EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31974L0290

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 1974 li tadatta għall-progress tekniku Direttiva tal-Kunsill Nru 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi b’mutur positive-ignition

ĠU L 159, 15.6.1974, p. 61–69 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2013; Imħassar b' 32007R0715

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1974/290/oj

31974L0290

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 1974 li tadatta għall-progress tekniku Direttiva tal-Kunsill Nru 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi b’mutur positive-ignition

Official Journal L 159 , 15/06/1974 P. 0061 - 0069
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0003
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0238
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0221
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 3 P. 0221
CS.ES Chapter 13 Volume 002 P. 94 - 102
ET.ES Chapter 13 Volume 002 P. 94 - 102
HU.ES Chapter 13 Volume 002 P. 94 - 102
LT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 94 - 102
LV.ES Chapter 13 Volume 002 P. 94 - 102
MT.ES Chapter 13 Volume 002 P. 94 - 102
PL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 94 - 102
SK.ES Chapter 13 Volume 002 P. 94 - 102
SL.ES Chapter 13 Volume 002 P. 94 - 102


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-28 ta’ Mejju 1974

li tadatta għall-progress tekniku Direttiva tal-Kunsill Nru 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi b’mutur positive-ignition

(74/290/KEE)

Il-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Waqt li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea;

Waqt li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Waqt li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill Nru. 70/1.56/KEE [1] tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-appovazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur w l-karrijiet tagħhom, kif emendat mill-Att ta’ Dħul [2] u partikolarment l-Artikli 11, 12 u 13 tagħha;

Waqt li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill Nru. 70/220/KEE [3] tal-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jitrattaw l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet minn magni li jaħdmu b’positive ignition ta’ vetturi kif emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni, u partikolarment l-Artikolu 5 tagħha;

Billi l-protezzjoni tal-pubbliku kontra ż-żieda tat-tniġġis atmosferiku, partikolarment fl-ibliet, jeħtieġ li jittieħdu passi attivi sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ inkwinanti gassużi li joħorġu minn magni li jaħdmu permezz ta’ positive ignition disinnjat sabiex iħaddmu vetturi; filwaqt li tali tnaqqis fil-livell ammissibbli ta’ emissjoni huwa magħmul possibbli mill-progress li sar fil-konstruzzjoni ta’ tali magni;

Billi, fil-futur, tali magni għandhom jkunu mgħammra b’karburaturi li jippermettu li l-livelli speċifikati ta’ emissjonijiet ikunu osservati waqt li magni jaħdmu fis-settings kollha tal-kontrolli li jkunu għad-dispożizzjoni ta’ minn ikun qed jużaha;

Billi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet preżenti tad-Direttiva Nru. 70/220/KEE urew li d-dispożizzjonijiet jeħtieġu emendi sabiex tiġi faċilitata l-ħidma mill-awtoritajiet kompetenti tat-testijiet preżenti;

Billi ċ-ċerti emendi huma wkoll meħtieġa sabiex jissimplifikaw l-proċedura amministrattiva għall-approvazzjoni skond it-tip ta’ vettura bil-mutur għal dak li jirrigwarda emissjoni ta’ inkwinanti, sabiex u partikolarment jippermettu l-estensjoni ta’ approvazzjoni tat-tip sabiex jinkludi tipi ta’ vetturi li, f’toqol u/jew rapporti tal-ger, ivarjaw mit-tip approvat oriġinarjament;

Billi, fl-10 ta’ Ottubru 1973, il-Kummissjoni sottomettiet emenda proposta mill-Kumitat dwar l-Adattament tal-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija tal-Barriri Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tal-Vetturi bil-mutur għall-opinjoni tagħha;

billi dik l-Opinjoni ma kinitx favorevoli u l-Kummissjoni, skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 13 (3) (b) tad-Direttiva Nru 70/156/KEE proposta għall-miżuri tal-Kunsill li g]andhom ikunu adottati

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I sa V għad-Direttiva Nru. 70/220/KEE minn hawn il-quddiem huma emendati skond l-Anness tad- Direttiva preżenti.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta’ Jannar 1975, l-Istati Membri ma jistgħux, fuq il-bażi ta’ raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet li jiġu minn magna:

- jirrifjutaw li jikkonċedu approvazzjoni KEE tat-tip, jew li jirilaxxaw d-dokumenti msemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva Nru. 70/156/KEE, jew sabiex tiġi konċessa approvazzjoni nazzjonali ta’ tip ta’ vettura bil-mutur;

- u lanqas ma jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ tali vettura;

fejn il-livell ta’ gass li jniġġes li joħroġ minn dan it-tip ta’ vettura bil-mutur jew minn tali vetturi li jissodissfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva Nru. 70/220/KEE, kif emendata mill-preżenti Direttiva.

