Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31977R1180

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1180/77 tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija

    ĠU L 142, 9.6.1977, p. 10–26 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32008R0361

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1977/1180/oj

    31977R1180



    Official Journal L 142 , 09/06/1977 P. 0010 - 0026
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 8 P. 0227
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 18 P. 0123
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 8 P. 0227
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 12 P. 0174
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 12 P. 0174


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1180/77

    tas-17 ta’ Mejju 1977

    dwar importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 113 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi, f’Deċiżjoni Nru 1/77, il-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni KEE-Turkija, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 35(3) tal-Protokoll Addizzjonali, kif emendat bl-Artikolu 10 tal-Ftehim Interim iffirmat fit-30 ta’ Ġunju 1973, jistabbilixxi l-arranġamenti li għandhom ikunu applikati għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija;

    Billi l-implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni tinvolvi l-addattamenti tar-Regolamenti tal-Komunità;

    Billi d-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija ġew emendati f’numru ta’ okkażjonijiet wara Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni; filwaqt li t-testi in kwistjoni, minħabba li għandhom jinstabu f’Ġurnali Uffiċjali varji, huma diffiċli biex ikunu użati u għalhekk ma fihomx iċ-ċarezza neċessarja li kull Regolament għandu jkollu; billi hu għalhekk meħtieġ li jkunu kkonsolidati;

    Billi, barra minnhekk, sabiex jinġiebu flimkien f’Regolament wieħed kull disposizzjoni dwar importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli fil-Komunità, huwa mixtieq li jiġu inkorporati f’dan ir-Regolament id-disposizzjonijiet imqiegħda bl-Atti tal-Kunsill fit-twettiq tad-disposizzjonijiet tal-Protokoll Addizzjonali għal Ftehim li jistabbilixxi kull Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija;

    Billi l-Artikolu 4 ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi kull Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija jipprovdi għal tnaqqis fit-tariffagħal importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ lumi frisk li joriġina fit-Turkija; billi, matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-prezzijiet ta’ referenza dan it-tnaqqis hu soġġett għal li jkun osservat tali prezz fis-suq intern tal-Komunità; billi l-implimentazzjoni ta’ dawn l-arranġamenti teħtieġ l-adozzjoni ta’ regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tagħhom;

    Billi l-arranġamenti proposti għandhom ikunu inklużi fl-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u ħaxix; billi huwa għalhekk meħtieġ li jingħata kas tad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u ħaxix [2], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 795/76 [3], u ta’ dawk adottati skond dak ir-Regolament;

    Billi l-Artikolu 12 ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi kull Assoċjazzjoni bejn Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija jistipula li l-imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ qamħ għas-smid u skalora prodotta fit-Turkija u ttrasportata dirett minn dak il-pajjiż għal ġewwa l-Komunità għandha tkun l-imposta kkalkulata b’mod konformi ma’ l-Artikolu 13 ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [4], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3138/76 [5], imnaqqsa b’ 0 75 unità ta’ kont għal kull tunnellata metrika;

    Billi l-Artikolu 13 ta’ l-Anness hawn fuq imsemmi jistipula li, fuq il-kondizzjoni li t-Turkija tapplika kull impost speċjali fuq l-esportazzjonijiet ta’ segala għal ġewwa l-Komunità, l-impost fuq l-importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ dak il-prodott, ikkalkulata b’mod konformi ma’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75, għandha tkun imnaqqsa b’ammont ugwali għal dak ta’ l-impost imħallas sa massimu ta’ tmien ishma ta’ kont għal kull tunnellata metrika;

    Billi huwa neċessarju li jkun stipulat, b’mod konformi mal-Protokoll Addizzjonali, li l-prezz speċjali li għalih saret referenza hawn fuq għandu jkun rifless fil-prezz ta’ segala importat ġewwa il-Komunità; billi, sabiex tassigura li l-arranġamenti in kwistjoni jkunu implimentati b’mod xieraq, huwa neċessarju li jkunu adottati l-miżuri meħtieġa sabiex, waqt li tiġi importata s-segala, l-importatur jipprovdi prova li l-impost ta’ esportazzjoni speċjali ġie mħallas mill-esportatur,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Id-dazji tad-dwana applikabbli għal importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ prodotti elenkati fl-Anness I u li joriġinaw fit-Turkija għandhom ikunu mnaqqsa sa l-ammont indikat għal kull wieħed minnhom.

    2. Sal-31 ta’ Diċembru 1977 u permezz ta’ deroga minn paragrafu 1, id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw dazji mhux inqas minn dawk elenkati fl-Anness II għal importazzjonijiet ta’ larinġ frisk li jaqa’ taħt subtitolu 08.02 ex A tat-Tariffa Doganali Komuni u ta’ mandolin frisk (li jinkludu mandolin u satsumas), klementini, wilkings u ibridi taċ-ċitru oħra simili li jaqgħu taħt is-subintestatura 08.02 ex B tat-Tariffa Doganali Komuni.

    Artikolu 2

    Il-komponent stabbilit tad-dazju impost fuq importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ prodotti elenkati fl-Anness III li joriġinaw fit-Turkija għandhom ikunu mnaqqsa sa l-ammont indikat għal kull wieħed minnhom.

    Artikolu 3

    Għall-prodotti elenkati taħt li joriġinaw fit-Turkija d-dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità għandhom ikunu mnaqqsa sa l-ammont indikat għal kull wieħed minnhom, kemm-il darba l-prezzijiet ta’ riferiment stabbiliti jew li għad jiġu stabbiliti b’mod konformi ma’ l-Artikolu 19 ta’ Regolament (KEE) Nru 100/76 (1) jiġu mħarsa.

