożizzjoni segwenti għandha tapplika għall-persuni assikurati taħt l-iskema ta' l-assigurazzjoni għall-pensjoni Ġermaniża li kienu residenti f'territorji Ġermaniżi taħt l-amministrazzjoni ta' l-Olanda matul il-perjodu l-1 ta' Jannar 1948 sal-31 ta' Lulju 1963 għall-iskop li jingħata każ tal-perjodi sostituti Ġermaniżi (Ersattzzeiten) fit-tifsira ta' Artikolu 1251(2) tal-liġi Ġermaniża dwar is-sigurtà soċjali (RVO) jew dispożizzjonijiet li tikkorrispondi, ħlas ta' kontibuzzjonijiet għal skemi ta' l-assigurazzjoni ta' l-Olanda matul dak il-perjodu għandhom jiġu ttrattati daqs li kieku kienu impjegati jew kienu wettqu attività li taqa' taħt assigurazzjoni obbligatorja fit-tifsira tal-leġislazzjoni Ġermaniża.

3. Fejn ikunu kkonċernati il-pagamenti li għandhom isiru f'fondi Ġermaniżi ta' l-assigurazzjoni għall-mard, il-ħlas obbligatorju tal-kontribuzzjonijiet li sar referenza għalihom fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament għandu jkun sospiż sakemm tittieħed deċiżjoni li tikkonċerna talbiet għall-pensjoni.

4. Sabiex jiġi stabbilit jekk tifel jew tifla humiex qegħdin jirċievu pensjoni ta' l-iltima, ir-riċeviment ta' wieħed mill-benefiċċji li sar referenza għalih fl-Artikolu 78 jew ta' benefiċċju tal-familja ieħor mogħti taħt il-leġislazzjoni Franċiża għal minuri li jkun qiegħed jgħix fi Franza għandu jiġi ttratat bħala r-riċeviment ta' pensjoni ta' l-iltima taħt il-leġislazzjoni Ġermaniża.

5. Jekk l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew ta' Regolamenti sussegwenti dwar is-sigurtà soċjali tinvolvi spejjeż eċċezzjonali għal ċerti istituzzjonijiet ta' l-assigurazzjoni għall-mard, spejjeż bħal dawn jistgħu ikunu rimburżati b'mod parzjali jew totali. Il-Federazzjoni Nazzjonali ta' Fondi għall-Mard Lokali, fil-funzjoni tagħha bħala korp ta' kollegament (assigurazzjoni għall-mard) għandha tiddeċiedi dwar rimborż bħal dan bi ftehim komuni ma' l-Assoċjazzjonijiet Ċentrali l-oħra tal-Fondi għall-Mard. Ir-riżorsi meħtieġa biex isir dan ir-rimborż għandhom ikunu provduti b'taxxi imposti fuq l-istituzzjonijiet ta' assigurazzjoni għall-mard kollu fi proporzjon man-numru medju ta' membri matul is-sena ta' qabel, li jinkludu l-persuni irtirati.

6. Għall-iskopijiet tar-Regolament, il-ħlas f'somma globali sabiex jittieħed kors ta' trattament mediku fl-okkażżjoni ta' konfinament mogħti taħt leġislazzjoni Ġermaniża lil nisa assigurati u lill-membri tal-famlji ta' persuni assikurati għandu jkun meqjus bħala benefiċċju in natura.

7. L-Artikolu 1233 tal-kodiċi ta' assigurazzjoni (RVO) u l-Artikolu 10 tal-liġi dwar l-assigurazzjoni għall-persunal klerikali (AVG), kif emendati bil-liġi riformattiva dwar il-pensjoni tas-16 ta' Ottubru 1972, li tirregola l-assigurazzjoni volontarja taħt skemi Ġermaniżi ta' assigurazzjoni ta' pensjoni, għandhom japplikaw għal ċittadini ta' l-Istati Membri l-oħra u għall-persuni mingħajr stat u refuġjati li jkunu qegħdin igħixu fit-territorju ta' l-Istati Membri l-oħra, skond ir-regoli li ġejjin: Fejn il-kondizzjonijiet ġenerali huma sodisfatti, il-kontibuzzjonijiet volontarji għall-iskema Ġermaniża ta' assigurazzjoni għall-pensjoni jistgħu jitħallsu:

(a) jekk il-persuna konċernata jkollha id-domiċilju jew residenza tagħha fit-territorju tar-Republikka Federali tal-Ġermanja;

(b) jekk il-persuna konċernata jkollha id-domiċilju jew residenza tagħha fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u fi kwalunkwe żmien li qabel kien jappartjeni b'mod obbligatorju jew b'mod volontarju għal skema Ġermaniża ta' l-assigurazzjoni għall-pensjoni.

(ċ) jekk il-persuna kkonċernata tkun ċittadin ta' Stat Membru ieħor, jkollha id-domiċilju jew residenza tagħha fit-territorju ta' tielet Stat u tkun ħallset kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni ta' pensjoni Ġermaniża għal mill-inqas 60 xahar, jew kienet eliġibbli għal assigurazzjoni volontarja taħt id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali li qabel kienu fis-seħħ u ma tkunx assikurata b'mod obbligatorju jew b'mod volontarju taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor.

8. Ir-Regolament ma għandux jaffetwa l-Artikolu 51a(2) tal-liġi għar-riforma tal-pensjoni għall-ħaddiema manwali (ArVNG) jew l-Artikolu 49a(2) tal-liġi għar-riforma tal-pensjoni għall-persunal klerikali (AnVNG), kif emendat bil-liġi għar-riforma tal-pensjoni tas-16 ta' Ottubru 1972. Il-persuni li taħt il-paragrafu 8 (b) u (ċ), jisgħtu jingħaqdu f'assigurazzjoni volontarja jistgħu iħallsu kontribuzzjonijiet biss fir-rigward ta' perjodi li għalihom huma ma jkunux għadhom ħallsu kontribuzzjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor.

