This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31976L0765
Council Directive 76/765/EEC of 27 July 1976 on the approximation of the laws of the Member States relating to alcoholometers and alcohol hydrometers
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar il-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar il-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol
ĠU L 262, 27.9.1976, p. 143–148
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 01/12/2015; Imħassar b' 32011L0017
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31976L0765R(01) | ||||
Corrected by | 31976L0765R(02) | ||||
Modified by | 31982L0624 | Emenda | anness | 22/07/1982 | |
Repealed by | 32011L0017 |
Official Journal L 262 , 27/09/1976 P. 0143 - 0148
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0172
Greek special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0117
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0172
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0182
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 5 P. 0182
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar il-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol (76/765/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Filwaqt li fl-Istati Membri d-definizzjoni, disinn u proċeduri għall-approvazzjoni u prova ta’ meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol huma s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji li huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor u b’hekk ifixklu l-moviment u l-kummerċ ta’ dawn l-istrumenti ġewwa l-Komunità; filwaqt li għalhekk hemm bżonn li jkunu approssimati dawn id-dispożizzjonijiet; Filwaqt li l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u proċeduri amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-istrumenti hi essenzjali wkoll bħala qbil ma’ dispożizzjonijiet eżistenti li għandhom x’jaqsmu mal-metodu li bih tkun stabbilita s-saħħa alkoħolika mir-riżultat ta’ kejl meħud, sabiex jitneħħa kull riskju ta’ ambigwità jew kwistjoni fuq ir-riżultati ta’ tali kejl; Filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ Stati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ dispożizzjonijiet komuni kemm għal strumenti ta’ kejl u kemm metodi ta’ kontroll metroloġiku [3] stabbiliet il-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE u ta’ verifikazzjoni inizjali tal-KEE; filwaqt li bi qbil ma’ dik id-Direttiva hemm bżonn li jkunu stabbiliti l-ħtiġiet tekniċi li d-disinn u funzjonament ta’ meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol għandhom jissodisfaw sabiex ikunu impurtati, imqiegħda fis-suq u wżati liberament wara li jkunu għaddew mill-ispezzjonijiet meħtieġa u wara li jkunu ġew provduti bil-marki u sinjali meħtieġa; Filwaqt li, fir-risoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 1973 [4] dwar politika industrijali, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex tgħaddilu qabel l-1 ta’ Diċembru 1974 proposta għal Direttiva dwar meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Din id-Direttiva tiddefinixxi l-karatteristiċi ta’ dwar meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol wżati sabiex jistabbilixxu s-saħħa alkoħolika ta’ taħlitiet ta’ ilma u ethanol. Artikolu 2 Dawn il-meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol li jistgħu jġibu l-marki u sinjali tal-KEE huma deskritti fl-Anness. Tali strumenti għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni ta’ mudell ta’ KEE u għandhom ikunu sottomessi għal verifikazzjoni inizjali tal-KEE. Artikolu 3 L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta, jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ kwalunkwe alcoholometer jew idrometru alkoħol li jġib is-sinjal ta’ approvazzjoni ta’ mudell tal-KEE jew il-marka ta’ verifikazzjoni tal-KEE fuq il-bażi tal-karatteristiċi metroloġiċi tagħhom. Artikolu 4 1. Stati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw fi perjodu ta’ 24 xahar mid-data ta’ notifika ta’ din id-Direttiva il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u għandhom jinfurmaw ma’ l-ewwel lill-Kummissjoni b’dan. Għandhom japplikaw dawn il-miżuri mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1980. 2. Stati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 5 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1976. Għall-Kunsill Il-President M. van der Stoel [1] ĠU Ċ 76, 7.4.1975, p. 39 [2] ĠU Ċ 248, 29.10.1975, p. 22 [3] ĠU L 202, 6.9.1971, p. 1 [4] ĠU Ċ 117, 31.12.1973, p. 1 -------------------------------------------------- ANNESS METERSTA’ L-ALKOĦOL UHYDROMETERSTA’ L-ALKOĦOL 1. DEFINIZZJONI TA’ L-ISTRUMENTI 1.1. Meters ta’ l-alkoħol huma strumenti tal-ħġieġ li juru: - is-saħħa alkoħolika skond il-massa, jew - is-saħħa alkoħolika skond il-volum, ta’ taħlita ta’ ilma u ethanol. Huma deskritti bħala jew meters ta’ l-alkoħol tal-massa jew meters ta’ l-alkoħol tal-volum, jiddependi fuq x’inhu mkejjel. Idrometri ta’ l-alkoħol huma strumenti tal-ħġieġ maħsuba sabiex titkejjel id-densità tat-taħlita ta’ ilma u ethanol. 1.2. L-istrumenti mfissra f’din id-Direttiva huma ggradwati f’temperatura ta’ referenza ta’ 20 ºĊ, bi qbil mal-valuri li jidhru fil-listi internazzjonali ta’ alkoħol ippubblikati mill-Organizazzjoni Internazzjonali ta’ Metroloġija Legali. 1.3. Huma ggradwati għal kejl magħmul fil-wiċċ orrizontali liberu tal-likwidu. 2. DESKRIZZJONI TA’ L-ISTRUMENTI 2.1. Meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol huma strumenti tal-ħġieġ, li jikkonsistu minn: - forma ċilindrika, li l-qiegħ tagħha jkun f’forma ta’ kon jew ta’ emisferu sabiex ma żżommx bżieżaq ta’ l-arja fiha, - għonq ċilindriku vojt minn ġewwa mwaħħal mal-parti ta’ fuq tal-parti prinċipali; bit-tarf ta’ fuq magħluq. 2.2. Il-wiċċ kollu minn barra ta’ kull strument għandu jkun simmetriku madwar il-fus prinċipali tiegħu. Il-cross-section ma għandha turi ebda bidla f’daqqa. 2.3. Il-parti ta’ isfel tal-parti prinċipali għandu jkun fiha l-materjal tat-tagħbija, li l-għan tiegħu jkun li jaġġusta l-massa ta’ l-istrument. 2.4. L-għonq għandu jkollu skala mmarkata fuq support ċilindriku mwaħħal sew ma’ ġewwa ta’ l-għonq. 3. PRINĊIPJI TA’ KOSTRUZZJONI 3.1. Il-ħġieġ użat sabiex isiru l-istrumenti għandu jkun trasparenti u mingħajr difetti li jistgħu ifixklu l-qari ta’ kejl fuq l-iskala. Il-ħġieġ għandu jkollu ko-effiċjent ta’ espansjoni kubika ta’ (25 ± 2) 10-6 ºĊ-1. 3.2. Il-materjal tat-tagħbija għandu jkun imwaħħal mal-qiegħ ta’ l-istrument. Wara li l-istrument armat ikun inżamm f’pożizzjoni orizzontali għal siegħa fi 80 ºĊ u wara mkessaħ f’dik il-pożizzjoni, għandu jżomm fil-wiċċ bil-fus vertikali għal inqas minn 1 grad 30 minuta. 4. SKALA 4.1. L-ebda strument ma għandu jkollu aktar minn skala waħda tat-tip imsemmija f’4.5 jew 4.6. 