2. Mill-1 ta’ Ottubru 1975, Stati Membri:

- ma jistgħux jirilaxxaw aktar id-dokument provdut fit-tieni inċiżta’ l-Artikolu 1.0 (1) tad-Direttiva Nru. 70/156/KEE għal dak li jirrigwarda tip ta’ vettura bil-mutur li temetti inkwinanti gassużi f’livelli li ma jilħqux il-ħtiġiet tad-Direttiva Nru. 70/220/KEE, kif emendata minn din id- Direttiva għal dak li jirrigwarda l-Anness I (bl-eċċezzjoni tal-parti 3.2.1.2.2), l-Anness II, l-Anness IV parti 1.2, u l-Anness V;

- jistgħu jirrifjutaw approvazzjoni nazzjonali ta’ tip ta’ vettura bil-mutur li temetti inkwinanti fil-forma ta’ gass f’livelli li ma jilħqux il-ħtiġiet tad-Direttiva Nru. 70/220/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, għal dak li jirrigwarda l-Anness I (bl-eċċezzjoni ta’ parti 3.2.1.2.2), l-Anness II, l-Anness IV parti 1.2, u l-Anness V;

- jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li jemettu inkwinanti gassużi f’livelli li ma jilħqux il-ħtiġiet tad-Direttiva Nru. 70/220/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, għal dak li jirrigwarda l-Anness I (bl-eċċezzjoni ta’ parti 3.2.1.2.2), l-Anness 11, l-Anness IV parti 1.2, u l-Anness V.

3. Mill-1 ta’ Ottubru 1976, Stati Membri:

- ma jistgħux jirilaxxaw aktar id-dokument imsemmi fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva Nru. 70/156/KEE għal dak li jirrigwarda tip ta’ vettura bil-mutur li temetti inkwinanti gassużi f’livelli li ma jilħqux il-ħtiġiet tad-Direttiva Nru. 70/220/KEE, kif emendat minn din id-Direttiva, għal dak li jirrigwarda l-Anness I parti 3.2.1.2.2 u l-Anness IV parti 1.5;

- jistgħu jirrifjutaw li jikkonċedu approvazzjoni nazzjonali ta’ tip ta’ vettura bil-mutur li temetti inkwinantis fil-foma ta’ gass f’livelli li ma jilħqux il-ħtiġijiet tad-Direttiva Nru. 70/220/KEE, kif emendat minn din id-Direttiva, għal dak li jirrigwarda l-Anness I parti 3.2.1.2.2, u l-Anness IV parti 1.5;

- jistgħu jiprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li jemettu inkwinanti gassużi f’livelli li ma jilħqux il-ħtiġiet tad-Direttiva Nru. 70/220/KEE, kif emendat b’din id-Direttiva, għal dak li jirrigwarda l-Anness I parti 3.2.1.2.2, u l-Anness IV parti 1.5.

Artikolu 3

Sal-1 ta’ Ottubru 1974, Stati Membri għandhom jdaħħlu fis-seħħ il-ħtiġiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u jirdu jinfurmaw lill-Kummissjoni biha minnufih.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Mejju 1974.

Għall-Kunsill

Il-President

H. D. Genscher

[1] ĠU L 42, 23.2.1970, p. l

[2] ĠU L 73, 27.3.1972, p. 14.