9. Fejn l-ispejjeż ta' benefiċċji innatura li huma mogħtija minn istituzzjonijiet Ġermaniżi tal-post ta' residenza lill-pensjonanti jew membri tal-familja tagħhom li jkunu assikurati ma' istituzzjonijiet kompetenti ta' Stati Membri oħra għandhom jiġu rimborżati fuq il-bażi ta' somom sħaħ fix-xahar, spejjeż bħal dawn għandhom, għall-iskop ta' l-ugwaljanza finanzjarja fost istituzzjonijiet Ġermaniżi ta' l-assigurazzjoni tal-mard għall-pensjonanti, jiġu ttratati bħala nefqa fuq l-iskema Ġermaniża ta' l-assigurazzjoni tal-mard għall-pensjonanti. Is-somom sħaħ rimborżati lill-istituzzjonijiet Ġermanizi tal-post ta' residenza mill-istituzzjonijiet kompetenti ta' Stati Membri oħra għandhom ikunu meqjusa bħala rċevuti li għandhom jiġu meqjusa fl-ugwaljanza finanzjarja imsemmija qabel.

10. Fil-każ ta' persuni li jaħdmu għal rashom, l-għoti ta' assistenza għal nuqqas ta' impjieg (Arbeitslosenhilfe) għandu jkun fuq il-kondizzjoni li l-persuna kkonċernata kienet, qabel ma rraportat lilha nfisha bħala mhux impjegata, ħadmet għal sena l-aktar bħala persuna li taħdem għal rasha fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, u mhux sempliċiment li tkun ħalliet dak ix-xogħol b'mod temporanju.

11. Għandu jingħata każ tal-perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, taħt skema ta' l-assigurazzjoni speċjali tax-xjuħ għall-bdiewa jew jekk skema bħal din ma tkunx teżisti, bħala bdiewa taħt l-iskema ġenerali, biex jissodifaw il-kondizzjonijiet ta' tul minimu ta' l-assigurazzjoni mitlub għall-persuna biex tkun soġġetta għall-kontibuzzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 27 tal-ligi dwar assigurazzjoni tax-xjuħ għall-bdiewa (Gesetz über die Altershilfe dar Landwirte — GAL), dejjem sakemm:

(a) id-dikjarazzjoni li fuqha jkun ibbażat l-obbligu li jitħallsu l-kontribuzzjonijiet tkun ġiet imressqa fiż-żmien preskritt; u

(b) qabel tressaq id-dikjarazzjoni, il-persuna kkonċernata għandha tkun ġiet soġġetta l-aħħar għall-kontribuzzjoni taħt l-iskema ta' l-assigurazzjoni tax-xjuħ għall-bdiewa fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

12. Perjodi ta' l-assigurazzjoni obbligatorja mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, kemm taħt skema speċjali għal nies tas-sengħa jew, jekk skema bħal din ma tkunx teżisti, taħt skema speċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom jew taħt l-iskema ġenerali, huma magħduda lejn it-tmiem tal-216 xahar ta' l-assigurazzjoni obbligatorja mitluba biex jiġi stabbilit id-dritt għall-irtirar volontarju mill-iskema ta' l-assigurazzjoni għall-pensjoni għal nies tas-sengħa.

D. FRANZA

1. (a) L-allowance għal persuni impjegati xjuħ, flimkien ma' l-allowance għax-xjuħ li jaħdmu għal rashom, u l-allowance agrikolu tax-xjuħ għandhom ikunu mogħtija, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti għall-ħaddiema Franċiżi, għall-persuni kollha impjegati jew li jaħdmu għal rashom li jkunu ċittadini ta' Stati Membri oħra li fiż-żmien ta' meta għamlu t-talba tagħhom, kienu residenti fit-territorju Franċiż.

(b) l-istess għandu jgħodd għar-refuġjati, jew persuni mingħajr stat.

(ċ) id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ma għandhomx jaffetwaw id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni Franċiża li taħtha perjodi ta' xogħol bħala persuni impjegati jew perjodi ttrattati bħala tali biss jew, kif xieraq, perjodi ta' xogħol bħala persuni li jaħdmu għal rashom, persuni fit-territorju tad-Dipartimenti Ewropej u id-Dipartimenti Barranija (Guadaloupe, Guyana, Martinique u Reunion) tar-Repubblika Franċiża għandhom jiġu meqjusa għall-akkwist tad-dritt għall- allowance għall-persuni xjuħ impjegati.

2. L-allowance speċjali u indemnità kumulattiva li għalihom hemm provdut b'leġislazzjoni speċjali għas-sigurtà soċjali fil-minjieri għandhom ikunu pprovduti biss għall-ħaddiema impjegati fil-minjieri Franċiżi.

3. Il-liġi Nru 65-555 ta' l-10 ta' Lulju 1965 li tagħti lil ċittadini Franċiżi, li jkunu qegħdin iwettqu attività professjonali jew ta' negozju barra mill-pajjiż, id-dritt li jingħaqdu fi skema volontarja ta' l-assigurazzjoni tax-xjuħ, għandha tgħodd għal ċittadini ta' Stati Membri oħra taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- l-attività professjonali jew ta' negozju li tagħti lok għall-assigurazzjoni volontarja taħt is-sistema Franċiża ma għandhiex tkun imwettqa jew ma għandhiex tkun ġiet imwettqa, kemm fit-territorju Franċiż jew fit-territorju ta' l-Istat Membru li tiegħu il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha tkun ċittadina,

- il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha għandha tipprovdi evidenza, meta tagħmel it-talba tagħha, jew li ilha tgħix fi Franza għal mill-inqas 10 snin, kemm jekk konsekuttivi u kemm jekk le, jew li hija kienet kontinwament soġġetta għal-leġislazzjoni Franċiża fuq bażi obbligatorja jew ta' għażla għall-istess tul ta' żmien.

4. Fit-tifsira ta' l-Artikolu 73(3) tar-Regolament, l-espressjoni "benefiċċji tal-familja" għandhom jinkludu:

(a) allowances għal qabel it-twelid li għalihom hemm provdut fl-Artikolu L 516 tal-kodiċi tas-Sigurtà Soċjali;

(b) l-allowance tal-familja li għalih hemm provdut fl-Artikoli L 524 u L 531 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali;

(ċ) l-allowance kompensatorju għal taxxi skedati li għalihom hemm provdut fl-Artikolu L 532 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali;

Madanakollu dan il-benefiċċju jista' biss jitħallas jekk il-paga jew is-salarju riċevut matul il-perjodu tal-kollokazzjoni jkun soġġett għal taxxa fuq id-dħul fi Franza;

(d) l-allowance waħdieni tal-paga jew tas-salarju li għalih hemm provdut fl-Artikolu L 533 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali.

