Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31976L0371

    L-Ewwel Direttiva tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Marzu 1976 li tistabbilixxi metodi Komunitarji ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ għalf

    ĠU L 102, 15.4.1976, p. 1–7 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/08/2009; Imħassar b' 32009R0152

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1976/371/oj

    31976L0371



    Official Journal L 102 , 15/04/1976 P. 0001 - 0007
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0041
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 15 P. 0025
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0041
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0037
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 10 P. 0037


    L-Ewwel Direttiva tal-Kummissjoni

    ta’ l-1 ta’ Marzu 1976

    li tistabbilixxi metodi Komunitarji ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ għalf

    (76/371/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Lulju 1970 dwar l-introduzzjoni ta’ metodi Komunitarji għat-teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ għalf [1], kif l-aħħar emendati bl-Att ta’ l-Adeżjoni [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

    Billi dik id-Direttiva teħtieġ li l-kontroll uffiċjali ta’ għalf jitwettaq bl-użu ta’ metodi Komunitarji ta’ teħid tal-kampjuni u analiżi bl-iskop tal-kontroll ta’ konformità mal-ħtiġiet li joriġinaw taħt id-disposizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew azzjoni amministrattiva li tikkonċerna l-kwalità u l-kompożizzjoni ta’ għalf;

    Billi, bħala l-ewwel stadju, metodi ta’ teħid ta’ kampjuni għandhom jiġu stabbiliti għall-kontroll tal-kostitwenti ta’ għalf u l-adittivi tagħhom u għall-kontroll ta’ sustanzi u prodotti indeżiderabbli, bl-eċċezzjoni ta’ residwi ta’ pestiċidi u mikro-organiżmi, li dan l-għalf jista’ jikkontjeni;

    Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li t-teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ għalf, fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ kostitwenti, adittivi u sustanzi u prodotti indeżiderabbli, bl-eċċezzjoni ta’ residwi ta’ pestiċidi u mikro-organiżmi, jitwettaq skond il-metodi deskritti fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1977 iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrativi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussel, l-1 ta’ Marzu 1976.

    Għall-Kummissjoni

    P.J. Lardinois

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 2.

    [2] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 14.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    METODI GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

    1. L-ISKOP U L-QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI

    Kampjuni intiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ għalf, għall-kwalità u l-kompożizzjoni, għandhom jittieħdu skond il-metodi deskritti hawn taħt. Kampjuni hekk ottenuti għandhom jiġu kkunsidrati bħala rappreżentanti tal-porzjonijiet li ttieħdu kampjuni minnhom

    2. UFFIĊJALI LI JIEĦDU L-KAMPJUNI

    Il-kampjuni għandhom jittieħdu minn uffiċjali awtorizzati għal dak l-iskop mill-Istati Membri

    3. DEFINIZZJONIJIET

    Il-Porzjon li ttieħed kampjun minnu: Kwantità ta’ prodott li jikkostitwixxi unità, u li jkollu karatteristiċi li huwa preżunt li huma uniformi.

    Kampjun inkrementali: Kwantità meħuda minn punt fil-porzjon li ttieħed kampjun minnu.

    Kampjun aggregat: Aggregat ta’ kampjuni inkrementali meħuda mill-istess porzjon li ttieħed kampjun minnu.

    Kampjun imnaqqas: Parti rappreżentattiva ta’ l-aggregat tal-kampjun ottenut minn ta’ l-aħħar bi proċess ta’ tnaqqis.

    Kampjun finali: A Parti tal-kampjun imnaqqas jew ta’ l-aggregat tal-kampjun omoġenizzat.

    4. L-APPARAT

    4.1 L-apparat għat-teħid ta' kampjuni għandu jkun magħmul minn materjali li ma jistgħux jikkontaminaw il-prodotti li għandhom jittieħdu kampjuni minnhom. Dan l-apparat jista' jiġi uffiċjalment approvat mill-Istati Membri.

