This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31981L0464
Council Directive 81/464/EEC of 24 June 1981 amending Council Directive 78/25/EEC on the approximation of the rules of the Member States relating to the colouring matters which may be added to medicinal products
Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ġunju 1981 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/25/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li ghandhom x’jaqsmu mal-materji kuluranti li jistgħu jiġu miżjuda mal-prodotti mediċinali
Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ġunju 1981 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/25/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li ghandhom x’jaqsmu mal-materji kuluranti li jistgħu jiġu miżjuda mal-prodotti mediċinali
ĠU L 183, 4.7.1981, p. 33–33
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 20/05/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31978L0025 | Tlestija | anness | 02/07/1981 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32009L0035 |
Official Journal L 183 , 04/07/1981 P. 0033 - 0033
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0146
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0209
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0146
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 11 P. 0209
Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ġunju 1981 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/25/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li ghandhom x’jaqsmu mal-materji kuluranti li jistgħu jiġu miżjuda mal-prodotti mediċinali (81/464/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi l-Artikolu 1 tad-Direttiva 78/25/KEE [3] jistabbilixxi illi L-Istati Membri m’għandhomx jawtorizzaw, biex jingħata l-kulur lill-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju, xi materja kuluranti għajr dawk koperti bit-Taqsimiet I u II ta’ l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 1962 dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-materji kuluranti awtorizzati għall-użu fl-oġġetti tal-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [4]; Billi t-Taqsima I ta’ l-Anness hawn fuq imsemmi tkopri l-materja kuluranti kemm għal kulur tal-massa u kemm għall-kulur tal-wiċċ, u t-Taqsima II tkopri l-materja kuluranti għall-kulur tal-wiċċ biss; Billi ma teżisti l-ebda ġustifikazzjoni għal raġunijiet tas-saħħa pubblika li tinżamm, fil-każ tal-prodotti mediċinali, id-distinzjoni magħmula fil-każ ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem bejn materja kuluranti kemm għall-kulur tal-massa u kemm għall-kulur tal-wiċċ u materja kuluranti għall-kulur tal-wiċċ biss; Billi d-Direttiva 78/25/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 78/25/KEE: "Madankollu, fil-każ tal-prodotti mediċinali, l-ebda distinzjoni m’għandha ssir bejn materja kuluranti kemm għall-kulur tal-massa u kemm għall-kulur tal-wiċċ u materja kuluranti għall-kulur tal-wiċċ biss." L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Ottubru 1981 u għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta’ Ġunju 1981. Ghall-Kunsill Il-President G.M.V. van Aardenne [1] ĠU C 4, tas-7.1.1980, p. 46. [2] ĠU C 113, tas-7.5.1980, p. 36. [3] ĠU L 11, ta’ l-14.1.1978, p. 18. [4] ĠU 115, tal- 11.11.1962, p. 2645/62. --------------------------------------------------