Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981D0091

    Deċiżjoni tal-kummissjoni tat-30 ta' Jannar 1981 dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika ta' l-Arġentina approvata għall-għanijiet ta' l-importazzjoni ta' ċanga u vitella friska, laħam tan-nagħaġ u laħam ta' solipedi domestiċi fil-Komunità

    ĠU L 58, 5.3.1981, p. 39–42 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/03/2014; Imħassar b' 32014D0160

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1981/91/oj

    31981D0091



    Official Journal L 058 , 05/03/1981 P. 0039 - 0042
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0015
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 21 P. 0041
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0015
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 21 P. 0041


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-30 ta' Jannar 1981

    dwar il-lista ta' stabbilimenti fir-Repubblika ta' l-Arġentina approvata għall-għanijiet ta' l-importazzjoni ta' ċanga u vitella friska, laħam tan-nagħaġ u laħam ta' solipedi domestiċi fil-Komunità

    (81/91/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi ta' saħħa u spezzjonijiet veterinarji ma’ l-importazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat u ħnieżer u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1] u partikolarment Artikoli 4(1) u 18 (1) (a) u (b) tagħha,

    Billi stabbilimenti f'pajjiżi li mhumiex membri ma jistgħux jiġu awtorizzati biex jesportaw laħam frisk lill-Komunità sakemm ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ġenerali u speċjali preskritti fid-Direttiva 72/462/KEE;

    Billi l-Arġentina bagħtet, skond Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, lista ta' stabbilimenti awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità;

    Billi spezzjonijiet tal-Komunità fuq il-post urew li l-livelli ta' iġjene ta' ħafna minn dawn l-istabbilimenti huma biżżejjed u għalhekk jistgħu jiġu mdaħħla fl-ewwel lista, imfassla skond Artikolu 4(1) tad-Direttiva msemmija, ta' stabbilimenti li minnhom tista’ tiġi awtorizzata l-importazzjoni ta' laħam frisk;

    Billi l-każ ta' l-istabbilimenti l-oħra proposti mill-Arġentina jrid jiġi eżaminat mill-ġdid fuq il-bażi ta' l-informazzjoni addizzjonali dwar il-livelli ta' iġjene tagħhom u l-abilità tagħhom li jadattaw malajr għall-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità;

    Billi sadattant u biex tiġi evitata xi interruzzjoni ħesrem ta' negozju eżistenti, dawn l-istabbilimenti jistgħu jiġu awtorizzati temporanjament biex ikomplu l-esportazzjonijiet tagħhom ta' laħam frisk lejn dawk l-Istati Membri li jkunu lesti biex jaċċettawhom;

    Billi għalhekk ikun meħtieġ li jerġgħu jiġu eżaminati u, jekk hemm bżonn, tiġi emendata din id-Deċiżjoni fid-dawl tal-passi meħuda għal dan il-għan u l-iżviluppi li jkunu saru;

    Billi wieħed irid jiftakar li l-importazzjonijiet ta' laħam frisk huma wkoll suġġetti għal leġislazzjoni veterinarja oħra tal-Komunità, partikolarment fir-rigward ta' ħtiġijiet għall-ħarsien tas-saħħa, inklużi d-dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit;

    Billi l-kondizzjonijiet dwar l-importazzjoni ta' laħam frisk minn stabbilimenti li jidhru fuq il-lista annessa ma’ din id-Deċiżjoni jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità preskritti band oħra u d-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat; billi, partikolarment, l-importazzjoni minn pajjiżi li mhumiex membri u l-esportazzjoni mill-ġdid lejn Stati Membri oħra ta' ċerti kategoriji ta' laħam, bħal laħam li jiżen anqas minn 3 kilogrammi, jew laħam li fih residwi ta' ċerti sustanzi li mhumiex koperti minn regoli speċjali armonizzati, jibqgħu suġġetti għall-leġislazzjoni dwar is-saħħa ta' l-Istat Membru li qed jimporta;

    Billi l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. L-istabbilimenti fir-Repubblika ta' l-Arġentina elenkati fl-Anness huma b'dan approvati għall-għanijiet ta' l-importazzjoni ta' ċanga u vitella friska, laħam tan-nagħaġ u laħam ta' solipedi domestiċi fil-Komunità.

