Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980R1381

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/80 tal-5 Ġunju 1980 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1822/77 dwar l-imposta tal-koresponsabbiltà fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib matul is-sena tal-ħalib ta’ l-1980/81

    ĠU L 140, 5.6.1980, p. 59–60 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1980/1381/oj

    31980R1381



    Official Journal L 140 , 05/06/1980 P. 0059 - 0060
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0041
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 28 P. 0240
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0041
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 18 P. 0127
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 18 P. 0127


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/80

    tal-5 Ġunju 1980

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1822/77 dwar l-imposta tal-koresponsabbiltà fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib matul is-sena tal-ħalib ta’ l-1980/81

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1079/77 tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq imposta tal-koresponsabbiltà u dwar il-miżuri biex jitkabbru s-swieq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1364/80 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

    Billi l-livell ta’ l-imposta tal-koresponsabbiltà applikabbli matul is-sena tal-ħalib ta’ l-1980/81 hija stabbilita bħala 2 % tal-prezz immirat għall-ħalib validu għal dik is-sena tal-ħalib;

    Billi huwa meħtieġ, għalhekk, li jinbidlu l-figuri li jidhru fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2 (1) u fl-Artikolu 5 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1822/77 tal-5 t’Awissu 1977 li jniżżel regoli dettaljati għall-ġbir ta’ l-imposta tal-koresponsabbiltà introdotta għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1362/79 [4];

    Billi, skond l-Artikolu 1 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1079/77, rata mnaqqsa ta’ l-imposta għandha minn issa ‘l quddiem tinġabar mill-produtturi f’ċerti żoni f’limitu fis-sena ta’ 60000 kilogramma għal kull produttur; billi l-ammonti l-imposta mnaqqsa imsemmija hawn fuqu r-regoli dettaljati li jirregolaw il-ġbir tagħha jridu jkunu speċifikati;

    Billi, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1079/77, l-Istati Membri huma obbligati li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jistabbilixxu l-lok ġeografiku ta’ l-irziezett koperti bir-rata mnaqqsa ta’ imposta; billi disposizzjoni speċjali għandha għalhekk tiġi ntrodotta biex tippermetti li dawk il-miżuri jkunu implimentati;

    Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1822/77 huwa emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 2 għandu jaqra kif ġej:

    "Artikolu 2

    1. Matul is-sena tal-ħalib ta’ l-1980/81 l-ammont ta’ l-imposta għal kull 100 kilogramma ta’ ħalib tal-baqra għandha tkun:

    (a) fir-rigward tar-rata ġenerali speċifikata fl-Artikolu 2 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1079/77: 0-4452 EKU;

    (b) fir-rigward tar-rata mnaqqsa mogħtija bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 1 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1079/77: 0-3339 EKU.

    2. Ir-rata mnaqqsa li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 (b) tkun imposta fuq il-kwantitajiet tal-ħalib imwassal, mill-bidu tas-sena tal-ħalib konċernata, mill-produtturi li l-irziezett tagħhom jinsabu f’wieħed mir-reġjuni speċifikati fl-Artikolu 1 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1079/77, sa limitu ta’ 60000 kilogramma. Ir-rata ġenerali speċifikata fil-paragrafu 1 (a) għandha tgħodd għall-kwantitajiet li jeċċedu dik il-kwantità mwassla mill-produtturi matul il-bqija tas-sena tal-ħalib in kwistjoni.

    3. Fejn il-produttur jitħallas għall-ħalib fuq il-bażi tal-kunsinni espressi f’litri, il-konverżjoni f’kilogrammi għandha ssir bl-applikazzjoni tal-koeffiċjenti 1-03.

    4. Ix-xerejja tal-ħalib għandhom jiddikjaraw separatament, fil-kont tal-pagament għal kull produttur, l-ammont imnaqqas permezz ta’ l-imposta tal-koresponsabbiltà, waqt li jiddistingwu, fil-każ ta’ l-irziezett speċifikati fil-paragrafu 2, bejn l-ammont imnaqqas bir-rata mnaqqsa ta’ l-imposta u, wara li l-limitu tal-kwantità tas-sena jkun inqabeż, l-ammont imnaqqas bir-rata ġenerali ta’ l-imposta."

    2. Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3 (2), "irziezett li jinsabu f’wieħed mir-reġjuni li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1079/77" hija sostitwita b’ "rziezett li jinsabu f’wieħed mir-reġjuni speċifikati fl-Artikolu 1 (2) u/jew (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1079/77".

    3. Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 3 (3):

    "Meta x-xerrej, matul il-perjodu konċernat, xtara ħalib li ġej minn irziezett li jinsabu f’reġjun li hemm riferenza għalieh fl-Artikolu 1 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1079/77, il-prospett li hemm referenza għalieh fl-ewwel subparagrafu taħt (a) għandu jindika separatament il-kwantità tal-ħalib imwassla minn dawk l-irziezett u li għalihom ir-rata mnaqqsa ta’ l-imposta li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 2 (1) (b) kienet applikata."

    4. L-Artikolu 3 (4) huwa emendat biex jaqra kif ġej:

    "4. Iżda, fir-rigward tax-xerrejja konċernati mid-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jippermettu perjodu ta’ tlett xhur jew 12-il ġimgħa mill-1 ta’ Ġunju 1980 li jitqies bħala perjodu wieħed skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3."

    5. L-Artikolu 5 (2) huwa emendat biex jaqra kif ġej:

    "2. Matul is-sena tal-ħalib ta’ l-1980/81, l-ammont ta’ imposta għal kull 100 kilogramma ta’ ħalib xkumat jew xorrox tal-butir, eliġibbli għall-għajnuna riferita fil-paragrafu 1, għandu jkun:

    (a) fir-rigward tar-rata ġenerali speċifikata fl-Artikolu 2 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1079/77: 0-4897 EKU;

    (b) fir-rigward tar-rata mnaqqsa mogħtija bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 1 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1079/77: 0-3673 EKU.

    L-Artikolu 2 (2) għandu jgħodd b’analoġija biex tintalab ir-rata mnaqqsa riferuta f’(b)."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda jgħodd mill-1 ta’ Ġunju 1980.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Ġunju 1980.

    Għall-Kummissjoni

    Finn Gundelach

    Viċi-President

    [1] ĠU L 131, tas-26.5.1977, p. 6.

    [2] Ara paġna 16 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [3] ĠU L 203, tad-9.8.1977, p. 1.

    [4] ĠU L 163, tat-2.7.1979, p. 22.

    --------------------------------------------------

    Top