[3] ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Emendi għall-Annessi tad-Direttiva Nru. 70/220/KEE

ANNESS I: DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI KEE TA’ TIP U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAT-TEST

Parti 3.2.1.1.4 tinqara kif ser jingħad:

"3.2.1.1.4. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ parti 3.2.1.1.5 hawn taħt, it-test ikun imwettaq tliet darbiet. F’kull test, il-massa ta’ monossidu tal-karbonju u l-massa ta’ l-idrokarburi miksuba għandhom ikunu inqas, għall-vettura ta’ toqol ta’ referenza mgħotija, minn l-ammonti murija fit-tabella hawn taħt:

Toqol ta’ referenza (RW) f’ kg | Massa ta’ monossidu tal-karbonju għal kull test f’ g L1 | Massa ta’ idrokarburi għal kull f’ g L2 |

RW ≤ 750 | 80 | 6.8 |

750 < RW ≤ 850 | 87 | 7.1 |

850 < RW ≤ 1020 | 94 | 7.4 |

1020 < RW ≤ 1250 | 107 | 8.0 |

1250 < RW ≤ 1470 | 122 | 8.6 |

1470 < RW ≤ 1700 | 135 | 9.2 |

1700 < RW ≤ 1930 | 149 | 9.7 |

1930 < RW ≤ 2150 | 162 | 10.3 |

2150 < RW | 176 | 10.9 |

3.2.1.1.4.1. Minkejja dan, għal kull wieħed mill- inkwinanti imsemmija f’ 3.2.1.1.4, wieħed mit-tliet riżultati ottenuti jista’ jeċċedi, b’mhux aktar minn 10 %, il-limitu preskritt f’dik il-parti għall-vettura konċernata, bil-kondizzjoni li l-medja aritmetika tat-tliet riżultati huwa inqas mill-limitu preskritt. Fejn il-limiti preskritti jinqabżu minn aktar minn inkwinant wieħed, ma jkunx rilevanti jekk dan iseħħ fl-istess test jew f’testijiet differenti."

Il-parti li ġejja 3.2.1.1.5 għandha tiddaħħal wara 3.2.1.1.4:

"3.2.1.1.5. In-numru ta’ testijiet li jinstabu f’parti 3.2.1.1.4 jkunu mnaqqsa fil-każijiet definiti minn hawn il-quddiem, Vl li huma r-riżultat ta’ l-ewwel test u V2 ir-riżultat tat-ieni test għal kwalunkwe mill- inkwinanti msemmija f’parti 3.2.1.1.4.

3.2.1.1.5.1. Test wieħed biss iseħħ jekk, għaż-żewġ inkwinanti kkonċernati, Vl ≤0-70 L

3.2.1.1.5.2. Żewġ testijiet biss iseħħu jekk, għaż-żewġ inkwinanti kkonċernati, Vi ≤0-85 L iżda għall-inqas wieħed mill-inkwinanti V1>0-70 L. Minbarra dan, għal kull inkwinant kkonċernat, V2 għandu jissodisfa l-ħtiġiet Vl + V2 ≤ 1-70 L u V2 ≤ L.’"

Is-sentenza li ġejja għandha tiġi miżjuda ma’ parti 3.2.1.2.2:

"‘Din il-ħtieġa għandha tkun ivverifikata fil-mod speċifikat fl-Anness IV, għall-permutazzjonijiet kollha possibbli tal-kontrolli tas-settings varji li huma disponibbli għal minn ikun qed jużaha."

Il-paragrafu 4 li ġej għandu jiddaħħal wara parti 3.2.1.3.3:

"4. ESTENSJONIJIET TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE

4.1. Tipi ta’ vetturi ta’ toqol ta’ referenza differenti

Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura tista’, taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin, tkun estiża għal tipi ta’ vetturi li jvarjaw minn tip approvat biss għal dak li jirrigwarda it-toqol tagħhom ta’ referenza.

4.1.1. Approvazzjoni tista’ tiġi estiża għal tipi ta’ vetturi ta’ toqol ta’ referenza li jeħtieġ biss l-użu ta’ inertia ekwivalenti li jmiss li hija aktar għolja jew aktar baxxa.

4.1.2. Fit-toqol ta’ referenza tat-tip ta’ vettura li għaliha l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni hija rikjesta teħtieġ l-użu ta’ flywheel ta’ inertia ekwivalenti aktar għolja minn dik użata għat-tip tal-vettura ġa approvata, għandha tingħata estensjoni ta’ l-approvazzjoni.