    4.2 Apparat rakkomandat biex jittieħdu kampjuni minn għalf solidu

    4.2.1 It-Teħid manwali ta' kampjuni

    4.2.1.1 Pala bil-qiegħ ċatt bi ġnub vertikali.

    4.2.1.2 Lanza għat-teħid ta' kampjuni b'qasma twila jew b'kompartimenti. Id-dimensjonijiet tal-lanza għat-teħid ta' kampjuni għandhom ikunu approprjati għall-karatteristiċi tal-porzjon li ttieħed kampjun minnu (il-fond tal-kontenitur, id-dimensjonijiet ta' l-ixkora, eċċ) u għad-daqs tal-partiċella ta' l-għalf.

    4.2.2 It-teħid mekkaniku ta' kampjuni

    Apparat mekkaniku approvat jista' jintuża għat-teħid ta' kampjuni ta' għalf li jiċċaqlaq.

    4.2.3 Diviżur

    Apparat idiżinjat biex jaqsam il-kampjun f'bejn wieħed u ieħor partijiet ugwali jista' jintuża biex jittieħdu kampjuni inkrementali u għall-preparazzjoni ta' kampjuni mnaqqsa u finali.

    5. ĦTIĠIET KWANTITATTIVI

    5.A F' relazzjoni mal-kontroll ta' sustanzi jew prodotti distribwiti b'mod uniformi fl-għalf.

    5.A.1 Porzjon li ttieħed kampjun minnu

    Id-daqs tal-porzjon tal-kampjun gandu jkun hekk li kull wada mill-partijiet li jikkostitwuh tista' tittieed kampjun minnha

    5.A.2 Kampjuni inkrementali

    5.A.2.1 | Għalf maħlul: | Numru minimu ta' kampjuni inkrementali: |

    5.A.2.1.1. | porzjonijiet li ttieħdu kampjuni minnhom li ma jeċċedux 2.5 tunnellati metriċi | sebgħa |

    +++++ TIFF +++++

    5.A.2.1.2 | porzjonijiet li ttieħdu kampjuni minnhom li jeċċedu 2.5 tunnellati metriċi | |

    5.A.2.2. | Għalf ippakkeġġat: | Numru minimu ta' pakketti li għandhom jittieħdu kampjuni minnhom : |

    5.A.2.2.1. | Pakketti ta' iktar minn kg: |

    5.A.2.2.1.1. | porzjonijiet li ttieħdu kampjuni minnhom ta' wieħed sa erba' pakketti | il-pakketti kollha |

    5.A.2.2.1.2. | porzjonijiet li ttieħdu kampjuni minnhom ta' ħames sa sittax-il pakkett | erbgħa |

    +++++ TIFF +++++

    5.A.2.2.1.3. | porzjonijiet li ttieħdu kampjuni minnhom ta' iktar minn 16-il pakkett | |

    5.A.2.2.2. | Pakketti li ma jeċċedux 1 kg | erbgħa |

    5.A.2.3. | Għalf likwidu jew semi-likwidu: | Numru minimu ta' kontenituri li għandhom jittieħdu kampjuni minnhom : |

    5.A.2.3.1. | Kontenituri ta' iktar minn litru: |

    5.A.2.3.1.1. | porzjonijiet li ttieħedu kampjuni minnhom ta' wieħed sa erba' kontenituri | il-kontenituri kollha |

    5.A.2.3.1.2. | porzjonijiet li ttieħedu kampjuni minnhom ta' ħames sa 16-il kontenitur | erbgħa |

    +++++ TIFF +++++

    5.A.2.3.1.3. | porzjonijiet li ttieħdu kampjuni minnhom ta' iktar minn 16-il kontenitur | |

    5.A.2.3.2. | Kontenituri li ma jeċċedux litru | erbgħa |

    5.A.2.4. | Blokok ta' l-għalf u licks minerali | Numru minimu ta' blokok jew licks li għandhom jittieħdu kampjuni minnhom : blokka jew lick waħda għal kull ta' 25 unità li ttieħed kampjun minnu, sa massimu ta' erba' blokok jew licks |

