Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31974L0408

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi nterni ta’ vetturi bil-mutur (saħħa tas-sedili u ta’ l-ankoraġġi tagħhom)

    ĠU L 221, 12.8.1974, p. 1–9 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1974/408/oj

    31974L0408



    Official Journal L 221 , 12/08/1974 P. 0001 - 0009
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0042
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0003
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0042
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0015
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 4 P. 0015


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-22 ta’ Lulju 1974

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi nterni ta’ vetturi bil-mutur (saħħa tas-sedili u ta’ l-ankoraġġi tagħhom)

    (74/408/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

    Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, inter alia, għall-muntaġġï nterni għas-saħħa tas-sedili u l-ankoraġġi tagħhom;

    Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet, jew flimkien ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura dwar l-approvazzjoni ta’ tip tal-KEE li kienet ġiet stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/156/KEE [2] tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom tkun applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

    Billi ħtiġiet komuni għall-muntaġġ nterni tal-kompartament tal-passiġġieri, it-tqassim tal-kontrolli, is-saqaf, il-parti tas-sedil fejn jisserraħ id-dahar u n-naħa ta’ wara tas-sedili ġew stipulati bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 74/60/KEE [3] tas-17 ta’ Diċembru 1973; billi l-ħtiġiet għall-muntaġġi nterni għall-imġieba tal-mekkaniżmu ta’ l-isteering fl-eventwalita ta’ impatt ġew stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE [4] ta’ l-4 ta’ Ġunju 1974; billi dispożizzjonijiet oħra għall-muntaġġi interni, u b’mod partikolari dawk li jirrelataw ir-restraint tar-ras, l-ankoraġġi taċ-ċintorin ta’ sigurtà u it-tqassim tal-kontrolli, jiġu adottati f’data aktar il-quddiem;

    Billi, huwa mixtieq li jiġu utilizzati bażikament ċerti ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament tagħha Nru 17 [5] (Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi b’rigward għas-saħħa tas-sedili u ta’ l-ankoraġġi tagħhom), li hu anness mal-Ftehim ta’ l-20 ta’ Marzu 1958, li jirrigwarda l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi ta’ approvazzjoni u rikonoxximent reċiproku ta’ approvazzjoni għal tagħmir u partijiet ta’ vetturi bil-mutur;

    Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jirrelataw għall-vetturi bil-mutur tinvolvi rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri ta’ spezzjoni li tkun saret minn kull wieħed minnhom abbażi ta’ dispożizzjonijiet komuni; billi sistema bħal din għandha, jekk għandha taħdem bla xkiel, tiġi applikata mill-Istati Membri kollha b’effett mill-istess data,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur disinjata għall-użu fuq it-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li għandha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata ta’ aktar minn 25km fis-siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi u makkinarju għall-agrikoltura u għall forestrija, u vetturi tax-xogħolijiet pubbliċi.

    2. Din id-Direttiva ma tapplikax għal sedili b’ankoraġġi taċ-ċintorin ta’ sigurtà built-in, għal sedili li jintwew ("tip-up") jew għal sedili li jħarsu lejn il-ġenb jew lura.

    Artikolu 2

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni ta’ tip tal-KEE jew approvazzjoni ta’ tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet relatati mas-saħħa tas-sedili jew ta’ l-ankoraġġi tagħhom jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Annessi I u II meta l-vettura tappartjeni għall-kategorija M1, u l-ħtiġiet li hemm fl-Anness III meta l-vettura tappartjeni għall-kategoriji M2, M3, N1, N2 jew N3. Il-kategoriji tal-vetturi huma definiti fl-Anness I tad-Direttiva Nru 70/156/KEE.

    Artikolu 3

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jirreġistra jew jipprojbixxi l-bejgħ, d-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xi vettura għal raġunijiet relatati mas-saħħa tas-sedili jew ta’ l-ankoraġġi tagħhom jekk dawn jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Annessi I u II meta l-vettura tappartjeni għall-kategorija M1, u l-ħtiġiet stipulati fl-Anness III meta l-vettura tappartjeni għall-kategoriji M2, M3, N1, N2 jew N3.