5. Għall-kalkolazzjoni ta' l-ammont tejoritiku li saret referenza għalih fl-Artikolu 46(2)(a) tar-Regolament, fi skemi li fihom il-pensjonijiet tax-xjuħ jiġu ikkalkolati fuq il-bażi ta' punti ta' l-irtirar, l-istituzzjoni kompetenti għandha tagħti każ, fir-rigward ta' kull waħda mis-snin ta' l-assigurazzjoni mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, in-numru ta' snin li wieħed jasal għalihom billi jiddividi in-numru ta' punti ta' l-irtirar akkwistati taħt il-leġislazzjoni li tapplika bin-numru ta' snin li jikkorrispondu ma' dawn il-punti.

E. IL-GREĊJA

1. Minkejja l-Anness I, it-Taqsima I, il-Parti E, il-punt 1, l-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament japplika għal persuna assigurata b'OGA li l-istat ta' saħħa tagħha jitlob il-ħtieġa ta' kura immedjata qabel ma tibda l-impjieg li hija tkun marret biex tibda fi Stat Membru minbarra l-Greċja.

2. L-Artikolu 10(1) tar-Regolament ma jaffetwax id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 2(4) tal-Liġi Dekretali Nru 4577/66 li biha il-pagament tal-pensjonijiet mogħtija minn IKA lil persuni ta' ċittadinanza jew oriġini Griega li jkunu ġejjin mill-Eġittu jew mit-Turkija jiġi sospiż jekk dak li jkun qiegħed jieħu l-pensjoni jgħix barra l-pajjiż mingħajr raġuni valida għal aktar minn sitt xhur.

F. L-IRLANDA

1. Persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom, persuni mhux impjegati, applikanti għal pensjoni u pensjonanti, flimkien ma' membri tal-familji tagħhom li saret referenza għalihom fl-Artikoli 19(1), 22(1) u (3), 25(1) u (3), 26(1), 28a, 29 u 31 tar-Regolament, residenti jew li jkunu qegħdin jgħixu fl-Irlanda, għandhom ikunu intitolati mingħajr ħlas għat-trattament mediku kollu ipprovdut bil-leġislazzjoni Irlandiża fejn l-ispiża ta' dan it-trattament titħallas mill-istituzzjoni ta' Stat Membru minbarra l-Irlanda.

2. Il-membri tal-familja ta' persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru minbarra l-Irlanda u li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti b'dik il-leġislazzjoni għall-intitolament għall-benefiċċji, wara li jkun ingħata każ, fejn xieraq, ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament, għandhom ikunu intitolati bla ħlas, jekk huma jkunu residenti fl-Irlanda, għat-trattament mediku kollu ipprovdut mil-leġislazzjoni Irlandiża.

L-ispiża ta' benefiċċji bħal dawn għandha titħallas mill-istituzzjoni li magħha, il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha tkun assigurata. Madanakollu, fejn il-konjuġi tal-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha jew il-persuna li tkun qiegħda tieħu ħsieb it-tfal tkun qiegħda twettaq attività professjonali jew ta' negozju fl-Irlanda, il-benefiċċji għall-membri tal-familja għandhom jibqgħu jitħallsu mill-istituzzjoni Irlandiża sal-punt li l-intitolament ta' benefiċċji bħal dawn jiġi mogħti biss taħt id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni Irlandiża.

3. Jekk persuna impjegata soġġetta għal-leġislazzjoni Irlandiża tkun ħalliet it-territorju ta' Stat Membru biex tipproċedi, fil-kors ta' l-impjieg tagħha, lejn it-territorju ta' Stat Membu ieħor u tkun ġarrbet aċċident qabel ma tasal hemm, l-intitolament tagħha għall-benefiċċju fir-rigward ta' l-aċċident imsemmi għandu jkun stabbilit:

(a) bħallikieku dan l-aċċident seħħ fit-territorju ta' l-Irlanda; u

(b) mingħajr ma jingħata kas tan-nuqqas tagħha mit-territorju Irlandiż, meta jiġi stabbilit jekk, bis-saħħa ta' l-impjieg tagħha, hija kenitx assigurata taħt il-leġislazzjoni imsemmija.

4. Għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12(2) tar-Regolament għal-leġislazzjoni Irlandiża, pensjonijiet ta' l-invalidità, tax-xjuħ u tan-nisa romol għandhom jiġu meqjusa bħala benefiċċji ta' l-istess xorta.

5. Għall-iskop tal-kalkolazzjoni tal-qligħ għall-għoti tal-benefiċċju li għandu x'jaqsam mal-paga li titħallas taħt il-leġislazzjoni Irlandiża b'benefiċċji għall-mard, maternità u nuqqas ta' impjieg, ammont daqs il-medja tal-paga fil-ġimgħa f'dik is-sena ta' persuni impjegati rġiel u nisa, kif applikabbli, għandu minkejja l-Artikoli 23(1) u 8(1) tar-Regolament, ikun akkreditat lill-persuna impjegata fir-rigward ta' kull ġimgħa ta' impjieg imwettqa bħala persuna impjegata taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor matul is-sena ta' taxxa ta' dħul rilevanti.

6. Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 40(3)(a)(ii), għandu jingħata każ ta' perjodi li matulhom il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha ma setgħetx taħdem fit-tifsira tal-leġislazzjoni Irlandiża.

7. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 44(2) persuna impjegata għandha tkun meqjusa li talbet espressament għall-posponiment ta' l-għoti ta' pensjoni tax-xjuħ li għaliha kienet tkun intitolata taħt il-leġislazzjoni ta' l-Irlanda jekk, fejn l-irtirar huwa kondizzjoni għar-riċeviment tal-pensjoni tax-xjuħ, hija ma kenitx irtirata.

8. Sa Diċembru 1983, għall-iskop li tiġi applikata il-leġislazzjoni Irlandiża għal benefiċċji minbarra benefiċċji tal-familja u benefiċċji għal mard u maternità innatura, perjodi minbarra perjodi magħmulin bħala persuna impjegata ma għandhomx ikunu komputati.