    5.A.3.1. | Għalf maħlul | 4 kg |

    5.A.3.2. | Għalf ippakkeġġat: |

    5.A.3.2.1. | pakketti ta' mhux iktar minn 1kg | 4 kg |

    5.A.3.2.2 | pakketti li ma jeċċedux 1kg | il-piż tal-kontenut ta' erba' pakketti oriġinali |

    5.A.3.3. | Għalf likwidu jew semi-likwidu: |

    5.A.3.3.1. | kontenituri ta' iktar minn litru | erba' litri |

    5.A.3.3.2. | kontenituri li ma jeċċedux litru | il-volum tal-kontenut ta' erba' kontenituri oriġinali |

    5.A.3.4. | Blokok ta' l-għalf jew licks minerali: |

    5.A.3.4.1. | li kull wieħed minnhom jiżen iktar minn 1 kg | 4 kg |

    5.A.3.4.2. | li kull wieħed minnhom ma jiżinx iktar minn 1 kg | il-piż ta' erba' blokok jew licks oriġinali |

    5.A.4 Kampjuni finali

    Il-kampjun aggregat jagħti l-kampjuni finali mat-tnaqqis meta neċessarju. L-Analiżi ta' mill-inqas kampjun finali wieħed hija meħtieġa. L-ammont fil-kampjun finali għall-analiżi m'għandux ikun inqas minn dan li ġej:

    Ghalf solidu | 500 g |

    Ghalf likwidu jew semi-likwidu | 500 ml |

    5.B (ċ) [3]

    5.B.1 Porzjon li ttieħed kampjun minnu: ara 5.A.1.

    5.B.2 Kampjuni inkrementali

    5.B.2.1 Għalf maħlul: ara 5.A.2.1.

    5.B.2.2. | Għalf ippakkeġġat | Numru minimu ta' pakketti li għandhom jittieħdu kampjuni minnhom: |

    5.B.2.2.1. | porzjonijiet li ttieħdu kampjuni minnhom li jikkonsistu minn wieħed sa erba' pakketti | il-pakketti kollha |

    5.B.2.2.2. | porzjonijiet li ttieħdu kampjuni minnhom li jikkonsistu minn iktar minn 16-il pakkett | erbgħa |

    +++++ TIFF +++++

    5.B.2.2.3. | porzjonijiet li ttieħed kampjun minnhom li jikkonsistu f'iktar minn 16-il pakkett | |

    5.B.3 Kampjuni aggregati

    In-numru ta' kampjuni aggregati jvarja skond id-daqs tal-porzjon li ttieħed il-kampjun minnu. In-numru minimu tal-kampjuni aggregati għal kull porzjon li ttieħed il-kampjun minnu hu mogħti hawn taħt. Il-piż totali tal-kampjuni inkrementali li jagħmlu kull kampjun aggregat m'għandux ikun inqas minn 4 kg.

    5.B.3.1 Għalf maħlul

    Id-Daqs tal-porzjon li ttieħed il-kampjun minnu f'tunnellati metriċi | In-numru minimu ta' kampjuni aggregati għal kull porzjon li ttieħed il-kampjun minnu: |

    sa 1 | 1 |

    iktar minn 1 u sa 10 | 2 |

    iktar minn 10 u sa 40 | 3 |

    iktar minn 40 | 4 |

    5.B.3.2. Għalf ippakkeġġat daqs tal-porzjon li ttieħed il-kampjun minnu f'numru ta' pakketti | Numru minimu ta' kampjuni aggregati għal kull porzjon li ttieħed il-kampjun minnu |

    1 sa 16 | 1 |

    17 sa 200 | 2 |

    201 sa 800 | 3 |

    iktar minn 800 | 4 |

    5.B.3.2 5.B.4 Kampjuni finali

    Kull kampjun aggregat jagħti l-kampjuni finali mat-tnaqqis. L-Analiżi ta' mill-inqas kampjun finali wieħed għal kull kampjun aggregat hija meħtieġa. Il-piż tal-kampjun finali għall-analiżi ma jistax ikun inqas minn 500 g.