4.2. L-iskala u l-iskrizzjonjiet għandhom ikunu mmarkati fuq support li jkollu wiċċ lixx u matt. Dan is-support għandu jinżamm sew fil-post fil-għonq u għandhom ikunu pprovduti marki ta’ referenza sabiex kwalunkwe tħarrik ta’ l-iskala u tas-support tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għonq ikun jidher. Is-support, l-iskala u l-iskrizzjonijiet ma għandhom juru l-ebda traċċa ta’ distorsjoni, nuqqas ta’ kulur jew ħruq meta jkunu miżmuma f’70 ºĊ għal 24 siegħa. 4.3. Il-marki ta’ l-iskala għandhom ikunu: - posizzjonati fi pjanijiet perpendikolari għall-fus ta’ l-istrument, - suwed [1] u mmarkati b’mod ċar u li ma jitħassrux, - irqaq, distinti u ta’ ħxuna uniformi mhux iktar minn 0·2 mm. 4.4. It-tul tal-linji l-qosra fuq l-iskala għandu jkun ta’ l-inqas kwint, dak tal-linji medji ta’ l-inqas terz u dak tal-linji t-twal ta’ l-inqas nofs iċ-ċirkonferenza ta’ l-għonq. 4.5. Meters ta’ l- alkoħol għandu jkollhom skali nominali ggradwati b’ % tal-massa jew b’ % ta’ volum ta’ alkoħol. Għandhom ikopru firxa ta’ mhux aktar minn 10 % ta’ alkoħol skond il-volum jew skond il-massa.L-intervall ta’ l-iskala għandu jkun 0·1 %. Kull skala għandha tinkludi minn ħamsa sa 10 intervalli ta’ skala addizzjonali ‘l fuq mill-limiti nominali ta’ fuq u ta’ isfel tagħha. 4.6. L-iskali nominali ta’ idrometri ta’ l-alkoħol għandhom ikunu ggradwati f’kilogrammi għal kull metru kubu. Għandhom ikopru firxa ta’ mhux aktar minn 20 kg/m3. L-intervall ta’ l-iskala għandu jkun 0·2 kg/m3. Kull skala għandha tinkludi minn ħamsa sa 10 intervalli ta’ skala addizzjonali ‘l fuq mil-limiti nominali ta’ fuq u ta’ isfel tagħha. Iżda, l-iskala ma għandhiex testendi ‘l hinn minn 1000 kg/m3. 5. GRADWAZZJONI U NNUMERAR 5.1. Fuq meters ta’ l-alkoħol, kull l-10 marka ta’ l-iskala, meta tgħodd minn tarf wieħed ta’ l-iskala nominali għandha tkun linja twila. Għandu jkun hemm linja medja bejn kull par ta’ linji twal suċċessivi u erba’ linji qosra bejn kull linja twila u l-eqreb linja medja. Il-linji t-twal biss għandhom ikunu nnumerati. 5.2. Fuq hydrometers ta’ l-alkoħol, kull ħames linja, meta tgħodd minn tarf wieħed ta’ l-iskala nominali għandha tkun linja twila. Għandu jkun hemm erba’ linji qosra bejn żewġ linji twal konsekuttivi. Il-ħames jew l-10 linji biss għandhom ikunu nnumerati. 5.3. Il-linji li juru l-limiti ta’ l-iskala nominali għandhom juru l-figuri sħaħ. Fuq hydrometers ta’ l-alkoħol in-numri l-oħra jistgħu jkunu mqassra. 6. KLASSIFIKAZZJONI U DIMENSJONIJIET PRINĊIPALI TA’ STRUMENTI 6.1. L-istrumenti għandhom ikunu ta’ waħda mill-klassijiet segwenti ta’ korrettezza: Klassi I : L-ispazjar medju minimu ta’ l-iskala għandu jkun 1·5 mm. Strumenti f’din il-klassi ma għandhomx jinkorporaw termometru. Klassi II : L-ispazjar medju minimu ta’ l-iskala għandu jkun 1·05 mm. Strumenti f’din il-klassi jistgħu jinkorporaw termometru. Klassi III : L-ispazjar medju minimu ta’ l-iskala għandu jkun 0·85 mm. Strumenti f’din il-klassi jistgħu jinkorporaw termometru. 6.2. Id-dijametru minn barra tal-parti prinċipali ta’ kwalunkwe strument għandu jkun bejn 19 u 40 mm. Id-dijametru minn barra ta’ l-għonq għandu jkun ta’ l-inqas 3 mm għal strumenti ta’ Klassi I u Klassi II u ta’ l-inqas 2·5 mm għal strumenti ta’ Klassi III. L-għonq għandu jestendi għal mill-inqas 15 mm ‘l fuq mill-aktar marka għolja ta’ l-iskala. Lil hinn mill-medda ta’ l-iskala nominali il-linji ta’ l-iskala jistgħu ikunu ta’ kulur differenti. Il-cross-section ta’ l-għonq għandha tkun uniformi għal mill-anqas 5 mm ‘l isfel mill-marka ta’ l-iskala l-aktar baxxa. 