G. L-ITALJA

Xejn.

H. IL-LUSSEMBURGU

1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 94(2) tar-Regolament, il-perjodi ta' assigurazzjoni jew perjodi ittrattati bħala li ġew mitmuma qabel l-1 ta' Jannar 1946 taħt il-leġislazzjoni għall-assigurazzjoni ta' pensjoni ta' l-invalidità, tax-xjuħ jew mewt għandhom jiġu meqjusa biss għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' din il-leġislazzjoni sal-punt li d-drittijiet fil-proċess li jiġu akkwistati għandhom jinżammu sa l-1 ta' Jannar 1959 jew sussegwentement irkuprati skond dik il-leġislazzjoni biss, jew skond konvenzjonijiet bilaterali fis-seħħ jew li għandhom jiġu konklużi. Fejn japplikaw bosta konvenzjonijiet bilaterali, il-perjodi ta' l-assigurazzjoni jew perjodi ttrattati bħala li d-data tagħhom tmur l-iktar lura għandhom jiġu meqjusa.

2. Għall-iskop li tingħata l-parti fissa ta' pensjonijiet tal-Lussemburgu, il-perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma taħt il-leġislazzjoni tal-Lussemburgu minn persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom li ma jkunux residenti fit-territorju tal-Lussemburgu għandhom, mill-1 ta' Ottubru 1972, jiġu ttrattati bħala perjodi ta' residenza.

I. L-OLANDA

1. Assigurazzjoni għal spejjeż mediċi

(a) fir-rigward ta' l-intitolament għall-benefiċċji innatura, it-Titolu III, il-Kapitolu 1 tar-Regolament għandu japplika biss għall-persuni li jkunu intitolati għall-benefiċċji innatura permezz ta' l-assigurazzjoni obbligatorja, assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni tal-persuni xjuħ, liema skemi ta' l-assigurazzjoni huma koperti mil-liġi dwar fondi tal-mard (Ziekenfondswet).

(b) Persuna li tkun qiegħda tirċievi pensjoni tax-xjuħ taħt il-leġislazzjoni ta' l-Olanda u pensjoni taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor għandha, għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 27 u/jew l-Artikolu 28, tiġi kkunsidrata li tkun intitolata għall-benefiċċji innatura jekk, wara li jingħata kas ta' l-Artikolu 9, fejn xieraq, hija tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-ammissjoni fi skemi ta' l-assigurazzjoni għal mard ta' persuni xjuħ jew għall-iskemi ta' l-assigurazzjoni volontarja stabbiliti fil-liġi dwar il-fond ta' l-assigurazzjoni għall-mard (Ziekenfondswet).

Din id-dispożizzjoni tapplika ukoll għal mara miżżewġa li r-raġel tagħha jkun qiegħed jirċievi il-pensjoni tax-xjuħ għal persuni miżżewġin taħt il-leġislazzjoni ta' l-Olanda u jissodisfa il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-ammissjoni ta' skemi ta' assigurazzjoni għall-mard għal persuni xjuħ jew għal skemi ta' assigurazzjoni volontarja stabbiliti fil-liġi dwar fond ta' l-assigurazzjoni għall-mard.

(ċ) Persuna li tkun qiegħda tirċievi pensjoni tax-xjuħ taħt il-leġislazzjoni ta' l-Olanda li tkun residenti fi Stat Membru ieħor għandha, jekk hija tkun assigurata taħt l-iskemi ta' assigurazzjoni għal mard għal persuni xjuħ jew taħt skemi ta' assigurazzjoni volontarja stabbiliti fil-liġi dwar l-assigurazzjoni tal-fond għall-mard, tħallas għaliha nnifisha u, jekk xieraq, għall-membri tal-familja tagħha, kontribuzzjoni bbażata fuq nofs l-ispejjeż medji li wieħed jidħol fihom fl-Olanda għal trattament mediku għal persuna xiħa u membri tal-familja tagħha. Għandu jingħata tnaqqis ta' din il-kontribuzzjoni, l-ispejjeż tagħha jiġu mħallsa mill-iskema ta' assigurazzjoni obbligatorja kif ipprovdut fil-liġi dwar l-assigurazzjoni tal-fond għall-mard, li jikkorrispondi għal parti mit-tnaqqis, li l-ispejjeż tiegħu jiġu imħallsa mill-iskema imsemmija, li tingħata lill-persuni li jgħixu fl-Olanda li huma koperti mill-iskemi ta' l-assigurazzjoni għall-mard għal persuni xjuħ u li l-kontribuzzjonijiet tagħhom ikunu iffissati fuq l-istess bażi.

(d) Persuna li ma tkunx qiegħda tirċievi pensjoni tax-xjuħ taħt il-leġislazzjoni ta' l-Olanda u, jekk tkun miżżewġa, li l-konjuġi tagħha ma jkunx qiegħed jirċievi pensjoni tax-xjuħ taħt il-leġislazzjoni ta' l-Olanda, din għandha, jekk hija tgħix fi Stat Membru ieħor u jekk hija tkun assigurata taħt l-iskema ta' l-assigurazzjoni volontarja stabbilita fil-liġi dwar l-assigurazzjoni tal-fond għall-mard, tħallas għaliha nnifisha u, jekk xieraq, għal kull membu tal-familja tagħha li jkun laħaq l-età ta' 16-il sena ammont ta' kontribuzzjonijiet li jikkorrispondi għall-medja ta' kontribuzzjonijiet iffissati mill-fondi għall-mard fl-Olanda għall-persuni assigurati volontarjament fl-Olanda. Il-kontribuzzjoni għandha tkun miġjuba għall-eqreb multiplu ta' guilder wieħed.

2. Applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Olanda dwar assigurazzjoni ġenerali tax-xjuħ

(a) Perjodi ta' assigurazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 1957 li matulhom riċevitur, li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet li jippermettulu li jkollu perjodi bħal dawn ittrattati bħala perjodi ta' l-assigurazzjoni, ikunu għex fit-territorju ta' l-Olanda wara l-età ta' 15 jew li matulhom, waqt li kien qiegħed jgħix fit-territorju ta' Stat Membru ieħor huwa wettaq attività bħala persuna impjegata fl-Olanda għal sid ix-xogħol stabbilit f'dak il-pajjiż, għandhom jiġu meqjusa wkoll bħala perjodi mitmuma ta' l-assigurazzjoni fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Olanda għall-assigurazzjoni ġenerali tax-xjuħ.