4.1.3. Jekk it-toqol ta’ referenza tat-tip ta’ vettura li għaliha estensjoni ta’ l-approvazzjoni hija rikjesta teħtieġ l-użu ta’ flywheel ta’ inertia ekwivalenti aktar baxxa minn dik użata għat-tip ta’ vetturi ġia approvati, għandha tingħata estensjoni ta’ l-approvazzjoni jekk il-masses ta’ l- inkwinanti ottenuti mill-vetturi ġia approvati huma fil-limiti preskritti għall-vekikoli li għalihom hija rikjesta estensjoni ta’ l-approvazzjoni.

4.2. Tipi ta’ vetturi b’rati tal-ger globali differenti

Approvazzjoni konċessa għal dak li jirrigwarda tip wieħed ta’ vettura tista’, taħt i il-kondizzjonijiet li ġejjin, tkun estiża għal tipi ta’ vetturi li jvarjaw mit-tip approvat biss għal dak li jirrigwarda ir-rapporti tat-trasmissjoni globalitagħhom:

4.2.1. E =

V

− V

V

1tkun użata fejn V1 u V2 huma, rispettivament, l-veloċità b’1000 rpm tal-magna tat-tip ta’ vettura approvata u tat-tip ta’ vettura li għaliha tintalab estensjoni ta’ l-approvazzjoni.

4.2.2. jekk għal kull rapport tal-ger E ≤ 5 %, estensjoni tkun konċessa mingħhajr ir-repetizzjoni tat-testijiet ta’ Tip I.

4.2.3. Jekk għall-inqas għal rapport tal-ger wieħed E>5 %, u jekk għal kull rapport tal-ger E≤ 10 %, it-testijiet Tip I ikunu ripetuti iżda jistgħu isiru f’laboratorju magħżul mill-produttur, soġġett għall-ftehim ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jikkonċedu approvazzjoni tat-tip. Ir-rapport dwar it-testijiet ikun mibgħut lil-laboratorju approvat.

4.3. Tipi ta’ vetturi ta’ toqol ta’ referenza differenti w rapporti tat-trasmissjoni globali differenti

Approvazzjoni konċessa għal dak li jirrigwarda tip wieħed ta’ vettura tista tiġi estiża għal tipi ta’ vetturi li jvarjaw mit-tip approvat biss għal dak li jirrigwarda t-toqol tagħhom ta’ referenza r-rapport tat-trasmissjoni globali tagħhom, fejn il-kondizzjonijiet kollha tagħhom li jinstabu fil-partijiet 4.1 u 4.2 hawn fuq huma sodisfatti.

4.4. Nota

Meta tip ta’ vettura ġie approvat taħt id-dispożizzjonijiet ta’ partijiet 4.1 sa 4.3 hawn fuq, tali approvazzjoni tat-tip ma’ tistax jiġi estiża għal tipi oħra ta’ vetturi."

Is-segwenti parti 5 tkun sostitwita b’parti 3.2.2:

"5. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

5.1. Bħala regola ġenerali, konformità ta’ mudelli ta’ produzzjoni, għal dak li jirrigwarda l-limitazzjonijiet ta’ l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi mill-magna, jkunu verifikati fuq il-bażi tad-deskrizzjoni fil-komunikazzjoni provduta fl-Anness VII u, fejn huwa neċessarju, tat-testijiet kollha jew x’uħud mit-testijiet tat-Tip I, II u III deskritti f’parti 3.2.

5.1.1. Konformità tal-vettura f’ test tat-Tip I ikun verifikat kif ser jingħad

5.1.1.1. Vettura għandha tjittieħed mis-serje u ttiqiegħed għat-test deskritt fil-parti 3.2.1.1. Iżda, il-limiti murija f’parti 3.2.1.1.4 ikunu sostitwiti b’li ġej:

Toqol ta’ referenza (RW) f’ kg | Massa ta’ monossidu tal-karbonju għal kull test f’ g L1 | Massa ta’ idrokarburi għal kull test f’g L2 |

RW ≤ 750 | 96 | 8.8 |

750 < RW ≤ 850 | 105 | 9.3 |

850 < RW ≤ 1020 | 112 | 9.6 |

1020 <RW ≤ 1250 | 129 | 10.4 |

1250 < RW ≤ 1470 | 146 | 11.1 |

1470 < RW ≤ 1700 | 162 | 11.9 |

1700 < RW ≤ 930 | 178 | 12.6 |

1930 < RW ≤ 2150 | 195 | 13.3 |

2150 < RW | 211 | 14.1 |

5.1.1.2. Jekk il-vettura magħżula ma tilħaqx il-ħtiġiet tal-parti 5.1.1.1, il-produttur jista’ jsaqsi għall-qisien sabiex isir fuq kampjun ta’ vetturi meħuda minn serje, inklużi l-vetturi ttestjati oriġinarjament. Il-produttur irid jistabbilixxi d-daqs tal-kampjun. Vetturi minbarra l-vetturi magħżula oriġinarjament ikunu soġġettit għal test singolu Tip I.

