EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979R0309

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 309/79 tas-16 ta’ Frar 1979 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 316/68 fir-rigward tal-bejgħ tal-fjuri maqtugħin friski

ĠU L 42, 17.2.1979, p. 21–21 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1979/309/oj

31979R0309



Official Journal L 042 , 17/02/1979 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0177
Greek special edition: Chapter 03 Volume 24 P. 0093
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0177
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 15 P. 0155
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 15 P. 0155


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 309/79

tas-16 ta’ Frar 1979

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 316/68 fir-rigward tal-bejgħ tal-fjuri maqtugħin friski

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 tas-27 ta’ Frar 1968 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq tas-siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u oħrajn simili, fjuri maqtugħa u weraq għat-tiżjin [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi l-esperjenza wriet li id-disposizzjonijiet speċjali marbuta mal-bejgħ ta’ fjuri maqtugħin friski msemmija fl-Anness I li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 316/68 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1155/76 [3], ma jaqblux mal-prattiċi moderni ta’ bejgħ;

Billi għalhekk l-imsemmi l-Anness I għandu hekk jiġi emendat;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opnjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pjanti Ħajjin,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tieni inċiż tal-Kapitolu VII (l-Immarkar), il-paragrafu D ta’ l-Anness I li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 316/68, il-kliem "(mhux obbligatorju)" għandhom jiżdiedu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1979.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-iStati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Frar 1979.

Għall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU L 55, tat-2.3.1968, p. 1.

[2] ĠU L 71, tat-12.3.1968, p. 8.

[3] ĠU L 130, tad-19.5.1976, p. 26.

--------------------------------------------------

Top