    6. ISTRUZZJONIJIET BIEX JITTIEĦDU, JIĠU PPREPARATI U PPAKKJATI L- KAMPJUNI

    6.1 Ġenerali

    Il-kampjun għandu jittieħed u jiġi ppreparat malajr kemm jista' jkun waqt li wieħed iżomm f'moħħu l-prekawzjonijiet neċessarji sabiex jiġi assigurat li l-prodott la hu mibdul u lanqas ikkontaminat. Strumenti u wkoll superfiċi u kontenituri intiżi biex jirċievu kampjuni għandhom ikunu nodfa u niexfa.

    6.2 Kampjuni inkrementali

    6.2.A F'relazzjoni mal-kontroll ta' sustanzi jew prodotti distribwiti b'mod uniformi fl-għalf

    Il-Kampjuni inkrementali għandhom jittieħdu kif ġie ġie fil-porzjon kollu tal-kampjun u għandhom ikunu bejn wieħed u ieħor ta' daqsijiet ugwali.

    6.2.A.1 Għalf maħlul

    Diviżjoni immaġinarja għandha tkun magħmula mill-porzjon li ttieħed kampjun minnu f'numru ta' bejn wieħed u ieħor partijiet ugwali. Numru ta' partijiet li jikkorrispondu għan-numru ta' kampjuni inkrementali meħtieġ skond 5.A.2. għandu jintgħażel bl-addoċċ u mill-inqas kampjun wieħed meħud minn dawn il-partijiet.

    Meta approprjat, it-teħid ta' kampjuni jista' jitwettaq meta l-porzjon li ttieħed il-kampjun minnu jiġi spustjat (it-tagħbija jew il-ħatt).

    6.2.A.2 Għalf ippakkjat

    Wara li jkun intgħażel in-numru meħtieġ ta' pakketti għat-teħid ta' kampjuni kif indikat f' 5.A.2, parti mill-kontenut ta' kull pakkett għandha titneħħa bl-użu ta' lanza jew pala. Meta neċessarju l-kampjuni għandhom jittieħdu wara li l-pakketti jiġu żvujtati separatament.

    6.2.A.3 Likwidu omoġenju jew omoġenizzabbli jew għalf semi-likwidu

    Wara li jkun intgħażel in-numru meħtieġ ta' kontenituri għat-teħid ta' kampjuni kif indikat f' 5.A.2, il-kontenut għandu jiġi omoġenizzat jekk neċessarju u ammont meħud minn kull kontenitur.

    Il-kampjuni inkrementali jistgħu jittieħdu meta l-kontenut jiġi skarikat

    6.2.A.4 Għalf likwidu jew semi-likwidu, non-omoġenizzabbli

    Wara li jkun intagħżel in-numru meħtieġ ta' kontenituri għat-teħid ta' kampjuni kif indikat f' 5.A.2., il-kampjuni għandhom jittieħdu minn livelli differenti.

    Jistgħu ukoll jittieħdu kampjuni meta l-kontenut jiġi skarikat imma l-ewwel frazzjonijiet għandhom jintremew:

    Fi kwalunkwe każ il-volum totali meħud m'għandux ikun inqas minn 10 litri

    6.2.A.5 Blokok ta' l-għalf u licks minerali

    Wara li jkun intgħażel in-numru meħtieġ ta' blokok jew licks għat-teħid tal-kampjuni kif indikat f' 5.A.2, parti minn kull blokka jew lick għandha tittieħed.

    6.2.B F'relazzjoni għall-kontroll ta' sustanzi jew prodotti indeżiderabbli li x'aktarx jiġu distribwiti mingħajr uniformità fl-għalf, bħal aflatossi1i, rye ergot, il-pjanta taż-żejt castor u crotolaria f'għalf dirett.