    Artikolu 4

    L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni ta’ tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li huwa jkun infurmat dwar kull modifikazzjoni ta’ xi parti jew karatteristika imsemmija fl-Anness I, 2.2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jiddeterminaw jekk għandhomx isiru testijiet ġodda fuq il-vettura modifikata u jsir rapport ġdid. Fejn dawn it-testijiet jiżvelaw nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-modifikazzjoni m’għandhiex tiġi approvata.

    Artikolu 5

    Modifikazzjonijiet li huma meħtieġa sabiex jadattaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi I sa’ IV sabiex jieħdu kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva Nru 70/156/KEE.

    Artikolu 6

    1. Sa l-1 ta’ Marzu 1975, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

    Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 1975.

    2. Malli din id-Direttiva tkun notifikata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull abozzi ta’ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jkun fi ħsiebhom jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu komunikati lill-Kummissjoni fi żmien suffiċjenti sabiex din ta’ l-aħħar tissottometti l-kummenti tagħha dwarhom.

    Artikolu 7

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Lulju 1974.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Sauvagnargues

    [1] ĠU Ċ 108, 10.12.1973, p.75.

    [2] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

    [3] ĠU L 38, 11.2.1974, p. 2.

    [4] ĠU L 165, ta’ l-20.6.1974, p. 16.

    [5] Dokument tal-KEE minn Ġinevra.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I [1]

    ĠENERALI, DEFINIZZJONIJET, APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TAL-KEE, SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI, TESTIJIET, SPEZZJONI, KONFORMITA’TAL-PRODUZZJONI

    1. ĠENERALI

    1.1. L-ispeċifikazzjonijiet stipulati f’dan l-Anness japplikaw għall-vetturi fil-kategorija M1 biss.

    2. DEFINIZZJONIJIET

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

    (2.1.) 2.2. "tip ta’ vettura b’rigward għas-saħħa tas-sedili u l-ankoraġġi tagħhom": vetturi bil-mutur li ma jvarjawx fl-aspetti essenzjali bħal ma huma:

    2.2.1. l-istruttura, forma, dimensjonijiet u materjali tas-sedili,

    2.2.2. it-tipi u dimensjonijiet ta’ sistemi ta’ aġġustament u qfil tad-dahar tas-sedil,

    2.2.3. it-tipi u dimensjonijiet ta’ l-ankoraġġ tas-sedili u tal-partijiet affettwati tal-qafas tal-karozzerija tal- vettura;

    2.3. "ankoraġġ" tfisser is-sistema li biha l-armatura tas-sedil tkun imwaħħla mal-karozzerija tal-vettura, li jinkludu l-partijiet affettwati tal-qafas tal-karozzerija tal-vettura;

    2.4. "sistema ta’ aġġustament" tfisser il-mezz li bih is-sedil jew il-partijiet tiegħu jistgħu jiġu aġġustati f’pożizzjoni li tixraq lill-morfoloġija ta’ l-okkupant li jkun bilqiegħda; dan il-mezz jista’, b’mod partikolari, jippermetti minn:

    2.4.1. spostament lonġitudinali,

    2.4.2. spostament vertikali,

    2.4.3. spostament angulari;

    2.5. "sistema ta’ spostament" tfisser mezz li jagħti jippermetti lis-sedil jew lil waħda mill-partijiet tiegħu li jiġi spostat b’mod angulari jew lonġitudinali, mingħajr pożizzjoni intermedjarja fissa, sabiex jiffaċilita l-aċċess mill-passiġġieri;

    2.6. "sistema ta’ qfil" tfisser mezz li jiżgura li s-sedil u l-partijiet tiegħu jinżammu fil-pożizzjoni ta’ l-użu;

    2.7. "sedil li jintewa (tip-up)" tfisser sedil li d-dahar tiegħu jista’ jintewa l-quddiem għal fuq is-sedil u li s-sedil tiegħu jista’ jiġi mpernjat il-quddiem f’relazzjoni ma’ l-art.

