Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981R0139

    Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 139/81 tas-16 ta' Jannar 1981 li jiddefinixxi l-kondizzjonijiet għad-dħul ta' ċerti kwalitajiet ta' laħam taċ-ċanga u vitella friżati fis-subintestatura 02.01 A II b) 4 bb) 22 tat-Tariffa Doganali Komuni

    ĠU L 15, 17.1.1981, p. 4–9 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/04/2003

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1981/139/oj

    31981R0139



    Official Journal L 015 , 17/01/1981 P. 0004 - 0009
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 21 P. 0023
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 21 P. 0023


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 139/81

    tas-16 ta' Jannar 1981

    li jiddefinixxi l-kondizzjonijiet għad-dħul ta' ċerti kwalitajiet ta' laħam taċ-ċanga u vitella friżati fis-subintestatura 02.01 A II b) 4 bb) 22 tat-Tariffa Doganali Komuni

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta' Adeżjoni tal-Greċja [2], u partikolarment l-Artikolu 11(5) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 162/74 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2014/75 [4], iddefinixxa l-kondizzjonijiet għad-dħul ta' ċerti kwalitajiet ta' laħam taċ-ċanga u vitella friżati fis-subintestatura 02.01 A II a) 2 dd) 22 bbb) tat-Tariffa Doganali Komuni; billi minn mindu dak ir-Regolament ġie adottat it-Tariffa Doganali Komuni ġiet emendata; billi, fl-interess taċ-ċarezza, għandhom jiġu adattati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 162/74;

    Billi l-iżvilupp tal-kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi mhux membri fil-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella wassal li jiġu diżinjati forom ġodda ta' ċertifikati sabiex tittejjeb l-effiċjenza f'dan il-kummerċ; billi jidher illi huwa xieraq illi ċ-ċertifikat ta' awtentiċità previst fir-Regolament (KEE) Nru 162/74 jiġi allinjat maċ-ċertifikati għal prodotti oħra fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella;

    Billi l-prodotti li jidħlu fis-subintestatura 02.01 A II b) 4 bb) 22 tat-Tariffa Doganali Komuni kienu definiti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 586/77 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 882/79 [6];

    Billid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma bla ħsara għad-disposizzjonjiet tal-Komunità adottati rigward il-leġislazzjoni veterinarja u l-leġislazzjoni dwar l-oġġetti ta' l-ikel bil-għan li jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali u jimpedixxu l-falsifikazzjoni u l-frodi;

    Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jaqblu ma l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Id-dħul ta' laħam friżat minn pajjiżi li mhumiex membri fis-subintestatura 02.01 A II b) 4 bb) 22 tat-Tariffa Doganali Komuni (il-ħawsla, l-għonq bl-għadma ta' l-ispalla u qatgħat tas-sidra) għandhom ikunu suġġetti għall-produzzjoni ta' ċertifikat ta' awtentiċità li jissodisfa l-ħtiġijiet preskritti f'dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 2

    1. Iċ-ċertifikat ta' awtentiċità għandu jkun magħmul f'għamla ta' formola, li kampjun tagħha hu mogħti fl-Anness I.

    Id-daqs ta' din il-formola għandu jkun bejn wieħed u ieħor ta' 210 × 297 mm. Għandha tiġi użata karta bajda li tiżen mill-inqas 40 gramma kull metru kwadru.

    2. Il-formoli għandhom jiġu stampati u mimlija f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità; jistgħu wkoll jiġu stampati u mimlija fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mi-lingwi uffiċjali tal-pajjiż li jesporta.

    3. Il-formoli għandhom jimtlew jew ittajpjati jew bl-id. Fil-każ ta' l-aħħar, għandhom jintużaw il-linka u ittri kbar.

    4. Kull ċertifikat ta' awtentiċità għandu jkollu numru serjali individwali allokat mill-aġenzija tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 4.

    L-Artikolu 3

    Iċ-ċertifikat għandu jintbagħat, flimkien mal-prodott rilevanti, lill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru importatur f'xi ħin sa tliet xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.