    Numru tat-titolu tat-TDK | Deskrizzjoni | Rata tar-riduzzjoni % |

    03.01 | Ħut, frisk (ħaj jew mejjet), imkessaħ jew iffriżat: | |

    B.Ħut tal-ilma mielaħ

    1.Sħiħ, mingħajr ras jew f'biċċiet:

    (e)klieb il-baħar | 80 |

    (f)Hut ahmar (sebastes marinus) | 80 |

    (g)Halibut (Hippoglossus vulgaris, Hippoglossus reinharditus) | 80 |

    (h)Merluzz (Gadus morhua vai Gadus catlarias) | 80 |

    (ij)"Coalfish" (Pollachius vorens vai Gadus virens) | 80 |

    (k)Bakkaljawi | 80 |

    (l)Imsell (Merlangus merlangus) | 80 |

    (m)Tonn | 80 |

    (o)Barbun tat-tbajja | 80 |

    (p)Ħawwad ta' l-ispeci Dentex dentex u Pagellus | 80 |

    (q)Oħrajn | 80 |

    Artikolu 4

    1. Għal lumi frisk is-subintestatura 08.02 ex Ċ tat-Tariffa Doganali Komuni, it-tnaqqis fit-tariffa li għaliha hemm provdut fl-Artikolu 4(3) ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali għandha tkun applikabbli fejn il-kwotazzjonijiet imniżżla dwar is-swieq rappreżentattivi tal-Komunità fil-fażi ta’ l-importatur/grossist, jew mibdul f’dan l-istadju, jibqgħu, għall-prodott in kwistjoni, mill-inqas għoljin daqs il-prezz imfisser fil-paragrafu 4.

    Il-kwotazzjonijiet li għalihom saret referenza fl-ewwel subparagrafu għandu jittieħed konsiderazzjoni tagħhom wara li joħorġu mid-dwana u jitnaqqsu l-imposti ta’ importazzjoni minbarra dazji tad-dwana, l-imposti jkunu dawk stipulati għall-kalkolazzjoni tal-prezz ta’ dħul li għalih hemm referenza fir-Regolament (KEE) Nru 1035/72 [6].

    Il-prodott in kwistjoni għandu, fejn ikun xieraq, jiġi mibdul għal Klassi ta’ Kwalita I b’mod konformi mat-tielet indentazzjoni tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72.

    2. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-imposti ta’ importazzjoni minbarra dazji tad-dwana li għalihom hemm referenza fit-tielet indent ta’ paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, kemm-il darba l-prezzijiet mogħtija lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jkunu jinkludu l-inċidenza ta’ dawk l-imposti, is-somma li għandha tkun imnaqqsa għandha tkun ikkalkulata mill-Kummissjoni sabiex ikunu evitati diffikultajiet li jistgħu jirriżultaw mill-inċidenza ta’ tali imposti fuq prezzijiet ta’ dħul peress li jkunu jiddependu fuq l-oriġini tal-prodotti kkonċernati. F’dawn il-każijiet kull ammont medju li jikkorrispondi mal-medja aritmetika ta’ bejn l-inqas u l-ogħla inċidenza ta’ tali taxxi għandu jittieħed rendikont f’din il-kalkolazzjoni.

    3. Is-swieq rappreżentattivi għall-iskopijiet ta’ paragrafu 1 huma s-swieq tal-Komunità użati sabiex ikunu mniżżla kwotazzjonijiet fuq liema bażi l-prezzijiet ta’ dħul li għalihom saret referenza għalihom fir-Regolament (KEE) Nru 1035/72 huma kkalkolati.

    4. Il-prezz li għalih saret referenza fil-paragrafu 1 għandu jkun ugwali għal kull prezz ta’ riferiment fis-seħħ matul il-perjodu in kwistjoni, miżjud bl-inċidenza tad-dazji tad-dwana applikabbli għal importazzjonijiet li jkunu ġejjin minn pajjiżi mhux membri u ammont standard ta’ 1720 unitajiet ta’ kont għal kull 100 kilogramm.

    5. Meta l-kwotazzjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1, wara li joħorġu mid-dwana u jitnaqqsu l-imposti oltre d-dazji tad-dwana, jibqgħu, fis-swieq rapreżentattivi tal-Komunità bl-irħas kwotazzjonijet, inqas mill-prezz iddefinit fil-paragrafu 4 fi tlett ijiem tas-suq konsekuttivi, id-dazji tad-dwana fis-seħħ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pajjiżi mhux membri fid-data ta’ importazzjoni għandhom ikunu applikati għall-prodott ikkonċernat.

    Dawn l-arranġamenti għandhom japplikaw sakemm il-kwotazzjonijiet imsemmija jibqgħu, fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità bl-irħas kwotazzjonijet, ta’ l-inqas għoljin daqs il-prezz iddefinit fil-paragrafu 4 fi tlett ijiem konsekuttivi tas-suq.

    6. Il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-kwotazzjonijiet imniżżla fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità mogħtija mill-Istati Membri, għandha ssegwi regolarment il-moviment ta’ prezzijiet u għandha taċċerta l-livelli li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 5.

    Il-miżuri meħtieġa għandhom ikunu adottati b’mod konformi mal-proċedura ddettata f’Regolament (KEE) Nru 1035/72 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-applikazzjoni ta’ taxxi kompensatorji għad-dazji fuq frott u ħaxix.

    7. L-Artikoli 23 sa 28 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 għandhom ikomplu japplikaw.

    Artikolu 5

    1. Is-segwenti prodotti, li jorġinaw fit-Turkija, għandhom jitħallew fil-Komunità b’dazju tad-dwana ta’ 2.75 % ad valorem fil-limitu ta’ kwota ta’ tariffa annwali ta’ 25000 tunnellata metrika.

    Numru tat-titolu tat-TDK | Deskrizzjoni |

    08.05 | Lewż apparti dawk li jaqgħu taħt l-intestatura nru 08.01friski jew nexfin, bil-qoxra jew le: ex G.oħrajnĠellewż |

    2. Jekk paragrafu 1 ma japplikax għal sena kalendarja sħiħa l-kwota għandha tinfetaħ fuq bażi pro rata.

    Artikolu 6

    L-imposti applikati għal importazzjoniet fil-Komunià ta’ qamħ durum għall-ismid u skalora, prodotti fit-Turkija u ttrasportati dirett minn hemm għall-Komunità, li jaqgħu taħt subintestatura 10.01 B u 10.07 ex D tat-Tariffa Doganali Komuni rispettivament, għandhom ikunu dawk ikkalkolati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75, kull waħda tnaqqas 0 750 unità ta’ kont għal kull tunnellata metrika.