    3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TAL-KEE

    3.1. L-applikazzjoni għall-approvazjoni ta’ tip tal-KEE ta’ tip ta’ vettura b’rigward għas-saħħa tas-sedili u ta’ l-ankoraġġi tagħhom għandha tkun sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    3.2. Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti imsemmijin hawn taħt, fi tliet kopji, u bid-dettalji li ġejjin:

    3.2.1. deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura b’rigward għad-disinn tas-sedili, l-ankoraġġi u s-sistemi ta’ aġġustament u qfil tagħhom,

    3.2.2. tpinġijiet, fuq skala xierqa u f’dettall suffiċjenti, tas-sedili, l-ankoraġġi tagħhom mal-vettura u s-sistemi ta’ aġġustament u qfil tagħhom.

    3.3. Dan li ġej għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli sabiex jidderiġi t-testijiet ta’ approvazzjoni ta’ tip:

    3.3.1. vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat,

    3.3.2. sett addizzjonali tas-sedili li bihom hija mgħammra l-vettura, flimkien ma’ l-ankoraġġi tagħhom.

    4. APPROVAZZJONI TA’ TIP TAL-KEE

    (4.1.) (4.2.) 4.3. Ċertifikat li jikkonforma mal-mudell muri fl-Anness IV għandu jkun mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ tip tal-KEE.

    (4.4.) (4.4.1.) (4.4.2.) (4.5.) (4.6.) 5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

    5.1. Kull sistema ta’ aġġustament u spostament provduti għandha tinkorpora sistema ta’ qfil, li għandha taħdem b’mod awtomatiku.

    5.2. Il-kontroll tal-ftuħ għal mezz kif riferut fil-punt 2.5 għandu jitqiegħed fuq in-naħa ta’ barra tas-sedil viċin tal-bieba. Għandu jkun aċċessibbli faċilment, anke għall-okkupant tas-sedil immedjatament wara s-sedil konċernat.

    6. TESTIJIET

    6.1. Test ta’ saħħa tad-dahar tas-sedil u tas-sistemi ta’ qfil tiegħu

    6.1.1. Għal dan it-test, id-dahar tas-sedil, jekk huwa aġġustabbli, għandu jinqafel f’pożizzjoni li tikkorrespondi ma’ inklinazzjoni lura kemm jista’ jkun viċin ta’ 25° mill-vertikali tal-linja ta’ referenza tat-torso tal-manikin deskrit fil-punt 3 ta’ l-Anness II, sakemm mhux speċifikat mod ieħor mill-manifattur.

    6.1.2. Forza li tipproduċi mument ta’ 53 mdaN f’relazzjoni mal-punt H għandha tiġi applikata lonġitudinament u lura mill-parti ta’ fuq tad-dahar tas-sedil permezz ta’ komponent li jissimula d-dahar tal-manikin deskritt fil-punt 3 ta’ l-Anness II.

    6.2. Test ta’ saħħa ta’ l-ankoraġġ tas-sedil u tas-sistemi ta’ qfil tas-sedil

    6.2.1. Is-sistemi għandhom, fil-posizzjonijiet kollha fejn okkupant joqgħod bilqiegħda, jirreżistu l-forzi preskritti fil-punt 6.2.2. Madanakollu, din il-ħtieġa tkun meqjusa sodisfatta jekk it-test li jsir fil-posizzjonijiet speċifikati fil-punt 6.2.5 u, fejn xieraq, fil-punt 6.2.6 huwa sodisfaċenti.

    6.2.2. Forza lonġitudinali orizzontali li tgħaddi miċ-ċentru ta’ gravita tas-sedil komplut u ugwali għal 20 darba l-piż tas-sedil komplut għandha tiġi applikata fuq il-qafas tas-sedil. Għandhom isiru żewġ testijiet fuq l-istess sedil, il-forza tkun applikata darba fid-direzzjoni l-quddiem u darba fid-direzzjoni lura. Jekk is-sedil huwa magħmul minn partijiet separati li kull wieħed minnhom huwa marbut mal-qafas, it-testijiet għandhom isiru fuq kull parti fil-manjiera deskritta hawn fuq. Jekk is-sedil huwa magħmul minn komponenti marbutin parzjalment mall- qafas tal-karozzerija tal-vettura u joffru support lil xulxin bi ftit mill-partijiet tagħhom, it-testijiet għandhom jiġu eżekwiti b’mod simultanju billi jiġu applikati maċ-ċentru ta’ gravita ta’ kull parti l-forzi korrespondenti għal kull komponent kkunsidrat separatament.