    L-Artikolu 4

    1. Ċertifikat ta' awtentiċità għandu jkun validu biss jekk ikun mimli kif għandu jkun u endorsjat, bi qbil ma’ l-istruzzjonijiet preskritti fl-Anness I, minn aġenzija tal-ħruġ li tidher fil-lista mogħtija fl-Anness II.

    2. Iċ-ċertifikat ta' awtentiċità għandu jitqies endorsjat kif għandu jkun jekk jispeċifika l-post u d-data tal-ħruġ tiegħu u jekk ikollu t-timbru ta' l-aġenzija tal-ħruġ u l-firma tal-persuna jew persuni awtorizzati biex jiffirmawh.

    Siġill stampat jista jiġi wżat minflok it-timbru.

    L-Artikolu 5

    1. Aġenzija tal-ħruġ li tidher fil-lista inkluża fl-Anness II trid:

    (a) tkun magħrufa bħala tali mill-pajjiż li jesporta;

    (b) tidħol għall-impenn li tivverifika d-dettalji li jidhru fuq iċ-ċertifikati ta' awtentiċità;

    (ċ) tidħol għall-impenn li tgħaddi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri meta tintalab kull tagħrif li jgħin sabiex jiġu valutati d-dettalji li jidhru fuq iċ-ċertifikati ta' awtentiċità.

    2. Il-lista għandha tiġi riveduta jekk il-kondizzjoni preskritta fil-paragrafu 1(a) ma tiġix imħarsa iktar jew jekk aġenzija tal-ħruġ ma twettaqx waħda mill-obbligi li tkun indaħlet għalihom.

    L-Artikolu 6

    Ir-Regolament (KEE) Nru 162/74 huwa b'dan imħassar.

    Madankollu, iċ-ċertifikati maħruġa bi qbil mar-Regolament (KEE) Nru 162/74 għandhom jibqgħu validi sat-30 ta' Ġunju 1981.

    L-Artikolu 7

    Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15-il jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Jannar 1981.

    Għall-Kummissjoni

    Gaston Thorn

    Il-President

    [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

    [2] ĠU L 291, tad-19.11.1979, p. 17.

    [3] ĠU L 19, tat-23.1.1974, p. 10.

    [4] ĠU L 204, tat-2.8.1975, p. 14.

    [5] ĠU L 75, tat-23.3.1977, p. 10.

    [6] ĠU L 111, ta' l-4.5.1979, p. 14.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    +++++ TIFF +++++

    Definizzjonijiet

    Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

    1. Il-qatgħat imsemmija crop, chuck u blade

    il-parti dorsali tal-kwart ta' quddiem, inkluża l-parti ta' fuq ta' l-ispalla, ottenuta minn kwart ta' quddiem b’ minimu ta' erba kustiljiu massimu ta' 10 kustilji b'qata tul linja dritta mill-punt fejn l-ewwel kustilja tingħaqad ma’ l-ewwel parti ta' l-i sternum sal-punt ta' rifless tad-djaframma fuq l-10 kustilja;

    2. Il-qatgħa msemmija brisket

    il-parti ta' isfel tal-kwart ta' quddiem li jinkludi t-tarf tas-sider saż-żokkra u t-tarf tas-sidra bil-ponta.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Lista ta’ l-aġenziji fil-pajjiżi esportaturi awtorizzati biex joħorġu ċ-ċertifikati ta’ awtentiċità

    Pajjiż mhux membru | L-Aġenzija tal-ħruġ |

    Isem | Indirizz |

    L-Arġentina | Junta Nacional de Carnes | San Martin 459,Buenos Aires |

    L-Awstralja | Australian Meat Board and Livestock Corporation | Aetna Life Tower,Hyde Park Square,Sydney 2000 |

    Il-Botswana | Department of Agriculture | Senior Veterinary Officer, Ministry for Agriculture, Private Bag 12,Lobatse |

    New Zealand | New Zealand Meat Producers Board | Massey House, Lambton Quay Wellington |

    Is-Sważilandja | Ministry of Agriculture | PO Box 162 Mbabane |

    L-Urugwaj | Instituto Nacional de Carnes (INAC) | Rincon 459,Montevideo |

    L-Afrika ta’ Isfel | South African Livestock and Meat Industries Control Board | Hamilton and Vermeulen Streets,Pretoria |

    --------------------------------------------------

    Top