    2. Importazzjonijiet minn dawn l-istabbilimenti għandhom jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet veterinarji tal-Komunità preskritti banda oħra, u partikolarment dawk li jikkonċernaw il-ħtiġijiet dwar il-ħarsien tas-saħħa.

    Artikolu 2

    1. Stati Membri għandhom jipprojbixxu importazzjonijiet tal-kategoriji msemmija hawn fuq ta' laħam frisk imsemmi f'Artikolu 1(1) li jkunu ġejjin minn stabbilimenti minbarra dawk elenkati fl-Anness.

    2. Din il-projbizzjoni, iżda, ma tapplikax sal-31 ta' Awissu 1981 għal stabbilimenti li mhumiex elenkati fl-Anness imma li jkunu ġew uffiċjalment approvati u proposti mill-awtoritajiet Arġentini mill-1 ta' Settembru 1980, skond Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, sakemm ma titteħidx deċiżjoni kuntrarja, skond Artikolu 4(1) tad-Direttiva msemmija hawn fuq, qabel l-1 ta' Settembru 1981.

    Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-lista ta' dawn l-istabbilimenti lill-Istati Membri.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 1981.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha riġi riveduta, u jekk meħtieġ emendate, qabel l-1 ta' Lulju 1981.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, 30 ta' Jannar 1981.

    Għall-Kummissjoni

    Poul Dalsager

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    LISTA TA' STABBILIMENTI

    I. LAĦAM TAL-BOVINI

    A. Biċċerija u bini fejn isir it-tqattigħ

    Stabbiliment numru | Indirizz |

    8 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap-cuatrenos, Daniel Cerri — Buenos Aires |

    9 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap-yuqueri, Concordia — Entre Ríos, |

    13 | Cia Swift de la Plata S. A., Rosario — Santa Fe |

    15 | Frigorífico Colón S. A., Colón –Entre Ríos |

    16 | Frigorífico regional Santa Elena S. A., Santa Elena — Entre Ríos |

    20 | S. A. Frigorífico Monte Grande Ltda, Monte Grande — Buenos Aires |

    89 | Frigorífico Carcarana S. A. C. I, Carcarana — Santa Fe |

    249 | Industrias frigoríficas Nelson S. A. C. I. A, Nelson — Santa Fe |

    1113 | La Morocha S. A. A. I. C. F., Villa Mercedes — San Luis |

    1333 | Frigorífico argentino San Antonio — Pasa, Paraná — Entre Ríos |

    1344 | Vizental y Cia S. A. C. I. A., Ramirez — Entre Ríos |

    1352 | Frigorífico Meatex Ciafiiesa, Alejandro Korn — Buenos Aires |

    1373 | Frigorífico el Gentenario S. A., Venado Tuerto — Santa Fe |

    1383 | Barreca Hnos, Vivorata — Buenos Aires |

    1399 | Frigorífico regional industria argentina S. A. I. C. — Fria, Casilda — Santa Fe |

    1404 | Pedro Hnos S. A. I. C. I. F. A., Monte Chingolo — Buenos Aires |

    1408 | Subpga S. A. C. I. E. I., Berazategui — Buenos Aires |

    1905 | Frigorífico Yagunne SACIFA, Gonzales Catan — Buenos Aires |

    1918 | Cocarsa Cia de carneceros S. A. I. C. A. I., San Fernando — Buenos Aires |

    1920 | Frigorífico rioplatense S. A. I. C. I. F., General Pacheco — Buenos Aires |

