Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978R2112

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78 tal-25 ta' Lulju 1978 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Doganali fuq it-trasport internazzjonali ta' oġġetti taħt il-carnets TIR (Konvenzjoni TIR) ta' l-14 ta' Novembru 1975 f'Ġinevra

    ĠU L 252, 14.9.1978, p. 1–1 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1978/2112/oj

    Related international agreement

    31978R2112



    Official Journal L 252 , 14/09/1978 P. 0001 - 0001
    Finnish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0036
    Spanish special edition: Chapter 02 Volume 5 P. 0046
    Swedish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0036
    Portuguese special edition Chapter 02 Volume 5 P. 0046


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78

    tal-25 ta' Lulju 1978

    dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Doganali fuq it-trasport internazzjonali ta' oġġetti taħt il-carnets TIR (Konvenzjoni TIR) ta' l-14 ta' Novembru 1975 f'Ġinevra

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

    Billi l-konklużjoni tal-Konvenzjoni Doganali fuq it-trasport internazzjonali ta' oġġetti taħt il-carnets TIR (Konvenzjoni TIR) ta' l-14 ta' Novembru 1975 f'Ġinevra tintroduċi dispożizzjonijiet ġodda fis-sistema tat-trasport internazzjonali ta' oġġetti b'vetturi tat-triq; billi n-natura tad-dispożizzjonijiet hija hekk li tikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tal-kummerċ internazzjonali skond l-oġġettivi tal-Komunità Ekonomika Ewropea;

    Billi huwa għalhekk xieraq li l-Konvenzjoni TIR għandha tkun approvata f'isem il-Komunità,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Il-Konvenzjoni Doganali fuq it-trasport internazzjonali ta' l-oġġetti taħt il-carnets TIR (Konvenzjoni TIR) ta' l-14 ta' Novembru 1975 f'Ġinevra huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea.

    It-test tal-Konvenzjoni u l-Annessi tagħha huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat biex jiddepożita l-istrument ta' ratifika f'isem tal-Komunità skond l-Artikolu 52(1)(b) tal-Konvenzjoni [1].

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1978.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. von Dohnanyi

    [1] Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Konvenzjoni ser tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    --------------------------------------------------

    Top