    Artikolu 7

    1. L-impost ta’ importazzjoni ta’ segala li taqa’ taħt intestatura Nru 10.02 tat-Tariffa Doganali Komuni li hi prodotta fit-Turkija u ttrasportata dirett minn hemm għall-Komunità, għandha tkun dik ikkalkolata b’mod konformi ma’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75 imnaqqsa b’kull ammont ugwali għall-imposta ta’ esportazzjoni speċjali imposta mit-Turkija fuq esportazzjonijiet lill-Komunità tal-prodott imsemmi iżda li ma taqbiżx tmien unità ta’ kont għal kull tunnellata metrika.

    2. Id-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 1 għandhom japplikaw għal kull importazzjoniji li għaliha l-importatur jagħti prova li esportatur ikun ħallas il-multa ta’ esportazzjoni speċjali, sa mhux aktar minn kull ammont li la jaqbeż l-impost stabbilit b’mod konform ma’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75 fuq importazzjonijiet ta’ segala għal ġewwa l-Komunità u lanqas tmien unità ta’ kont għal kull tunnellata metrika.

    Artikolu 8

    Il-komponent stabbilit impost fuq l-importazzjoni għal ġewwa l-Komunità ta’ prodotti elenkati taħt li joriġinaw fit-Turkija għandhom ikunu mnaqqsa b’ 50 %.

    NNumru tat-titolu tat-TDK | Deskrizzjoni |

    11.07 | A.Xgħir, imsajjar fil-forn jew le:II.Oħrajni)(a)fil-forma tad-dqiqB.Imsajra fil-forn |

    Artikolu 9

    1. Meta t-Turkija tapplika l-imposta speċjali fuq esportazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa, oltre ż-żejt taż-żebbuġa raffinat li jaqa’ taħt subintestatura 15.07 A II tat-Tariffa Doganali Komuni, miksub kollu kemm hu fit-Turkija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż għal ġewwa l-Komunità, l-impost fuq importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ dak iż-żejt, skond il-każ, għandu jkun l-impost li hemm referenza għalih fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 fuq it-twaqqif ta’ kull organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ żjut u xaħmijiet [7], kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1707/73 [8], jew dik li tirriżulta minn applikazzjoni tal-proċedura ta’ offerti li għaliha hemm ipprovdut f’Regolament (KEE) Nru 2843/76 [9], inqas:

    (a) 0 750 unità ta’ kont għal kull 100 kilogramm;

    (b) kull ammont ugwali għall-imposta ta’ esportazzjoni speċjali miġbura mit-Turkija fuq dan iż-żejt f’limitu ta’ disa’ unità ta’ kont għal kull 100 kilogramm, dak l-ammont ikun miżjud, sal-31 ta’ Ottubru 1977, b’disa’ unità ta’ rendikont għal kull 100 kilogramm.

    2. L-arranġamenti ddettati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu applikati għal kull importazzjonij ta’ żejt taż-żebbuġa li għalih l-esportatur jagħti prova malli ssir l-importazzjoni li l-imposta ta’ esportazzjoni speċjali li għaliha hemm referenza fil-paragrafu msemmi ġiet riflessa fil-prezz ta’ importazzjoni.

    3. Fejn it-Turkija ma tapplikax l-imposta ta’ esportazzjoni speċjali, l-imposta miġbura fuq importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità taż-żejt kif imfisser fil-paragrafu 1, għandha, skond il-każ, tkun l-imposta li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 136/66/KEE jew dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-proċedura ta’ offerti kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 2843/76, imnaqqsa b’ 0 750 unità ta’ kont għal kull 100 kilogramm.

    Artikolu 10

    1. Mingħajr preġudizzju għall-ġbir tal-komponent varjabbli, il-komponent stabbilit bl-imposta għandu jkun imnaqqas bi 80 % fuq importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ żejt taż-żebbuġa li għadda minn proċess ta’ raffinazzjoni, li jaqa’ taħt subintestatura 15.07 A I tat-Tariffa Doganali Komuni, miksub biss fit-Turkija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż għall-Komunità.

    2. L-imposta li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni.

    Artikolu 11

    1. Għal sardin ippreparat u ppriżervat li jaqa’ taħt subintestatura 16.04 D tat-Tariffa Doganali Komuni u li joriġina fit-Turkija d-dazju tad-dwana fuq importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità għandu jkun imnaqqas b’40 % bla ħsara għall-ħarsien tal-prezzijiet minimi stabbiliti skond dan li ġej.

    2. Sat-30 ta’ Ġunju 1978 l-prezzijiet minimi li għalihom hemm riferenza fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Anness IV. Il-prezzijiet għall-perjodu li jibda nhar l-1 ta’ Lulju 1978 m’għandhomx ikunu inqas minn dawk speċifikati fl-Anness imsemmi, kif aġġornati bi skambju ta’ ittri bejn il-Partijiet Kontraenti sabiex jagħtu każ ta’ l-andament ta’ prezzijiet għall-prodotti in kwistjoni.

    3. Mill-1 ta’ Lulju 1979 il-prezzijiet minimi li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1 għandhom ikunu miftiehma bi skambju ta’ ittri ta’ kull sena bejn il-Partijiet Kontraenti.

    4. It-tnaqqis tad-dazju tad-dwana li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1 għandu japplika biss mid-data u għall-perjodi stabbiliti bi skambju ta’ ittri li jiddettaw ir-regoli tekniċi sabex ikun applikat dan l-Artikolu.