    1921 | San Telmo S. A. C. I. A. F. I. F., Mar del Plata — Buenos Aires |

    1930 | Vizental y Cia S. A. C. I. A., San José — Entre Ríos |

    1970 | Frigorífico regional industrias alimenticias reconquista S. A., Reconquista — Santa Fe |

    1984 | Matadero y Frigorífico regional de Azul S. A. G. I. C., Azul — buenos Aires |

    1989 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap, Rosario — Santa Fe |

    2012 | Frigorífico el Duranzillo IFCA, S. A. I. F. C. A., Río Segundo — Cordóba |

    2019 | Abastecedora delfino S. A. C. I., Tres Lomas — Buenos Aires |

    2052 | Matadero y Frigorífico Antártico S. A. I. C., Gonzales Catan — Buenos Aires |

    2064 | Frigorífico Siracusa S. A. A. C. I. I. F., Bahía Blanca — Buenos Aires |

    2065 | Frigorífico mediterraneos SAICIFA, Pajas Blancas |

    2067 | Cia elaboranda de productos animales S. A. I. C. A. G. T., Ponteverda — Buenos Aires |

    2072 | Frigorífico ganadero S. A. C. I., A F. I. G. M. S., Curuzu Cuatia — Corrientes |

    2080 | Caucan S. A., Ezeiza — Buenos Aires |

    B. Bini fejn isir it-tqattigħ

    Stabbiliment numru | Indirizz |

    273 | Frigorífico guardia nacional S. A., Guardia Nacional — 1166, Cap. Federal |

    1122 | Frigorífico Lafayette S. A. I. C. A. G., Lafayette 1740 — Cap. Federal |

    1311 | Frymat S. A. I. C. F. A., Buenos Aires 3680 — Santa Fe |

    1920 a | Frigorífico rioplatense S. A. I. C. I. F., General Pacheco — Buenos Aires |

    II. LAĦAM TAN-NAGĦAĠ

    Biċċeriji u bini fejn isir it- tqattigħ

    Stabbiliment numru | Indirizz |

    8 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap-cuatrenos, Daniel Cerri — Buenos Aires |

    9 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap-yuqueri, Concordia — Entre Ríos, |

    14 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap, Rio Grande, Tierra del fuego |

    97 | Corporación argentina de productores de carnes-Cap, Pto. deseado — Santa Cruz |

    1352 | Frigorífico Meatex Ciafiisa, Alejandro Korn — Buenos Aires |

    1408 | Subpga S. A. C. I. E. I, Berazateugi — Buenos Aires |

    2006 | Vizental y Cia S. A. C. I. A, General Pico — La Pampa |

    2044 | Frigorífico Siracusa S. A. A. C. I. I. F., Comodoro Rivadavía — Chubut |

    2062 | Finexcor, Pernal — Buenos Aires |

    2072 | Frigorífico ganadero S. A. C. I. A., F. I. G. M. S., Curuzu Cuatia — Corrientes |

    III. LAĦAM TAŻ-ŻIEMEL

    Biċċerija u bini fejn isir it-tqattigħ

    Stabbiliment numru | Indirizz |

    1400 | Frigorífico Juchco SCA, Gialeguay — Entre Ríos |

    1451 | Lamar SRI, Mercedes — Buenos Aires |

    IV. MĦAŻEN TAL-FRIŻA

    Stabbiliment numru | Indirizz |

    152 | Cornalfri, Pilar — Buenos Aires |

    267 | Frymat S. A. C. I. F. A., Santa Fe |

    308 | Frigorífico americano de morris Neremberg Ltda S. A. Boulogne sur mer, 260/2 Cap. Federal |

    391 | Frigorífico Siracusa S. A. A. C. I. I. F., Avellaneda — Buenos Aires |

    1326 | Establecimiento azul SRI, Azul — Buenos Aires |

    1838 | Guaicos S. A. I. I. F., Osvaldo Cruz 3047 — Cap. Federal |

    --------------------------------------------------

    Top