x

− tar-riżultati ottenuti bil-kampjun u l-istandard ta’ devjazzjoni S [1] tal-kampjun imbagħad ikun determinat għal kull inkwinant gassuż.

Il-produzzjoni tas-serje mbagħad tkun meqjusa li tikkonforma jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

x

+ k · S ≤ L

,

fejn

L = il-valur ta’ limitu preskritt f’parti 5.1.1.1 għal kull inkwinant gassuż ikkunsidrat; u

n | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 | 16 | 17 | 18 | 19 |

k | 0,973 | 0,613 | 0,489 | 0,421 | 0,376 | 0,342 | 0,317 | 0,296 | 0,279 | 0,265 | 0,253 | 0,242 | 0,233 | 0,224 | 0,216 | 0,210 | 0,203 | 0,198 |

jekk n ≥ 20, | k = 0,8602n |

k 5.1.2. F’ test ta’ Tip II jew Tip III imwettaq fuq vettura meħuda mis-serje, il-kondizzjonijiet li jinstabu f’ partijiet 3.2.1.2.2 u 3.2.1.3.2 għandhom jiġu sodisfatti.

5.1.3. Minkejja l-ħtiġiet ta’ parti 2.1.1 ta’ l-Anness III, id-dipartiment tekniku responsabbli għall-verifika tal-konformità ta’ produzzjoni jista’, bil-kunsens tal-produttur, jagħmel testijiet ta’ Tipi I, II u III fuq vetturi li ġew misjuqa inqas minn 3000 km."

ANNESS II: KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-MAGNA U INFORMAZZJONI DWAR IT-TWETTIEQ TA’ TESTIJIET

Parti 1.4 għandha tinqara:

"1.4. Numru u arranġamenti ta’ ċilindri:…"

It-test fuq in-naħa tal-lemin tal-paġna (partijiet 3.2.1.3.1 sa 3.2.1.3.5) jinqraw kif ser jingħad:

"Kurva tal-kunsinna tal-karburant impinġija kontra l-influss ta’ l-arja, u settings meħtieġa sabiex imantnu l-kurva(’)."

ANNESS III: TEST TA’ TIP I

Parti 4.1.4 għandha tinqara kif ġej:

"4.1.4. Għandha ssir verifika biex jiġi verifikat li s-setting tal-brake ottenut huwa xieraq għal stati oħra intermedji bejn idling u l-veloċità massima fiċ-ċiklu, jekk huwa meħtieġ għandu jkun adottat setting medju."

Parti 5.3 għandha tinqara kif ġej:

"5.3. L-użu taċ-choke

5.3.1. Choke Manwali

Iċ-Choke jrid jinqata’ mill-aktar fiss possibbli, u fil-prinċipju qabel l-aċċelerazzjoni minn 0 sa 50 km/h ta’ l-ewwel ċiklu. Jekk din il-ħtieġa ma tistax tintlaħaq, il-mument ta’ qtugħ effettiv għandu jkun indikat. Il-metodu wżat sabiex jaġġusta ċ-choke jkun dak indikat mill-produttur.

5.3.2. Choke Awtomatiku

jekk il-vettura hija mgħammra b’Choke awtomatiku, huwa jrid jiġi misjuq kif indikat mill-produttur għal dak li jirrigwarda s-setting u l-kick-down wara il-cold start. Jekk il-punt tal-kick-down mhux indikat, irid iseħħ 13- il sekonda wara li l-magna tibda taħdem."

Parti 6.2.1: għandu jiżdied li ġej:

"Jekk id-disinn tad-dħul tal-borża ma jiżgurax taħlit komplet tal-gassijiet li joħorġu waqt it-test, dawn il-gassijiet għandhom jitħaltu qabel l-analiżi per eżempju permezz ta’ pompa li tiċ-ċirkola mill-ġdid."