    Artikolu 12

    1. Għall-prodotti mniżżla taħt li joriġinaw fit-Turkija d-dazju tad-dwana fuq importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità għandhom ikunu mnaqqsa kif ġej, bla ħsara għall-osservanza tat-termini miftiehma bi skambju ta’ ittri.

    NNumru tat-titolu tat-TDK | Deskrizzjoni | Rata tar-riduzzjoni % |

    20.02 | Ħaxix ippreparat jew ippreżervat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku; eż.Tadamkonċentrati tad-tadam | 30 |

    2. It-tnaqqis fit-tariffa li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 japplika biss mid-data u għall-perjodi stabbiliti b’skambji ta’ ittri li għandhom ikunu konklużi kull sena bejn il-Partijiet Kontraenti sabiex jistabbilixxu t-termini u regoli ddettaljati.

    Artikolu 13

    Għall-prodotti elenkati taħt li joriġinaw fit-Turkija d-dazju tad-dwana fuq importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità għandhom ikunu mnaqqsa b’30 % fil-limitu ta’ kwota tal-Komunità ta’ tariffa annwali ta’ 90 tunnellata metrika.

    NNumru tat-titolu tat-TDK | Deskrizzjoni |

    20.06 | Frott ippreparat jew ippreżervat mod ieħor, li jikkonsisti miz-zokkor miżjud jew mill-ispirtu jew mingħajr: B.Oħrajn:II.II Li ma jikkonsistux mill-ispirtu miżjud(ċ)Ma hemmx fih zokkor miżjud, f'pakketti immedjati ta' volum nett:1.Ta' 4.5 kg jew iżjedeż aa)Berquqpolpa tal-berquq |

    Artikolu 14

    Fejn meħtieġ, għandhom ikunu adottati regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’mod konformi mal-proċedura ddettata fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75 jew, skond il-każ, fl-Artikoli korrispondenti f’Regolamenti oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli.

    Artikolu 15

    1. Is-segwenti huma mħassra:

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1233/71 tas-7 ta’ Ġunju 1971 dwar importazzjonijiet ta’ frott taċ-ċitru li jorġina fit-Turkija [10];

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1235/71 tas-7 ta’ Ġunju 1971 dwar importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa mit-Turkija [11];

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2754/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar importazzjonijiet ta’ ċerti ċereali fit-Turkija [12];

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2755/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija [13];

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 113/76 tad-19 ta’ Jannar 1976 dwar importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw fit-Turkija [14].

    2. Referenzi għar-Regolamenti mneħħija taħt paragrafu 1 għandhom ikunu miftiehma li japplikaw għal dan ir-Regolament.

    Ċitazzjonijiet u referenzi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Artikoli tar-Regolamenti msemmija għandhom jinqraw b’mod konformi mal-lista ta’ ekwivalenza mogħtija fl-Anness V.

    Artikolu 16

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Lulju 1977.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Mejju 1977.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Silkin

    [1] ĠU C 118, tas-16.5.1977, p. 68.

    [2] ĠU L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1.

    [3] ĠU L 93, tat-8.4.1976, p. 6.

    [4] ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 1.

    [5] ĠU L 354, ta' l-24.12.1976, p. 1.

    [6] ĠU L 20, tat-28.1.1976, p. 1.

    [7] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

    [8] ĠU L 175, tad-29.6.1973, p. 5.

    [9] ĠU L 327, tas-26.11.1976, p. 4.

    [10] ĠU L 130, tas-16.6.1971, p. 51.

    [11] ĠU L 130, tas-16.6.1971, p. 55.

    [12] ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 95.

    [13] ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 97.

    [14] ĠU L 20, tat-28.1.1976, p. 55.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Numru tat-titolu tat-TDK | Deskrizzjoni | Rata tar-tnaqqis % |

    01.01 | Żwiemel ħajjin, ħmir, bgħula imħalltin bejn żiemel u ħmara u bejn debba u ħmar: | |

    A:Żwiemel: | |

    II.Għall-qatla | 80 |

    02.01 | Laħam u fdalijiet ta' l-istess li jistgħu jittieklu li jaqgħu taħt l-intestatura nru 01.01, 01.02, 01.03 jew 01.04, friski, iffriżati jew imkessħin: | |

    A:Laħam: | |

    Ex.1taż-żwiemel, ħmir, bgħula imħalltin bejn żiemel u ħmara u bejn debba u ħmar: | |

    —Taż-żwiemel: | 80 |

    03.01 | Ħut, frisk (ħaj jew mejjet), imkessaħ jew iffrizat: | |

    B.Ħut ta' l-ilma ħelu: | |

    II.Sallura | 70 |

    B.Ħut ta' l-ilma mielaħ | |

    I.Sħiħ, mingħajr ras jew f'biċċiet: | |

    (ċ)Tonn | 100 |

    03.02 | Ħut, niexef, fil-melħ jew f'ilma mielaħ; ħut skurat, imsajjar jew m'huwiex minn qabel jew waqt il-process tat-tidħin | 60 |

    03.03 | Krustaċeji u molluski, fil-qoxra jew mingħajr, friski (ħajjin jew mejtin), imkessħin, iffriżati, fil-melħ jew fl-ilma mielaħ; krustaċeji fil-qoxra, sempliċiment moqlija fl-ilma: | |

    A.Krustaċeji: | |

    I.Awista | 100 |

    II.Awista (Homarus sp.p.) | 100 |

    III.Granċijiet u awisti ta' l-ilma ħelu | 100 |

    IV.Gambli u gambli | 100 |

    B:- - - | |

    IV.Oħrajn | 60 |

    06.01 | Basal, tuberi, għeruq tuberużi, basal tal-qasab, klil u riżomi, reqdin li qed jiżviluppaw jew fil-fjura: | |