7. ISKRIZZJONIJIET 7.1. L-iskrizzjonijiet segwenti għandhom ikunu mmarkati b’mod li jinqraw u li ma jitħassrux ġewwa l-istrument: - Klassi I, II jew III - kg/m3 jew % vol jew % mas, - 20 oĊ, - ethanol, - l-isem jew il-marka ta’ identifikazzjoni tal-manifattur, - in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-istrument - is-sinjal ta’ approvazzjoni tal-mudell tal-KEE ‘ε ‘. 7.2. Il-massa ta’ l-istrument, imfissra sa l-eqreb milligramma jista’, jekk ikun meħtieġ, ikun immarkat fuq il-parti prinċipali. 8. L-IŻBALL MASSIMU PERMISSIBBLI U VERIFIKA 8.1. L-iżball massimu permissibbli għal meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol għandu jkun: - għal Klassi I, ± nofs interval ta’ skala għal kull kejl li jirriżulta, - għal Klassijiet II u III, ± interval ta’ skala għal kull kejl li jirriżulta. 8.2. Għandha ssir verifika fuq minimu ta’ tlett postijiet fil-medda ta’ l-iskala nominali. 9. TERMOMETRI WŻATI SABIEX TKUN STABBILITA S-SAĦĦA ALKOĦOLIKA 9.1. Jekk l-istrument użat sabiex jistabbilixxi s-saħħa alkoħolika jkun jappartjeni għal Klassi I, it-termometru wżat għandu jkun: - tat-tip tar-resistenza metallika jew tat-tip ta’ espansjoni tal-merkurju f’casing tal-ħġieġ, - ggradwat f’0·1 jew 0·05 ºĊ. L-iżball massimu permissibbli hu ta’ ± 0·05 ºĊ għal kull kejl li jirriżulta. Termometri tal-merkurju għandhom jinkludu marka fuq l-iskala f’ºĊ. 9.2. Jekk l-istrument użat sabiex jistabbilixxi s-saħħa alkoħolika jkun jappartjeni għal Klassi II jew III, it-termometru għandu jkun tat-tip ta’ espansjoni tal-merkurju, b’casing tal-ħġieġ u għandu jkun iggradwat għal 0·1 jew 0·2 jew 0·5 ºĊ. Għandu jkollu marka fuq l-iskala f’ºĊ. L-iżball massimu permissibbli, pożittiv jew negattiv, għandu jkun: - 0·1 ºĊ jekk it-termometru jkun iggradwat għal 0·1 ºĊ, - 0·15 ºĊ jekk it-termometru jkun iggradwat għal 0·2 ºĊ, - 0·2 ºĊ jekk it-termometru jkun iggradwat għal 0·5 ºĊ. It-termometru jista’ jkun inkorporat fl-istrument użat sabiex jistabbilixxi s-saħħa alkoħolika. F’dan il-każ, jista’ ma jkollux marka fuq l-iskala f’ºĊ. 9.3. L-ispazjar minimu ta’ l-iskala għandu jkun: - 0·7 mm fil-każ ta’ termometri ggradwati għal 0·05, 0·1, u 0·2 ºĊ u - 1·0 mm fil-każ ta’ termometri ggradwati għal 0·5 ºĊ. 9.4. Il-ħxuna tal-linji ma għandhiex tkun iktar minn wieħed minn kwint ta’ l-ispazjar ta’ l-iskala. 10. IMMARKAR Fuq wara ta’ meters ta’ l-alkoħol u hydrometers ta’ l-alkoħol għandu jitħalla spazju fit-terz ta’ fuq tal-parti prinċipali għall-marka ta’ verifika inizjali tal-KEE. Bi qbil ma’ 3.1.1 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 71/316/KEE u b’deroga mir-regola ġenerali stabbilita fit-taqsima 3 ta’ dak l-Anness, il-marka ta’ verifika inizjali tal-KEE għandha, minħabba l-ħtiġijiet ta’ immarkar speċjali għal strumenti tal-ħġieġ, tkun magħmula minn serje ta’ sinjali li jkollhom it-tifsira segwenti: - ittra żgħira "e", - l-aħħar żewġ numri tas-sena ta’ verifika inizjali tal-KEE - l-ittra jew ittri ta’ identifikazzjoni ta’ l-Istat fejn tkun saret il-verifika inizjali tal-KEE, - jekk ikun hemm bżonn, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-uffiċċju ta’ verifika. Meta l-immarkar ikun magħmul permezz ta’ sandblasting, l-ittra u numri għandhom ikunu applikati b’tali mod li ma tkunx imfixkla l-leġibbilità tagħhom. Eżempju: e 75 D 48 : verifika inizjali tal-KEE mwettqa fl-1975 minn Bureau 48 fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. [1] Lil hinn mill-firxa ta’ l-iskala nominali il-linji ta’ l-iskala jistgħu ikunu ta’ kulur differenti --------------------------------------------------