Parti 7.1: l-aħħar definizzjoni għandha tinqara ki ġej

"PH: = hija pressjoni parzjali tal-fwar ta’ l-ilma espress f’millimetri tal-merkurju."

ANNESS IV: TEST TIP II

Parti 1.2g ħandha tinqara ki ġej:

"1.2. It-test tat-Tip II għandu jsir minufih wara r-raba’ ċiklu operattiv tat-test tat-Tip I, bil-magna b’idling speed u mingħajr l-użu taċ-Choke, li jibda minn temperatura kiesħa. Immedjatament qabel kull qies sussegwenti tal-kontenut ta’ monossidu tal-karbonju, ċiklu operattiv tat-test tat-Tip I irid jitwettaq kif deskritt f’parti 1.1 ta’ l-Anness III."

Għandha tiżdied il-parti 1.5

"1.5. Isettjar tal-kontroll għall-idling.

1.5.1. Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, "isettjar tal-kontrolli" tfisser dawk il-partijiet li jistgħu jiġu wżati sabiex jalteraw l-idling speed tal-magna u jistgħu jiġu aġġustati faċilment minn operatur bl-użu biss ta’ l-għodda deskritta taħt parti 1.5.1.1 hawn taħt. Partikolarment, apparti l-ikkalibrar tal-karburant u rati ta’ l-influss ta’ l-ajru ma jkunx meqjus bħala "isettjar tal-kontrolli" jekk l-aġġustament tagħhom jeħtieġ it-tneħħija ta’ set-stops li normalment jipprojbixxu l-aġġustament tagħhom minn kull persuna li mhux mekkanik kwalifikat.

1.5.1.1. Għodod li jistgħu jiġu wżati sabiex jaġġustaw l-idle setting controls: tornavit (normali jew ta’ l-istilla), spanners (ċirku, bit-tarf miftuħ jew li jistgħu jiġu aġġustati), tnalji, Allen keys.

1.5.2. Determinazzjoni tal-punti tal-qies

1.5.2.1. L-ewwel qies għandu jittieħed fis-settings tal-vettura wżata għat-test tat-Tip I.

1.5.2.2. Numru suffiċjenti ta’ posizzjonijiet karatteristiċi jkunu determinati għal kull setting ta’ kontroll kontinwament varjabbli.

1.5.2.3. Il-qies tal-kontenut tal-monossidu tal-karbonju tal-gassijiet ta’ l-exhaust irid jittieħed fil-posizzjonijiet kollha possibbli tal-kontrolli ta’ l-isettjar, iżda bil-kontrolli kontinwament varjabbli biss għall-posizzjonijiet msemmija taħt l-parti 1.5.2.2.

1.5.2.4. It-test tat-tip 11 ikun meqjus sodisfaċenti jekk waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin hija osservat:

1.5.2.4.1. L-ebda valur kkalkulat skond il-ħtiġiet tal-parti 1.5.2.3 ma jeċċedi l-valur ta’ limitu:

1.5.2.4.2. Il-kontenut massimu ottenut jekk wieħed mill-isettjar tal-kontrolli huwa varjat kontinwament waqt li s-setting ta’ kontrolli oħra jibqa’ kostanti ma jeċċediex il-valur ta’ limitu, din il-kondizzjoni li għandha tkun sodisfatta għal dak li jirrigwarda l-kombinazzjonijiet varji tal-konfigurazzjonijiet tal-kontroll ta’ l-isettjar li ma jkunx il-kontroll mibdul kontinuwament.

15.2.5. Il-posizzjonijiet possibbli ta’ l-isettjar tal-kontrolli jkun limitat,

1.5.2.5.1. minn dak il-wieħed mis-segwenti li jkun l-akbar: l-aktar crankshaftspeed baxx li l-magna tista’ twettaq f’idling speed; il-crankshaft idling speed rakkomandat mill-produttur, nieqes 100 rpm;

1.5.2.5.2. minn dak il-wieħed mis-segwenti li jkun l-anqas: l-aktar crankshaft speed għoli li l-magna tista’ twettaq permezz ta’ l-idle setting controls; il-crankshaft idling speed rakkomandat mill-produttur b’żieda ta’ 2.50 rpm; il-crankshaft speed li bih jopera il-klaċċ awtomatiku.