    B.Fl-iżvilupp jew fil-fjura | 50 |

    07.01 | Ħaxix, frisk jew imkessaħ: | |

    E.Chard (jew pitrava taz-zokkor) u karduni | 60 |

    F.Ħaxix leguminali, fil-qoxra jew le: | |

    II.Fażola (ta' l-ispeci Phaseolus) | |

    ex a)Mill-1 t a' Ottubru sat-30 ta' Ġunju | |

    —Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April: | 60 |

    ex III.Oħrajn | |

    —Ful kbir (Vicia faba major L.) mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' April | 60 |

    ex H.Basal, basal twil u tewm: | |

    —Basal mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju | 60 |

    N.Żebbuġ: | |

    I.Għall-użu apparti mill-produzzjoni taż-żejt | 60 |

    O.Kappar | 60 |

    ex T.Oħrajn: | |

    —Brunġiel, mill-15 ta' Jannar sat-30 ta' April: | 60 |

    —Qargħa aħmar jew qargħa u qargħa bagħli żgħir, mill-1 ta' Diċembru sa l-aħħar ġurnata ta' Frar | 60 |

    —Karfus fil-forma ta' stikek, mill-15 ta' Jannar sat-30 ta' April: | 60 |

    —Tursin | 50 |

    07.03 | Ħaxix, proviżjonalment ippreżervat fis-salmura, f'ilma bil-kubrit jew f'taħlita oħra preżervattiva, iżda mhux ippreparati speċjalment għall-konsum immedjat: | |

    N.Żebbuġ: | |

    I.Għall-użu apparti mill-produzzjoni taż-żejt | 60 |

    B.Kappar | 60 |

    07.04 | Ħaxix niexef, mingħajr ilma jew evaporat, sħiħ, imqatta' f'biċċiet imkisser jew fi trab, imma mhux ippreparat aktar: | |

    A.Basal | 16 ½ |

    ex B.Oħrajn: | |

    —Tewm | 12 ½ |

    07.05 | Ħaxix niexef leguminali, fil-qoxra, imqaxxar jew mhux jew maqsum: | |

    A.għat-tiżriegħ: | |

    ex I.Piżelli (bl-inklużjoni taċ-ċiċri) u ful (jew l-ispeċi Phaseolus): | |

    —Piżelli | 60 |

    II.Lentilli: | 80 |

    ex III.Oħrajn | |

    —Ful twil u ta' l-għelieqi | 60 |

    08.02 | Frott ċitru, frisk jew niexef | |

    ex A.Larinġ: | |

    —Frisk | 60 |

    ex B.Mandolina (bl-inklużjoni ta' tanġerin u satsumas), klementini, wilkings u tipi oħra ta' frott taċ-ċitru mħallat | |

    —Frisk | 60 |

    D:Lumi Larinġ | 80 |

    08.03 | Tin, frisk jew iffriżat | |

    A.Frisk | 60 |

    08.04 | Għeneb, frisk jew niexef: | |

    A.Frisk: | |

    I.Tabella ta' l-għeneb: | |

    ex a)Mill-1 ta' Novembru sa l-14 ta' Lulju | |

    —Mill-15 ta' Novembru sat-30 ta' April | 60 |

    08.05 | lewż apparti minn dawk li jaqgħu taħt it-titolu nru 08.01, friski jew nexfin, fil-qoxra jew mingħajr: | |

    D.Pistaċċi | 60 |

    E.Pecans | 60 |

    ex G.Oħrajn: | |

    —Żerriegħa tal-Pin: | 60 |

    08.06 | Tuffieħ, lanġas u sfarġeli, friski: | |

    Ċ.Sfarġel. | 60 |

    08.07 | Frott tal-ġebel, friski: | |

    D.Għanbaqar | |

    ex II.Mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Ġunju | |

    —Mill-1 ta' Mejju sal-15 ta' Ġunju | 60 |

    ex 08.09 | Frott ieħor, frisk: | |

    —Bettieħ, mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju | 50 |

    —Dulliegħ, mill-1 ta' April sal-15 ta' Ġunju | 50 |

    08.12 | Frott, niexef, apparti minn dawk li jaqgħu taħt it-titoli numri 08.01, 08.02, 08.03, 08.04 jew 08.05. | |

    A.Berquq | 75 |

    B.Ħawħ, li jinkludi nuċiprisk | 60 |

    D.Tuffieħ u lanġas | 60 |

    E.Papaws | 60 |

    F.Insalata tal-Frott: | |

    1.Li ma jikkonsistix mill-pruna | 60 |

    G.Oħrajn: | 60 |

    12.03 | Żerriegħa, frott u spori, tat-tip użat għaż-żriegħ. | |

    A.Żerriegħa tal-pitrava | 30 |

    Ċ.Ħaxix u żerriegħa oħra erbali: | |

    ex I.Żerriegħa ta' l-Għasluġ tal-Meadow (Festuca pratensis); żerriegħa tal-ġulbiena; żerriegħa tat-tip Poa (Poa palustris, Poa trivalis, Poa pratensis); sikrana (Loltum perenne, Lolium multiforum) ħaxix tat-timothy (Pleum pratense), Għasluġ aħmar (Festuca rubra); ħaxix tal-cocksfoot (Dactylis glomerata); ħaxix mgħawweġ (Agrostis): | |

    —Żerriegħa tal-ġulbiena | 50 |

    16.04 | Ħut ippreparat jew ippreżervat, bl-inklużjoni ta' sostitwenti tal-kavjar: | |

    ex F.Bonito (Sarda sp.p.), kavall u inċova | |

    —Bonito (Sarda sp.p.) u kavall | 16 |

    16.05 | Krustaċeji u Molluski, ippreparati jew ippreżervati | 60 |

    20.01 | Ħaxix u frott, ippreparat jew ippreżervat b'mod differenti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, biz-zokkor jew mingħajru, irrispettivament ta' jekk ikunxfihom melħ, ħwawar jew mustarda; | |

    ex B.Oħrajn: | |

    —bl-esklużjoni tal-ħjar żgħir | 60 |

    20.02 | Ħaxix ippreparat jew ippreżervat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku; | |

    ex Ċ.Tadam: | |

    —Tadam imqaxxar | 30 |

    D.Asparagu | 20 |

    F.Kappar u żebbuġ | 70 |

    G.Piżelli, ful fil-fesdaq | 20 |

    ex H.Oħrajn, li jinkludi fih it-taħlitiet: | |

    —Bl-esklużjoni ta' karrotti u taħlitiet | 60 |

    —Karrotti, bl-esklużjoni tat-taħlitiet | 20 |

    —Taħlitiet tat-"turlu" li jikkonsistu minn ful Franċiż, brunġiel, qargħa bagħli żgħir u tipi varji oħra ta' ħaxix | 50 |