    6.2.3. Għat-test preskritt fil-punt 6.2.1, l-għaqda bejn id-dahar tas-sedil u l-kuxxin tista’ tkun rinforzata, fuq il-kondizzjoni li l-komponenti li jirrinforzaw huma marbutin mal-qafas tad-dahar tas-sedil, livell mal-punt ta’ applikazzjoni tal-forza u fl-aktar punt ta’ quddiem tal-qafas tal-kuxxin.

    6.2.4. Il-kondizzjonijiet imqiegħda fil-punt 6.2.2 jistgħu jkunu kkunsidrati li ntlaħqu jekk żewġ forzi, ugwali għal nofs il-forza preskritta, jiġu applikati livell maċ-ċentru ta’ gravita mal-komponenti laterali li jerfgħu t-tagħbija tal-qafas tas-sedil.

    6.2.5. Is-sedil għandu jiġi ttestjat:

    6.2.5.1. fil-pożizzjoni li fiha l-okkupant ikun bilqiegħda l-aktar il-quddiem, il-kuxxin jitqiegħed fl-għola pożizzjoni l-quddiem meta l-forza tiġi applikata f’direzzjoni l-quddiem, u

    6.2.5.2. fil-pożizzjoni li fiha l-okkupant ikun bilqiegħda l-aktar lura, il-kuxxin jitqiegħed fl-aktar pożizzjoni baxxa lura meta l-forza tiġi applikata f’direzzjoni lura.

    6.2.6. F’każijiet fejn l-arranġament tas-sistemi ta’ qfil huwa biċ-ċar li f’pożizzjoni tas-sedil altru minn dawk definiti fil-punti 6.2.5.1 u 6.2.5.2 distribuzzjoni tal-forzi fuq is-sistemi ta’ qfil u l-ankoraġġ tas-sedil ikunu anqas favorevoli milli bil-konfigurazzjonijiet definiti f’dawk il-punti, it-testijiet għandhom jiġu ripetuti f’dik il-pożizzjoni tas-sedil.

    6.3. Testijiet ta’ reżistenza tas-sistemi ta’ qfil lill-effetti ta’ inerzja

    6.3.1. Jekk aċċelerazzjoni orizzontali lonġitudinali ta’ 20g tiġi applikata fid-direzzjoni l-quddiem u lura lill-armatura tas-sedil, m’għandha tkun determinabbli l-ebda rilaxxament tas-sistemi ta’ qfil.

    6.3.2. Kalkulazzjoni ta’ l-effetti ta’ inerzja fuq il-komponenti kollha tas-sistemi ta’ qfil tkun tista’ tiġi aċċettata minflok it-test dinamiku preskritt fil-punt 6.3.1. Forzi frizzjonali m’għandhomx ikunu kkunsidrati f’kalkulazzjoni ta’ din ix-xorta.

    6.4. Metodi ekwivalenti ta’ ttestjar għandhom ikunu permessi sakemm ir-riżultati speċifikati fil-punti 6.1, 6.2 u 6.3 jistgħu jinkisbu jew interament permezz tat-test sostitut jew b’kalkulazzjoni mir-riżultati tat-test sostitut. Jekk jintuża xi metodu ieħor altru minn dak deskritt fil-punti 6.1, 6.2 u 6.3, hija meħtieġa prova ta’ l-ekwivalenza tiegħu.

    7. SPEZZJONI

    7.1. L-ebda falliment m’għandu jkun determinabbli fil-qafas tas-sedil jew fl-ankoraġġ tas-sedil, sistemi ta’ aġġustament u spostament jew il-mezzi ta’ qfil tagħhom waqt it-testijiet preskritti fil-punti 6.1 u 6.2. Is-sistemi ta’ aġġustament u spostament u l-mezzi ta’ qfil tagħhom m’għandhomx, iżda, ikunu meħtieġa li jkunu fil-kondizzjoni li jaħdmu wara dawn it-testijiet. Is-sistema ta’ spostament riferuta fil-punt 2.5 għandha, iżda, tkun kapaċi li tista’ tinfetaħ wara l-ittestjar.