(b) Perjodi li għandhom jiġu meqjusa f'konformità mas-sottoparagrafu (a) hawn fuq ma għandhomx jiġu meqjusa jekk huma jikkoinċidu ma' perjodi meqjusa għall-kalkolazzjoni tal-pensjoni pagabbli taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor fir-rigward ta' l-assigurazzjoni tax-xjuħ.

(ċ) Fir-rigward ta' mara miżżewġa li żewġha jkun intitolat għal pensjoni taħt il-leġislazzjoni ta' l-Olanda dwar assigurazzjoni ġenerali tax-xjuħ, perjodi taż-żwieġ qabel id-data meta hija tkun għalqet l-età ta' ħamsa u sittin sena u li matulhom hija kienet residenti fit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar għandhom jiġu meqjusa wkoll bħala perjodi ta' l-assigurazzjoni, sakemm dawk il-perjodi jikkoinċidu ma' perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma minn żewġha taħt il-leġislazzjoni u ma dawk li għandhom jiġu meqjusa f'konformità mas-sottoparagrafu (a).

(d) Perjodi li għandhom jiġu meqjusa f'konformità mas-sottoparagrafu (ċ) ma għandhomx jiġu meqjusa meta huma jikkoinċidu ma' perjodi meqjusin għall-kalkolazzjoni dwar l-assigurazzjoni tax-xjuħ ta' Stat Membru ieħor jew ma' perjodi li matulhom hija tkun irċeviet pensjoni tax-xjuħ f'konformità ma' leġislazzjoni bħal din.

(e) Fir-rigward ta' mara li tkun ilha miżżewġa u li żewgha kien soġġett għal-leġislazzjoni ta' l-Olanda dwar l-assigurazzjoni għax-xjuħ, jew li jkun meqjus li jkun temm perjodi ta' assigurazzjoni skond is-sottoparagrafu (a), id-dispożizzjonijiet taż-żewġ sottoparagrafi preċedenti għandhom japplikaw mutatis mutandis.

(f) Il-perjodi li saret referenza għalihom fis-sottoparagrafi (a) u (ċ) għandhom jiġu meqjusa biss għall-kalkolazzjoni tal-pensjoni tax-xjuħ jekk il-persuna kkonċernata kienet residenti għal sitt snin fit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar wara l-età ta' 59 sena u sa meta dik il-persuna tkun residenti fit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar.

3. Applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Olanda dwar l-assigurazzjoni ġenerali tan-nisa romol u ta' l-iltima

(a) Għall-iskopijiet tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 46(2) tar-Regolamanet, perjodi qabel l-1 ta' Ottubru 1959 li matulhom il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha kienet residenti fit-territorju ta' l-Olanda wara l-età ta' 15-il sena jew matul liema, waqt li kienet residenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, hija wettqet attività bħala persuna impjegata fl-Olanda għal sid tax-xogħol stabbilit f'dak il-pajjiż, għandhom jiġu meqjusa ukoll bħala perjodi ta' l-assigurazzjoni ġenerali għal nisa romol u għall-iltima.

(b) Perjodi li għandhom jiġu meqjusa f'konformità mad-dispożizzjonijiet tas-sottoparagrafu (a) ma għandhomx jiġu kkunsidarti fejn huma jikkoinċidu ma' perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor fir-rigward ta' pensjoni tas-superstiti.

4. Applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Olanda dwar l-assigurazzjoni kontra inkapaċità għax-xogħol

Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 46 (2) tar-Regolament, istituzzjonijiet ta' l-Olanda għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) jekk, meta jkun hemm inkapaċità għax-xogħol jew l-invalidità, il-persuna kkonċernata tkun persuna impjegata fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a) tar-Regolament, l-istituzzjoni kompetenti għandha tiffissa l-ammont ta' benefiċċji fi flus skond l-inkapaċità għax-xogħol (WAO), filwaqt li tagħti kas tal-:

- perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma taħt il-liġi msemmija hawn fuq tat-18 ta' Frar 1966 (WAO),

- perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma wara l-età ta' 15-il sena taħt il-liġi tal-11 ta' Diċembru 1975 dwar l-inkapaċità tax-xogħol (AAW), sakemm ma jkunux jikkoinċidu ma' perjodi ta' assigurazzjoni mitmuma mill-persuna kkonċernata taħt il-liġi msemmija hawn fuq tat-18 ta' Frar 1966 (WAO), u

- perjodi ta' xogħol imħallas u perjodi ekwivalenti mitmuma fl-Olanda qabel l-1 ta' Lulju 1967;

(b) jekk, meta jkun hemm inkapaċità għax-xogħol u invalidità, il-persuna kkonċernata ma tkunx persuna impjegata fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a) tar-Regolament, l-istituzzjoni kompetenti għandha tiffissa l-ammont ta' benefiċċji fi flus skond id-dispożizzjoni tal-liġi tal-11 ta' Diċembru 1975 dwar l-inkapaċità għax-xogħol (AAW), filwaqt li

- tagħti każ tal-perjodi ta' l-assigurazzjoni mitmuma mill-persuna kkonċernata wara l-età ta' 15-il sena taħt il-liġi msemmija hawn fuq tal-11 ta' Diċembru 1975 (AAW),

- perjodi ta' l-assigurazzjoni taħt il-liġi tat-18 ta' Frar 1966 dwar assigurazzjoni għal inkapaċità għax-xogħol (WAO), sakemm ma jkunux jikkoinċidu ma' perjodi ta' assigurazzjoni mitmuma taħt il-liġi msemmija hawn fuq tal-11 ta' Diċembru 1975 (AAW), u

- perjodi ta' xogħol imħallsin u perjodi ekwivalenti mitmuma fl-Olanda qabel l-1 ta' Lulju 1967.

5. Applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet transizzjonali

L-Artikolu 45(1) ma għandux japplika għall-komputazzjoni ta' l-intitolament għall-benefiċċji taħt id-dispożizzjonijiet transizzjonali tal-leġislazzjonijiet dwar assigurazzjoni ġenerali tax-xjuħija (l-Artikolu 46), dwar assigurazzjoni ġenerali ta' nisa romol u ta' l-iltima u dwar assigurazzjoni ġenerali ta' inkapaċità għax-xogħol.

J. IR-RENJU UNIT

1. Meta persuna li normalment tkun residenti f'Ġibiltà jew li kienet meħtieġa, minn meta hija waslet l-aħħar f'Ġibiltà, li tħallas kontribuzzjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Ġibiltà bħala persuna impjegata tapplika, bħala riżultat ta' l-inkapaċità għax-xogħol, maternità jew nuqqas ta' impjieg, għal eżenzjoni mill-pagament tal-kontribuzzjonijiet fuq ċertu perjodu, u titlob li l-kontribuzzjonijiet għal dak il-perjodu ikunu akkreditati lilha, kwalunkwe perjodu li matulu dik il-persuna kienet qiegħda taħdem fit-territorju ta' Stat Membru minbarra ir-Renju Unit għandu, għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tagħha, jiġi meqjus bħala perjodu li matulu hija kienet impjegata f' Ġibiltà u li għalih hija tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet bħala persuna impjegata skond il-leġislazzjoni ta' Ġibiltà.

2. Għall-iskopijiet tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, il-Kapitolu 3, tar-Regolament, fejn, skond il-leġislazzjoni tar-Renju Unit, mara li tapplika għal pensjoni tax-xjuħ:

(a) fuq il-bażi ta' l-assigurazzjoni ta' zewġha; jew

(b) fuq il-bażi ta' l-assigurazzjoni personali tagħha, u fejn, minħabba li ż-żwieġ intemm minħabba l-mewt tar-raġel, jew għal raġunijiet oħra, il-kontribuzzjonijiet imħallsin minn dan ta' l-aħħar, għandhom jiġu meqjusa, sabiex jiġu stabbiliti d-drittijiet tal-pensjoni,

kull referenza għall-perjodu ta' l-assigurazzjoni komplut minnha għandu jkun ikkunsidrat għall-iskopijiet biex tiġi stabbilita l-medja annwali tal-kontribuzzjonijiet imħallsin minn żewgha jew akkredati lilu, biex tiġi inkluża referenza għall-perjodu ta' l-assigurazzjoni komplut mir-raġel.

3. (a) Jekk il-benefiċċju għal nuqqas ta' impjieg ipprovdut taħt il-leġislazzjoni tar-Renju Unit jiġi imħallas lil persuna skond l-Artikolu 71(1)(a)(ii) jew (b)(ii) tar-Regolament, allura għall-iskop li jiġu ssodisfati il-kondizzjonijiet imposti mil-leġislazzjoni tar-Renju Unit fir-rigward tal-benefiċċju tat-tfal li jikkonċerna il-perjodu ta' preżenza fil-Gran Brittanja jew, kif jista' jkun il-każ, fl-Irlanda ta' Fuq, perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew xogħol indipendenti mitmuma minn dik il-persuna taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor għandhom ikunu meqjusa bħala perjodi ta' preżenza fil-Gran Brittanja jew, kif jista' jkun il-każ, fl-Irlanda ta' Fuq.

(b) Jekk skond it-Titolu II tar-Regolament, il-leġislazzjoni tar-Renju Unit tkun applikabbli fir-rigward ta' persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li ma tissodisfax il-kondizzjoni imposta mil-leġislazzjoni tar-Renju Unit fir-rigward tal-benefiċċju tat-tfal li jikkonċerna:

(i) il-preżenza fil-Gran Brittanja jew, kif jista' jkun il-każ, fl-Irlanda ta' Fuq, hija għandha tkun meqjusa, għall-iskop li tiġi ssodisfata kondizzjoni bħal din, bħala li tkun b'hekk preżenti;

(ii) perjodu ta' preżenza fil-Gran Brittanja, jew, kif jista' jkun il-każ, fl-Irlanda ta' Fuq, perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew xogħol indipendenti komplut mill-ħaddiem imsemmi taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor għandhom, għall-iskop li jiġu ssodisfati kondizzjonijiet bħal dawn, ikunu meqjusa bħala perjodi ta' preżenza fil-Gran Brittanja jew, kif jista' jkun il-każ, fl-Irlanda ta' Fuq.

(ċ) Fir-rigward ta' talbiet għall-allowances tal-familja taħt il-leġislazzjoni ta' Ġibiltà id-dispożizzjonijiet ta' qabel tas-sottoparagrafu (a) u (b) għandhom japplikaw bl-istess mod.

4. Kull persuna impjegata jew li taħdem għal rasha soġġetta għall-leġislazzjoni tar-Renju Unit skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament għandha tiġi meqjusa għall-iskopijiet ta' l-intitolament għall-allowance ta' attendenza:

(a) bħallikieku l-post tat-twelid tagħha kien fit-territorju tar-Renju Unit, jekk il-post tat-twelid tagħha jkun fit-territorju ta' Stat Membru ieħor; u

(b) bħallikieku hija kienet normalment residenti fir-Renju Unit u kienet hemm preżenti matul kwalunkwe perjodu ta' assigurazzjoni, impjieg jew xogħol għal rasha li hija setgħet wettqet fit-territorju jew taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor.

5. Fil-każ ta' persuna impjegata soġġetta għal-leġislazzjoni tar-Renju Unit li tkun vittma ta' aċċident wara li tkun ħalliet it-territorju ta' Stat Membru waqt li kienet tivvjaġġa, fil-kors ta' l-impjieg tagħha, lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor, iżda qabel ma tkun waslet hemm, l-intitolament tagħha għall-benefiċċji fir-rigward ta' dak l-aċċident għandhom jiġu stabbiliti:

(a) bħallikieku l-aċċident kien seħħ fit-territorju tar-Renju Unit; u

(b) għall-iskop sabiex jiġi stabbilit jekk hija kenitx impjegata bi qligħ taħt il-leġislazzjoni tal-Gran Brittanja jew il-leġislazzjoni ta' l-Irlanda ta' Fuq jew persuna impjegata taħt il-leġislazzjoni ta' Ġibiltà, billi ma jingħatax każ ta' l-assenza tagħha minn dawk it-territorji.