    20.05 | Ġelatina ta' ġamm tal-frott, marmellata, krema tal-frott u għaġina tal-frott, li jkunu preparazzjonijiet imsajra, irrispettivament ta' jekk jikkonsistux miz-zokkor jew le: | |

    Ċ.Oħrajn | |

    ex III.Oħrajn: | |

    —Krema tat-tin | 60 |

    20.06 | Frott ippreparat jew ippreżervat mod iehor, li jkun fih jew ma jkunx fih zokkor miżjud jew mill-ispirtu: | |

    A.Lewż (bl-inklużjoni tal-ġewż), imsajjrin fil-forn | 60 |

    B.Oħrajn: | |

    II.Li ma jikkonsistux mill-ispirtu miżjud: | |

    (ċ)Mhux konsistenti miz-zokkor miżjud, f'pakketti immedjati ta' volum nett ta' iktar minn kilogramm wieħed: | |

    2.Segmenti tal-Lumi larinġ: | 80 |

    7.Ħawħ u Berquq: | |

    ex aa)Bil-kontenut taz-zokkor li jeċċedi 13 % bil-piż: | |

    —Berquq | 20 |

    ex bb)Oħrajn: | |

    —Berquq | 20 |

    ex 8.Frott ieħor: | |

    —Lumi larinġ | 80 |

    (b)Mhux konsistenti miz-zokkor miżjud f'pakketti immedjati ta' volum nett ta' kilogramm wieħed jew inqas: | |

    2.Segmenti tal-Lumi larinġ | 80 |

    ex 8.Frott ieħor: | |

    —Lumi larinġ | 80 |

    (ċ)Konsistenti miz-zokkor miżjud, f'pakketti immedjati ta' volum nett: | |

    1.ta' 4.5 kg jew iżjed: | |

    ex aa)Berquq: | |

    —Nofsiet tal-berquq | 20 |

    ex dd).Frott ieħor: | |

    —Lumi larinġ | 80 |

    2.Ta' inqas minn 4.5 kg; | |

    ex bb)Frott ieħor u taħlitiet tal-frott: | |

    —Lumi larinġ | 80 |

    20.07 | Sugu tal-frott (li jinkludi nbid ġdid ta' l-għeneb) u sugu tal-ħaxix, irrispettivament ta' jekk għandhomx zokkor miżjud jew m'għandhomx, iżda mhux iffermentati u mhux konsistenti mill-ispirtu: | |

    A.Ta' piż speċifiku li jeċċedi 1.33 fi 15oC: | |

    III.Oħrajn: | |

    ex a)Ta' valur li ma jaqbiżx 30 u.a. kull 100 kg piż nett | |

    —Lumi larinġ | 70 |

    ex b)Ta' valur li ma jaqbiżx 30 u.a. kull 100 kg piż nett | |

    —Lumi larinġ | 70 |

    B.Ta' piż speċifiku ta' 1.33 fi 15oC: | |

    II.Oħrajn: | |

    ex a)Ta' valur li ma jaqbiżx 30 u.a. kull 100 kg piż nett | |

    2.Lumi larinġ | 70 |

    ex b)Ta' valur li ma jaqbiżx 30 u.a. kull 100 kg piż nett | |

    2.Lumi larinġ | 70 |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Dazji minimi fuq ir-residwi li jistgħu jiġu applikati taħt il-kondizzjonijiet ta’ l-artikolu 1(2)

    I. DANIMARKA

    Tariffi Doganali tad-Danimarka taħt it-titolu Nru. | Deskrizzjoni | Ir-rata tad- dazju ta' l- 1.1.1977 |

    1 | 2 | 3 |

    08.02 | Frott ċitru, frisk jew niexef | |

    A.Larinġ: | |

    I.Larinġ ħelu, frisk: | |

    (a)Mill-1 sat-30 ta' April: | 2,6 % |

    (b)Mill-1 t sal-15 ta' Mejju | 1,2 % |

    (ċ)Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Ottubru | 0,8 % |

    (d)Mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Marzu | 4 % |

    II.Oħrajn: | |

    ex a)Mill-1 ta' April sal-15 ta' Ottubru: | |

    —- Frisk | 3 % |

    ex b)Mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Marzu | |

    —Frisk | 4 % |

    ex B.Mandolin (li jinkludu tanġerin u satsumas); klementini, wilkings u frott ieħor ibridu taċ-ċitru ibridi bħal dan | |

    I.Frisk | 4 % |

    II. L-IRLANDA

    Tariffi Doganali tad-Danimarka taħt it-titolu Nru. | Deskrizzjoni | Ir-rata tad- dazju ta' l- 1.1.1977 |

    1 | 2 | 3 |

    03.02 | Frott ċitru, frisk jew niexef | |

    A.Larinġ: | |

    I.Larinġ ħelu, frisk: | |

    (a)Mill-1 sat-30 ta' April: | 2,6 % |

    (b)Mill-1 t sal-15 ta' Mejju | 1,2 % |

    (ċ)Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Ottubru | 0,8 % |

    (d)Mis-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu | 4 % |

    II.Oħrajn: | |

    ex a)Mill-1 ta' April sal-15 ta' Ottubru: | |

    1.Frisk | 3 % |

    ex b)Mis-16 ta' Ottubru sat-31 ta' Marzu | |

    1.Frisk | 4 % |

    ex B.Mandolin (li jinkludi tanġerin u satsumas); klementini, wilkings u frott ieħor ibridu taċ-ċitru bħal dan: | |