    (8.) 9. KONFORMITA’ TA’ PRODUZZJONI

    (9.1.) 9.2. Sabiex tiġi verifikata konformità mat-tip approvat, għandhom isiru numru ta’ verifiki saltwarji fuq vetturi prodotti f’serje.

    9.3. Bħala regola ġenerali, il-verifiki għandhom ikunu limitati għall-kejl ta’ dimensjonijiet. Jekk meħtieġ, iżda, il-vetturi jew is-sedili għandhom ikunu suġġetti għat-testijiet li jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-punt 6.

    [1] It-test ta’ dan l-Anness I huwa bażikament simili għal dak tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti Regolament Nru 17; b’mod partikolari s-suddiviżjonijiet tas-sezzjonijiet huma l-istess. Fejn xi punt tar-Regolament Nru 17 m’għandu l-ebda puntli jikkorrespondi miegħu f’dan l-Anness, in-numru jidher f’parentesi għar-rekord.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT H U L-ANGOLU ATTWALI TAD-DAHAR TAS-SEDIL U SABIEX TIĠI VERIFIKATA R-RELAZZJONI TAGĦHOM MAL-PUNT R U L-ANGOLU TAD-DAHAR TAS-SEDIL IDDISINJAT

    0. ĠENERALI

    L-ispeċifikazzjonijiet f’dan l-Anness japplikaw lill-vetturi fil-kategorija M1 biss.

    1. DEFINIZZJONIJIET

    1.1. Il-punt H: ara l-punt 1.1 tad-Direttiva Nru 74/60/KEE.

    1.2. Il-punt R: ara l-punt 1.2 tad-Direttiva Nru 74/60/KEE.

    1.3. "Angolu tad-dahar tas-sedil" tifisser l-inklinazzjoni tad-dahar tas-sedil f’relazzjoni mal-vertikal.

    1.4. "Angolu attwali tad-dahar tas-sedil" tfisser l-angolu fformat mill-vertikal tramite l-punt H bil-linja ta’ referenza tat-torso tal-ġisem uman rappreżentat mill-manikin deskritt fil-punt 3.

    1.5. "Angolu ddisinjat tad-dahar tas-seat" tfisser l-angolu indikat mill-manifattur li:

    1.5.1. jiddetermina l-angolu tad-dahar tas-sedil għall-aktar pożizzjoni baxxa u lura wżata fis-sewqan jew vjaġġar normali ta’ kull sedil provdut fil-vettura mill-manifattur,

    1.5.2. huwa fformat fil-punt R mill-vertikal u l-linja ta’ referenza tat-torso,

    1.5.3. jikkorrispondi teoretikament ma’ l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil.

    2. DETERMINAZZJONI TAL-PUNTI H

    Ara l-punt 2 ta’ l-Anness IV tad-Direttiva Nru 74/60/KEE.

    3. DESKRIZZONI TAL-MANIKIN

    Ara l-punt 3 ta’ l-Anness IV tad-Direttiva Nru 74/60/KEE.

    4. ARMAR TAL-MANIKIN

    Ara l-punt 4 ta’ l-Anness IV tad-Direttiva Nru 74/60/KEE.

    5. RIŻULTATI

    5.1. Meta l-manikin ikun intrama kif definit fil-punt 4, il-punt H tas-sedil tal-vettura konċernat huwa l-punt H fuq il-manikin.

    5.2. Kull wieħed mill-koordinati tal-punt H u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil għandhom jitkejjlu kemm jista’ jkun b’mod preċiż. L-istess għandu japplika mal-koordinati li jirrapreżentaw il-punti speċifiċi tal-kompartament tal-passiġġieri. Il-projezzjonijiet ta’ dawn il-punti fuq pjan vertikali lonġitudinali għandhom imbagħad jitpinġew fuq graff, li jindika wkoll l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil imkejjel.