    (d) [4] u b'tali mod li l-ammont totali fil-kampjuni minn kull parti mhuwiex inqas mill-minimu 4 kg kwantità meħtieġa għal kull kampjun aggregat. Kampjuni inkrementali meħuda minn partijiet differenti m'għandhomx jiġu aggregati

    6.3 Il-preparazzjoni ta' kampjuni aggregati

    6.3.A Fir-rigward tal-kontroll ta' sustanzi ta' prodotti distribwiti b'mod uniformi fl-għalf

    Il-kampjuni inkrementali għandhom jiġu mħallta biex jiffurmaw kampjun aggregat wieħed.

    6.3.B Fir-rigward tal-kontroll ta' sustanzi jew prodotti indeżiderabbli li x'aktarx jiġu distribwiti mingħajr uniformità fl-għalf, bħal aflatossiċi, rye ergot, il-pjanta taż-żejt castor u crotalaria f'għalf dirett.

    Il-kampjuni inkrementali minn kull parti tal-porzjon li ttieħed il-kampjun minnu għandhom jiġu mħallta u n-numru tal-kampjuni aggregati previst f'5.B.3, miżjud waqt li jkun hemm attenzjoni għall-oriġini ta' kull kampjun aggregat.

    6.4 Il-preparazzjoni ta' kampjuni finali

    (e) [5]. Jekk neċessarju l-kampjun aggregat għandu l-ewwel jitnaqqas għal mill-inqas 2 kg jew żewġ litri (kampjun imnaqqas jew bl-użu ta' diviżur mekkaniku jew bil-metodu tal-qsim.

    Mill-inqas tliet kampjunu finali għandhom imbagħad jiġu ppreparati, ta' bejn wieħed u ieħor l-istess ammont u li jikkonformaw mal-ħtiġiet kwantitattivi ta' 5.A.4 jew 5.B.4. Kull kampjun għandu jitqiegħed f'kontenitur approprjat. Il-prekawzjonijiet kollha neċessarji għandhom jittieħdu biex tiġi evitata kull bidla ta' kompożizzjoni tal-kampjun, kontaminazzjoni jew adulterazzjoni li tista' tiġi kkawżata tul it-trasportazzjoni jew il-ħażna.

    6.5 L-ippakkeġġar ta' kampjuni finali

    Il-kontenituri ta' pakketti għandhom ikunu ssiġillati u ttikkettati (it-tikketta totali għandha tkun inkorporata fis-siġill) b'tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma jiġi ddanneġġjat is-siġill

    7. IR-REĠISTRU TAL-KAMPJUNI

    Għandu jinżamm reġistru ta' kull teħid ta' kampjuni, li jippermetti li kull porzjon li jkun ittieħed kampjun minnu jiġi identifikat mingħajr ambigwità.

    8. ID-DESTINAZZJONI TA' KAMPJUNI

    Għal kull kampjun aggregat, mill-inqas kampjun finali wieħed għandu jintbagħat malajr kemm jista' jkun fil-laboratorju analitiku awtorizzat, flimkien ma' l-informazzjoni neċessarja għall-analist.

    [3] Għal għalf ippakkeġġat, parti mill-kontenut tal-pakketti li għandu jittieħed kampjun minnhom għandha titneħħa, bl-użu ta' lanza jew pala, wara li l-pakketti jkunu ġew żvujtati separatament, jekk neċessarju.

    [4] Kull boċċa għandha titkisser (jekk neċessarju billi jiġu separati u rritornati għall-kampjun) f'kull kampjun aggregat separatament.

    [5] Il-metodi previsti f’ 5A huma għal użu fil-kontroll ta’ aflatossiċi, rye ergot, pjanta taż-żejt castor u crotalaria f’ għalf komplet u supplimentari.

    --------------------------------------------------

    Top