    I.Frisk | 4 % |

    III. IR-RENJU UNIT

    Tariffi Doganali tad-Danimarka taħt it-titolu Nru. | Deskrizzjoni | Ir-rata tad- dazju ta' l- 1.1.1977 |

    08.02 | Frott ċitru, frisk jew niexef | |

    A.Larinġ: | |

    I.Larinġ ħelu, frisk: | |

    (a)Mill-1 sat-30 ta' April: | 2,6 % bil-prezz minimu ta' 0,0688/100 sterlina kull kg |

    (b)Mill-1 t sal-15 ta' Mejju | 1,2 % bil-prezz minimu ta' 0,0688/100 sterlina kull kg |

    (ċ)Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Ottubru | 0,8 % bil-prezz minimu ta' 0,0688/100 sterlina kull kg |

    (d)Mis-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu | |

    1.Mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Novembru | 4 % bil-prezz minimu ta' 0,0688/100 sterlina kull kg |

    2.Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Marzu | 4,4 % |

    II.Oħrajn: | |

    (a)Mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Novembru | |

    1.Friska | 3 % bil-prezz minimu ta' 0,0688/100 sterlina kull kg |

    (d)Mis-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu: | |

    1.Friska | |

    (aa)Mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Novembru | 4 % ar minimali maksu 0,0688/100 sterlina per kg |

    (bb)Mill-1 ta' Dicembru sal-31 ta' Marzu | 4,4 % |

    B.Mandolina (bl-inklużjoni tat-tanġerin u satsumas): Klementini, wilkings u frott ieħor taċ-ċitru bħal dan imħallat: | |

    I.Frisk | |

    (a)Mill-1 ta' April sat-30 ta' Novembru | 4 % bil-prezz minimu ta' 0,0688/100 sterlina kull kg |

    (b)Mill-1 ta' Dicembru sal-31 ta' Marzu | 4,4 % |

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    Tariffi Doganali tad-Danimarka taħt it-titolu Nru. | Deskrizzjoni | Ir-rata tad- dazju ta' l- 1.1.1977 |

    | |

    19.03 | Makaroni, spaghetti u prodotti bħal dawn | 75 |

    21.07 | Preparazzjonijiet ta' ikel mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor: | |

    A.Ċereali fil-qamħa jew fil-forma tal-widna, imsajjar minn qabel jew ippreżervat x'imkien ieħor | 50 |

    E.– Fondues tal-ġobon | 50 |

    F.Oħrajn: | | |

    exI b) 2 cc) | | |

    ex I c) 2 cc) | —Qamħirrum imfarrak, imsajjar bil-pressjoni fl-ilma, li jkun fih estratt tax-xgħir, zokkor u melħ, intiż għall-użu bħala prodott bejjien fil-manifattura tal-biċċiet tal-cornflakes u preparazzjonijiet bħal dawn | 50 |

    ex I a) 2 bb) | | |

    ex I a) 2 cc) | —Prodotti magħrufa bħala "Bulgur barli" midħun tal-qamħ bħal parzjalment imqaxxar, qamħ ta' l-art imħaxxen bi kwantità żgħira tal-qalba tal-qamħ, li ġew imsajrin minn qabel | 50 |

    exI a) 2 aa) | | |

    exI a) 2 bb) | | |

    exI b) 2 aa) | | |

    ex I b) 2 bb) | —Patata helwa għall-konsum uman, ippreparata jew ippreżervata b'mod iehor milli biz-zokkor jew bil-ġulepp | 50 |

    exI e) 1 | | |

    exI e) 2 | | |

    ex I f) | —Preparazzjonijiet ta' l-ikel li jikkonsistu minn għasel naturali miżjud bil-ġelatina rjali | 50 |

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    sat-30 ta’ Ġunju 1978)

    Daqs | Kwantità netta | Piż semi-grossa | Kapaċità/volum | Koeffiċjenti | Prezzijiet minimi (dazji tad-dwana inklużi) f' u.k., kull kartuna ta' 100 landa |

    Speċifikazzjonjiet tal-Kummerċ | It-Tul Totali (mm) | Uqijiet | Grammi | Grammi | ċm3 | | Il-Komunità: |