6. Ir-Regolament ma japplikax għal dawk id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tar-Renju Unit li huma maħsuba sabiex iġibu fis-seħħ kull ftehim dwar is-sigurtà soċjali konkluż bejn ir-Renju Unit u Stat terz.

7. Kull fejn ikun meħtieġ mil-leġislazzjoni tar-Renju Unit għall-iskopijiet sabiex jiġi stabbilit l-intitolament għall-benefiċċji, ċittadini ta' kwalunkwe Stat Membru imweldin fi Stat terz għandhom jiġu meqjusa bħala ċittadini tar-Renju Unit imweldin fi Stat terz.

8. Għall-iskopijiet tat-Titolu III, il-Kapitolu 3, tar-Regolament ma għandu jingħata ebda każ tal-kontribuzzjonijiet ikklassifikati imħallsin mill-persuna assigurata taħt il-leġislazzjoni tar-Renju Unit jew ta' benefiċċji kklassifikati għall-irtirar pagabbli taħt dik il-leġiżlazzjoni. L-ammont tal-benefiċċji kklassifikati gradwati għandu jkun magħdud ma' l-ammont tal-benefiċċju dovut taħt il-leġislazzjoni tar-Renju Unit kif stabbilit skond il-kapitolu imsemmi. It-total ta' dawn iż-żewġ ammonti għandu jikkostitwixxi il-benefiċċju attwalment dovut lill-persuna kkonċernata.

9. Għall-iskop li jiġi applikat l-Artikolu 12(2) tar-Regolament għal-leġislazzjoni tar-Renju Unit, pensjonijiet ta' l-invalidità, tax-xjuħ u ta' nisa romol għandhom jiġu meqjusa bħala benefiċċji ta' l-istess xorta.

10. Għall-iskop li jiġi applikat il-Benefiċċju ta' l-assigurazzjoni Soċjali Mhux Kontributorja u l-Ordinanza għan-Nuqqas ta' Impjieg (Ġibiltà) kwalunkwe persuna li għaliha huwa applikabbli dan ir-Regolament għandha tkun meqjusa li tkun domiċiljata f'Ġibiltà jekk hija tkun residenti fi Stat Membru.

11. Għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 10, 27, 28, 28a, 29, 30 u 31 tar-Regolament l-allowance għall-attendenza mogħti lill-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha taħt il-leġislazzjoni tar-Renju Unit għandu jkun ikkunsidrat bħala benefiċċju ta' l-invalidità.

12. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 10(1) tar-Regolament kwalunkwe benefiċjarju taħt il-leġislazzjoni tar-Renju Unit li jkun qiegħed joqgħod fit-territorju ta' Membru Stat ieħor għandu, matul dik il-permanenza, ikun ikkunsidrat bħallikieku kien residenti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.

13. (1) Għall-iskop li jiġi maħdum il-fattur ta' qligħ bil-għan li jiġi stabbilit id-dritt għall-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni tar-Renju Unit, soġġett għall-paragrafu 15, kull ġimgħa li matulha persuna impjegata jew li taħdem għal rasha kienet soġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor u li tkun bdiet matul is-sena ta' taxxa fuq id-dħul rilevanti fit-tifsira tal-leġislazzjoni tar-Renju Unit għandha tiġi kkunsidrata kif segwit:

(a) (i) għal kull ġimgħa ta' l-assigurazzjoni, impjieg, jew residenza bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata għandha titqies li tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet bħala impjegata bi qligħ fuq il-bażi ta' qligħ ekwivalenti għal żewġ terzi ta' l-ogħla limitu ta' qligħ ta' dik is-sena;

(ii) għal kull ġimgħa ta' l-assigurazzjoni, xogħol għal rasha jew residenza bħala persuna li tkun qiegħda taħdem għal rasha il-persuna kkonċernata għandha tiġi meqjusa bħala li tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet tat-2 Klassi bħala persuna li taħdem għal rasha bi qligħ;

(b) għal kull ġimgħa sħiħa li matulha hija tkun temmet perjodu ittrattat bħala perjodu ta' l-assigurazzjoni, impjieg għal rasha jew residenza, il-persuna kkonċernata għandha tkun meqjusa li kellha kontribuzzjoni akkreditata lilha, iżda biss sakemm ikun meħtieġ sabiex il-fattur ta' qligħ totali tagħha dik is-sena jinġieb għal-livell meħtieġ biex jagħmel dik is-sena, sena komputabbli fit-tifsira tal-leġislazzjoni tar-Renju Unit li tirregola l-akkreditar tal-kontribuzzjonijiet.

(2) Għall-iskop li fattur ta' qligħ jiġi maqlub f'perjodi ta' assigurazzjoni il-fattur ta' qligħ miksub fis-sena ta' taxxa fuq id-dħul rilevanti fit-tifsira tal-leġislazzjoni tar-Renju Unit għandu jkun diviż bil-limitu aktar baxx ta' qligħ ta' dik is-sena. Ir-riżultat għandu jkun imfisser bħala numru sħiħ, u kwalunkwe frazzjoni li jibqa' ma jingħatax każ tagħha. Il-figura hekk maħduma għandha tkun meqjusa bħala li tkun qiegħda tirrappreżenta in-numru ta' ġimgħat ta' l-assigurazzjoni mitmuma taħt il-leġislazzjoni tar-Renju Unit matul dik is-sena sakemm figura bħal din ma taqbiżx in-numru ta' ġimgħat li matulhom f'dik is-sena il-persuna kienet soġġetta għal dik il-leġislazzjoni.

14. Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 40(a)(iii), għandu jingħata biss każ ta' perjodi li matulhom il-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha kienet inkapaċi għax-xogħol fit-tifsira tal-leġislazzjoni tar-Renju Unit.