1.5.2.6. Minbarra dan, il-posizzjonijiet ta’ isettjar li huma inkompatibbli mal-funzjonament korrett tal-magna m’għandhomx jittieħdu bħala punti ta’ miżura, partikolarment meta’ magna hija mgħammra b’numru ta’ karburaturi, il-karburaturi kollha għandhom jiġu aġġustati għall-istess “setting."

ANNESS V: TEST TAT-TIP III

Il-punt segwenti 5 għandhom jiżdiedu wara parti 4.7.7.:

"5. METODI ALTERNATTIVI TA’ TTESTJAR

5.1. Il-vettura għandha tkun kunsidrat sodisfaċenti jekk, taħt kull waħda mill-kondizzjonijiet ta’ qies speċifikat fil-parti 2.2, huwa muri biċ-ċar li s-sistema ta’ reċiklaġġ jew tal-ventilazzjoni hija kapaċi li tirriċikla l-gassijiet kollha tal-crankcase li jistgħu jiġu emessi fl-atmospfera

5.2. Il-ħtiġiet tal-partijiet 2 u 4.7 japplikaw għal dan il-metodu.

5.3. Metodi ta’ Ittestjar

5.3.1. Metodi Ġenerali

5.3.1.1. L-aperturi tal-magna jitħallew fil-kondizzjoni oriġinali fuq il-magna.

5.3.1.2. Il-qies tal-pressjoni ġewwa l-crankcase ssir fl-apertura tas-dip stick. Il-pressjoni tkun ikallkolata b’manometru inklinat:

5.3.1.3. Il-vettura għandha tkun kunsidrata sodisfaċenti, jekk għal kull wieħed mill-kondizzjonijiet ta’ qies speċifikat fil-parti 2.2, il-pressjoni kkalkulata fil-crankcase ma teċċediex il-pressjoni atmosferika fiż-żmien tal-qies.

5.3.1.4. jekk, għal kull kondizzjoni tal-qies speċifikat fil-parti 2.2, il-pressjoni kkalkulata fil-crankcase taqbeż il-pressjoni atmosferika, it-test addizzjonali speċifikat fil-parti 5.3.2ssir meta’ rikjest mill-produttur.

5.3.1.5. Għal testijiet skond il-metodu deskritt, il-pressjoni tal-crankcase tkun ikkalkulata sa ± 1 milimetru ta’ l-ilma

5.3.2. Metodu addizzjonali ta’ l-ittestjar

5.3.2.1. L-aperturi tal-magna jitħallew fil-kondizzjoni oriġinali fuq il-magna.

5.3.2.2. Borża flessibbli li ma’ tħallix li jgħaddu gassijiet tal-crankcase u b’kapaċità ta’ ċirka 5 litri tkun mqabbda ma’ l-apertura tad-dip stick. Din il-borża tkun vojta qabel kull qies.

5.3.2.3. Il-borża tiġi mwaqqfa qabel kull qies. Hija għandha tinfetaħ għall-crankcase għall-ħames minuti għal kull kondizzjoni tal-qies speċifikata fil-parti 2.2.

5.3.2.4. Il-vettura għandha tkun kunsidrat sodisfaċenti jekk ma jseħħ l-ebda tinfiħ viżibbli tal-borża taħt kull kondizzjoni speċifikata fil-parti 2.2

5.3.3. Nota

5.3.3.1. Jekk id-disinn tal-magni huwa tali li t-test ma jistaax isir skond il-metodi speċifikati fil-partijiet 5.3.1 u 5.3.2, il-qies jitwettaq skond il-metodu speċifikat fil-parti 5.3.2 bil-modifiki li ġejjin:

5.3.3.2. qabel it-test, l-aperturi kollha minbarra dak meħtieġ għall-kollezzjoni tal-gassijiet għandhom jitwaqqfu.

5.3.3.3. Il-borża għandha tkun mqabbda ma’ take-off xieraq li ma jintroduċix xi telf addizzjonali ta’ pressjoni w li jinstab fuq iċ-ċirkuwitu ta’ reċiklaġġ tat-tagħmir direttament fl-apertura ta’ konessjoni tal-magna."

[1] S2 = ∑ x − x−2n − 1, fejn x hija waħda mir-riżultati individwali miksuba mill-kampjun n.

--------------------------------------------------

Top