    Fiż-żejt taż-żebbuġ | oħrajn |

    Bażi rettangolari: | | |

    1/10 debbuża | 20 | 2 | 56 | 95 | 53 | 0,60 | 11,70 | 10,80 |

    1/8 debbuża | 25 | 2¾ | 80 | 120 | 75 | 0,70 | 13,65 | 12,60 |

    1/4 imnaqqas | 18 | 25/8 | 74 | 130 | 73 | 0,77 | 15,02 | 13,86 |

    1/8 debbuża | 30 | 31/4 | 90 | 140 | 93 | 0,80 | 15,60 | 14,40 |

    1/4 speċjali | 25 | 31/6 | 90 | 140 | 90 | 0,85 | 16,58 | 15,30 |

    1/8 Roqgħa baxxa | 24 | 33/8 | 95 | 145 | 96 | 0,90 | 17,55 | 16,20 |

    1/4 debbuża | 30 | 43/8 | 125 | 190 | 125 | | | |

    1/8 P 25 | | | | 176 | 125 | | | |

    | | | | | | 1,00 | | |

    1/4 normali | 22 | 33/4 | 105 | 180 | 106 | | 19,50 | 18,00 |

    1/8 (debbuża 30) | | | | 188 | 130 | | | |

    1/4 normali | 24 | 43/8 | 125 | 195 | 125 | 1,10 | 21,45 | 19,80 |

    1/4 normali | 30 | 51/4 | 150 | 240 | 169 | | | |

    1/4 debbuża | 40 | 61/4 | 175 | 250 | 178 | 1,30 | 25,35 | 23,40 |

    1/4 P 30 | | | | 250 | 187 | | | |

    1/4 Amerikan | 30 | 7 | 200 | 300 | 207 | 1,60 | 31,20 | 28,80 |

    1/4 normali | 40 | 91/4 | 260 | 326 | 250 | | | |

    1/3/P | | | | 337 | 250 | 1,80 | 35,10 | 32,40 |

    1/4 debbuża twila | 40 | 83/4 | 248 | 320 | 241 | | | |

    1/2 baxxa | 30 | 91/4 | 260 | 370 | 245 | 2,20 | 42,90 | 39,60 |

    1/4 normali twila | 40 | 11½ | 325 | 423 | 313 | 2,50 | 48,75 | 45,00 |

    1/4 normali | 48 | 11 | 310 | 390 | 297 | 2,60 | 50,70 | 46,80 |

    1/2 kbira | 40 | 11½ | 325 | 460 | 330 | | | |

    | | | | | | 2,70 | 52,65 | 48,60 |

    1/2 P | | | | 476 | 375 | | | |

    1/1 | | | | 902 | 750 | | | |

    | | | | | | 4,65 | 90,68 | 83,70 |

    4/4 | 80 | 27½ | 780 | 950 | 771 | | | |

    Bażi rettangolari: | | | | | | | | |

    1/2 ovali | 40 | 15 | 425 | 555 | 452 | 3·40 | 66·30 | 61·20 |

    (Mill-1 ta’ Lulju 1978 sat-30 ta’ Awissu 1979)

    Daqs | Kwantità netta | Piż semi-gross | Kapaċità/volum | Koeffiċjenti | Prezzijiet minimi (dazji tad-dwana inklużi) f’u.k., kull kartuna ta’ 100 landa |

    Speċifikazzjonjiet tal-Kummerċ | It-Tul Totali (mm) | Uqijiet | Grammi | Grammi | cm3 | | Il-Komunità |

    Fiż-żejt taż-żebbuġ | oħrajn |

    Bażi rettangolari: | | |

    1/10 debbuża | 20 | 2 | 56 | 95 | 53 | 0,60 | 12,30 | 11,40 |

    1/8 debbuża | 25 | 2¾ | 80 | 120 | 75 | 0,70 | 14,35 | 13,30 |

    1/4 imnaqqas | 18 | 25/8 | 74 | 130 | 73 | 0,77 | 15,79 | 14,63 |

    1/8 debbuża | 30 | 3¼ | 90 | 140 | 93 | 0,80 | 16,40 | 15,20 |

    1/4 speċjali | 25 | 31/6 | 90 | 140 | 90 | 0,85 | 17,43 | 16,15 |

    1/8 Roqgħa baxxa | 24 | 33/8 | 95 | 145 | 96 | 0,90 | 18,45 | 17,10 |

    1/4 debbuża | 30 | 43/8 | 125 | 190 | 125 | | | |

    1/8 P 25 | | | | 176 | 125 | | | |

    | | | | | | 1,00 | | |

    1/4 normali | 22 | 33/4 | 105 | 180 | 106 | | 20,50 | 19,00 |

    1/6 (debbuża 30) | | | | 188 | 130 | | | |

    1/4 normali | 24 | 43/8 | 125 | 195 | 125 | 1,10 | 22,55 | 20,90 |

    1/4 normali | 30 | 51/4 | 150 | 240 | 169 | | | |

    1/4 debbuża | 40 | 61/4 | 175 | 250 | 178 | 1,30 | 26,65 | 24,70 |

    1/4 P 30 | | | | 250 | 187 | | | |

    1/4 Amerikan | 30 | 7 | 200 | 300 | 207 | 1,60 | 32,80 | 30,40 |

    1/4 normali | 40 | 91/4 | 260 | 326 | 250 | | | |

    1/3 P | | | | 337 | 250 | 1,80 | 36,90 | 34,20 |

    1/4 debbuża twila | 40 | 83/4 | 248 | 320 | 241 | | | |

    1/2 baxxa | 30 | 91/4 | 260 | 370 | 245 | 2,20 | 45,10 | 41,80 |

    1/4 normali twila | 40 | 11½ | 325 | 423 | 313 | 2,50 | 53,30 | 49,40 |

    1/4 normali | 48 | 11 | 310 | 390 | 297 | 2,60 | 53,30 | 49,40 |

    1/2 kbira | 40 | 11½ | 325 | 460 | 330 | | | |

    | | | | | | 2,70 | | |

    1/2 P | | | | 476 | 375 | | 55,35 | 51,30 |

    1/1 | | | | 902 | 750 | | | |

    | | | | | | 4,65 | | |

    4/4 | 80 | 27½ | 780 | 950 | 771 | | 95,33 | 88,35 |

    Bażi rettangolari: | | | | | | | | |

    1/2 ovali | 40 | 15 | 425 | 555 | 452 | 3,40 | 69,70 | 64,60 |

    --------------------------------------------------

    ANNESS V

    TABELLA TA’ L-EKWIVALENZA

    Regolament (KEE) Nru 1233/71 | Dan ir-Regolament |

    Artikolu | Artikolu |

    1. | 4. (1) |

    2. (1) | 4. (1) |

    2. (2) l-ewwel sub-paragrafu | 4. (2) |

    2. (2) it-tieni sub-paragrafu | 14. |

    2. (3) | 4. (3) |

    3. | 4. (4) |

    4. | 4. (5) |

    5. | 4. (6) |

    6. | 4. (7) |

    Regolament (KEE) Nru 2754/75 | Dan ir-Regolament |

    Artikolu | Artikolu |

    1. | 6. |

    2. | 7. (1) |

    3. | 7. (2) |

    4. | 14. |

    Regolament (KEE) Nru 2755/75 | Dan ir-Regolament |

    Artikolu | Artikolu |

    2. | 8. |

    3. | 2. |

    4. | 5. |

    Anness II. | Anness II. |

    Regolament (KEE) Nru 113/76 | Dan ir-Regolament |

    Artikolu | Artikolu |

    1. | Artikolu 1(1) u Anness I |

    --------------------------------------------------

    Top