    6. VERIFIKA TAL-POSIZZJONIJIET RELATTIVI TAL-PUNTI R U H U R-RELAZZJONI BEJN L-ANGOLU DDISINJAT TAD-DAHAR TAS-SEDIL U L-ANGOLU ATTWALI TAD-DAHAR TAS-SEDIL

    6.1. Ir-riżultati tal-qisien li jkunu saru f’konformità mal-punt 5.2 għall-punt H u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil għandhom jiġu komparati mal-koordinati tal-punt R u l-angolu ddisinjat tad-dahar tas-sedil kif fornut mill-manifattur tal-vettura.

    6.2. Il-verifika tar-relazzjoni bejn iż-żewġ punti għandha tiġi kkunsidrata sodisfaċenti għall-pożizzjoni tas-sedil in kwistjoni, sakemm il-koordinati tal-punt H jinsabu fi ħdan rettangolu l onġitudinali li l-ġnub orizzontali u vertikali tiegħu huma ta’ 30 mm u 20 mm rispettivament, u li d-dijagonali tiegħu jinterċettaw fil-punt R. Il-verifika ta’ l-angolu tad-dahar tas-sedil għandha tiġi kkunsidrata sodisfaċenti jekk l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil huwa fi ħdan 3° ta’ l-angolu ddisinjat tad-dahar tas-sedil. Jekk jintlaħqu dawn il-kondizzjonijiet, il-punt R u l-angolu ddisinjat tad-dahar tas-sedil għandhom jintużaw għat-test u, jekk meħtieġ, il-manikin għandu jiġi aġġustat b’mod li l-punt H jiffitja mal-punt R u l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil jiffitja ma’ l-angolu ddisinjat tad-dahar tas-sedil.

    6.3. Jekk il-punt H jew l-angolu attwali tad-dahar tas-sedil ma jissodisfawx il-ħtiġiet tal-punt 6.2, għandhom isiru żewġ determinazzjonijiet oħra tal-punt H (tlieta b’kollox).

    Jekk żewġ mit-tliet punti ddeterminati b’dan il-mod jinsabu fi ħdan ir-rettangolu, ir-riżultat tat-test għandu jiġi kkunsidrat li huwa sodisfaċenti

    6.4. Jekk mill-anqas tnejn mit-tliet punti ddeterminati b’dan il-mod jinsabu l- barra mir-rettangolu, ir-riżultat tat-test għandu jiġi kkunsidrat li huwa sodisfaċenti.

    6.5 Fil-każ imsemmi fil-punt 6.3 jew meta l-verifika ma tistax tiġi kompluta minħabba li l-manifattur tal-vettura naqas milli jipprovdi data dwar il-pożizzjoni tal-punt R, ir-riżultat medju tat-tliet determinazzjonijiet tal-punt H jista’ jintuża u jiġi kkunsidrat applikabbli fil-każijiet kollha fejn jissemma l-punt R f’din id-Direttiva.

    6.6. Waqt li tkun qiegħda tiġi verifikata r-relazzjoni tal-punti R u H f’vettura fi produzzjoni kurrenti, ir-rettangolu msemmi fil-punt 6.2 ta’ hawn fuq għandu jinbidel bi kwadru li l-ġnub tiegħu jkejjlu 50 mm.

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

    1. ĠENERALI

    1.1. Il-ħtiġiet imqiegħda f’dan l-Anness japplikaw għall-vetturi fil-kategoriji M2, M3, N1, N2 jew N3.

    2. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

    2.1. Sedili u sedili f’forma ta’ bank għandhom ikun imwaħħlin b’mod sod mal-vettura.

    2.2. Sedili li jiżżerżqu u sedili f’forma ta’ bank għandhom ikunu jistgħu jinqaflu awtomatikament fil-posizzjonijiet kollha provduti.

    2.3. Dahar tas-sedili aġġustabbli għandhom ikunu jistgħu jinqaflu fil-posizzjonijiet kollha provduti.

    2.4. Is-sedili kollha li jistgħu jinqalbu l-quddiem jew li d-dahar tagħhom jista’ jintewa l-isfel għandhom jinqaflu awtomatikament fil-pożizzjoni normali.

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top