15. (1) Għall-iskop biex jiġi ikkalkolat taħt l-Artikolu 46(2)(a) tar-Regolament, l-ammont teoritiku ta' dik il-parti tal-pensjoni li tkun tikkonsisti minn komponent addizzjonali taħt il-leġislazzjoni tar-Renju Unit:

(a) l-espressjoni "qligħ, kontribuzzjonijiet jew żjidiet" fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament għandha tiġi interpretata bħala li tfisser ammonti żejda f'fatturi ta' qligħ kif definit fil-Att tal-Pensjonijiet tas-Sigurtà Soċjali 1975 jew, kif jista' jkun il-każ, l-Ordni tal-Pensjonijiet tas-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta Fuq) 1975;

(b) il-medja ta' l-ammonti żejda fil-fatturi ta' qligħ għandha tkun ikkalkolata skond l-Artikolu 47(1)(b) tar-Regolament kif interpretat fis-sottoparagrafu (a) hawn fuq billi jiġu diviżi l-ammonti żejda miġburin irreġistrati taħt il-leġislazzjoni tar-Renju Unit bin-numru ta' snin ta' taxxa fuq id-dħul fit-tifsira tal-leġislazzjoni tar-Renju Unit (li jinkludu l-partijiet minn snin ta' taxxa fuq id-dħul) mitmuma taħt dik il-leġislazzjoni mis-6 ta' April 1978 li jseħħu fil-perjodu rilevanti ta' l-assigurazzjoni.

(2) L-espressjoni "perjodi ta' l-assigurazzjoni jew ta' residenza" fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament għandha tkun interpretata, għall-iskop li jiġi stmat l-ammont ta' dik il-parti tal-pensjoni li tkun tikkonsisti minn komponent addizzjonali taħt il-leġislazzjoni tar-Renju Unit, bħala li tfisser il-perjodi ta' l-assigurazzjoni jew ta' residenza li ġew mitmuma mis-6 ta' April 1978.

""

61. L-ANNESS VII

(Implimentazzjoni tas-sottoparagrafu (b) ta' l-Artikolu 14ċ(1))

Każijiet li fihom persuna tkun simultanjament soġġetta għal-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri

1. Fejn hija tkun taħdem għal rasha fil-Belġju u impjegata bi qligħ fi kwalunkwe Stat Membru ieħor minbarra l-Lussemburgu. Għal-Lussemburgu l-iskambju ta' l-ittri ta' l-10 u t-12 ta' Lulju 1968 bejn il-Belġju u l-Lussemburgu għandu jkun applikabbli.

2. Fejn persuna residenti fid-Danimarka taħdem għal rasha fid-Danimarka u tkun impjegata bi qligħ fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.

3. Fejn hija taħdem għal rasha fil-biedja fil-Ġermanja u impjegata bi qligħ fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.

4. Fejn hija taħdem għal rasha fi Franza u impjegata bi qligħ fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.

5. Fejn hija taħdem għal rasha fil-biedja fi Franza u impjegata bi qligħ fil-Lussemburgu.

6. Fejn hija taħdem għal rasha fil-Greċja u impjegata bi qligħ fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.

7. Fejn hija taħdem għal rasha fl-Italja u impjegata bi qligħ fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.

"

L-Artikolu 2

1. L-ebda dritt ma għandu jkun miksub taħt dan ir-Regolament fir-rigward ta' perjodu qabel id-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ.

2. Il-perjodi kollha ta' l-assigurazzjoni, fejn xieraq, il-perjodi kollha ta' l-impjieg, ta' xogħol indipendenti ( self-employed) jew ta' residenza mitmuma taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament għandhom jiġu meqjusa għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-benefiċċji taħt dan ir-Regolament.

3. Soġġett għall-paragrafu 1, dritt għandu jkun miksub taħt dan ir-Regolament għalkemm għandu jkun relatat ma' kontinġenza li mmaterjalizzat qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

4. Kull benefiċċju li ma jkunx ġie mogħti jew li jkun ġie sospiż minħabba raġuni ta' ċittadinanza jew post ta' residenza tal-persuna kkonċernata għandu, malli ssir applikazzjoni mill-persuna kkonċernata jiġi mogħti jew jerġa' jidħol fis-seħħ b'effett mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm id-drittjiet stabbiliti qabel ma jkunux taw lok għal pagament ta' somma sħiħa.

5. Id-drittijiet tal-persuna li tkun ġiet mogħtija pensjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, malli ssir applikazzjoni mill-persuna kkonċernata, jistgħu jiġu riveduti, filwaqt li jiġu meqjusa id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-benefiċċji l-oħra li saret referenza għalihom fl-Artikolu 78 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71.

6. Jekk applikazzjoni li saret referenza għaliha fil-paragrafu 4 jew 5 tkun imdaħħla fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, id-drittijiet akkwistati taħt dan ir-Regolament għandu jkollhom effett minn dik id-data, u d-dispożizzjoni tal-leġislazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru li tikkonċerna t-telf jew limitazzjoni ta' drittijiet tista' ma tkunx invokata kontra l-persuni kkonċernati.

7. Jekk l-applikazzjoni li saret referenza għaliha fil-paragafu 4 jew 5 tkun imdaħħla wara li jkun għalaq il-perjodu ta' sentejn wara id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, drittijiet li ma jkunux intilfu jew li ma jkunux miżmuma b'limitazzjoni għandu jkollhom effett mid-data li fiha tkun ġiet imdaħħla l-applikazzjoni, minbarra fejn jgħoddu dispożizzjonijiet aktar favorevoli tal-leġislazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor.

L-Artikolu 3

Sakemm l-Istati Membri kkonċernati ma jiddeċidux mod ieħor, il-ftehim konklużi b'konformità ma' l-Artikolu 36(3), l-Artikolu 63(3) u l-Artikolu 70(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ma għandhomx jgħoddu għall-persuni li għalihom il-għan tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 kien ġie estiż bis-saħħa ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-seba' xahar wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tar-Regolament li jaddatta Regolament (KEE) Nru 574/72 [6] bil-għan li japplikah għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-familji tagħhom.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Mejju 1981.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Braks

[1] ĠU C 14, tat-18.1.1978, p. 15.

[2] ĠU C 131, tal-5.6.1978, p.45.

[3] ĠU C 269, tat-13.11.1978, p.40.

[4] ĠU L 149, tal-5.7.1971, p.2.

[5] ĠU L 24, tat-28.1.1981, p.3.

[6] ĠU L 74, tas-27.3.1972, p.1.

--------------------------------------------------

Top