This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31973L0438
Council Directive 73/438/EEC of 11 December 1973 amending the Directives of 14 June 1966 on the marketing of beet seed, fodder plant seed, cereal seed and seed potatoes; the Directive of 30 June 1969 on the marketing of seed of oil and fibre plants; and the Directives of 29 September 1970 on the marketing of vegetable seed and the common catalogue of varieties of agricultural plant species
Id-Direttiva Tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 1973 li temenda d-Direttiva ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u tal-patata taż-żriegħ; id-Direttiva tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra; u d-Direttivi tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex u dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi tal-pjanti
Id-Direttiva Tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 1973 li temenda d-Direttiva ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u tal-patata taż-żriegħ; id-Direttiva tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra; u d-Direttivi tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex u dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi tal-pjanti
ĠU L 356, 27.12.1973, p. 79–82
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31966L0400 | Sostituzzjoni | artikolu 16 paragrafu 2 | 13/12/1973 | |
Modifies | 31966L0400 | Sostituzzjoni | artikolu 21a | 13/12/1973 | |
Modifies | 31966L0401 | Żieda | artikolu 11 Test | 12/13/1973 | |
Modifies | 31966L0401 | Sostituzzjoni | anness II parti I punt 3 paragrafu A Test | 12/13/1973 | |
Modifies | 31966L0401 | Sostituzzjoni | artikolu 16 Test 2 | 12/13/1973 | |
Modifies | 31966L0401 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 punt A Test | 12/13/1973 | |
Modifies | 31966L0401 | Sostituzzjoni | artikolu 21a | 12/13/1973 | |
Modifies | 31966L0402 | Żieda | anness II punt 3 paragrafu D | 13/12/1973 | |
Modifies | 31966L0402 | Żieda | artikolu 11 Test | 13/12/1973 | |
Modifies | 31966L0402 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 2 punt (d) | 13/12/1973 | |
Modifies | 31966L0402 | Sostituzzjoni | anness II punt 3 paragrafu A punt (a) punt (aa) Test | 13/12/1973 | |
Modifies | 31966L0402 | Sostituzzjoni | artikolu 16 paragrafu 2 | 13/12/1973 | |
Modifies | 31966L0402 | Sostituzzjoni | artikolu 21a | 13/12/1973 | |
Modifies | 31966L0403 | Sostituzzjoni | artikolu 15 paragrafu 2 Test | 13/12/1973 | |
Modifies | 31966L0403 | Sostituzzjoni | artikolu 19a | 13/12/1973 | |
Modifies | 31969L0208 | Sostituzzjoni | anness II parti I punt 2 paragrafu A Test | 13/12/1973 | |
Modifies | 31969L0208 | Sostituzzjoni | artikolu 15 paragrafu 2 | 13/12/1973 | |
Modifies | 31969L0208 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 punt A Test | 13/12/1973 | |
Modifies | 31969L0208 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 punt (c) Test | 13/12/1973 | |
Modifies | 31969L0208 | Sostituzzjoni | artikolu 20a | 13/12/1973 | |
Modifies | 31970L0457 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 2 sentenza 1 Test | 13/12/1973 | |
Modifies | 31970L0457 | Sostituzzjoni | artikolu 15 paragrafu 3 punt (c) | 13/12/1973 | |
Modifies | 31970L0458 | Tħassir | artikolu 11 paragrafu 2 sentenza 1 Test | 13/12/1973 | |
Modifies | 31970L0458 | Żieda | artikolu 24 paragrafu 3 | 13/12/1973 | |
Modifies | 31970L0458 | Żieda | artikolu 33a | 13/12/1973 | |
Modifies | 31970L0458 | Sostituzzjoni | anness II parti 2 | 13/12/1973 | |
Modifies | 31970L0458 | Sostituzzjoni | artikolu 40a | 13/12/1973 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31973L0438R(01) | ||||
Corrected by | 31973L0438R(02) | ||||
Corrected by | 31973L0438R(03) | ||||
Implicitly repealed by | 32002L0053 | Revoka parzjali | artikolu 7 | 09/08/2022 | |
Implicitly repealed by | 32002L0054 | Revoka parzjali | artikolu 1 | 09/08/2002 | |
Implicitly repealed by | 32002L0055 | Revoka parzjali | artikolu 6 | 09/08/2002 | |
Implicitly repealed by | 32002L0056 | Revoka parzjali | artikolu 4 | 09/08/2002 | |
Implicitly repealed by | 32002L0057 | Revoka parzjali | artikolu 5 | 09/08/2002 |
Official Journal L 356 , 27/12/1973 P. 0079 - 0082
Greek special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0103
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0137
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 7 P. 0137
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0187
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0187
Id-Direttiva Tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 1973 li temenda d-Direttiva ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali u tal-patata taż-żriegħ; id-Direttiva tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra; u d-Direttivi tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex u dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi tal-pjanti (73/438/KEE) IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, Billi, għal raġunijiet mogħtija aktar ’il quddiem, emendi għandhom isiru għal ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi elenkati hawn taħt, li kienu l-aħħar emendati bid-Direttiva tas-6 ta’ Diċembru 1972 [2]: id-Direttivi tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar, rispettivament, in-negozju taż-żerriegħa tal-pitravi [3], in-negozju taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf [4], in-negozju taż-żrieragħ taċ-ċereali [5], in-negozju tal-patata taż-żriegħ [6]; id-Direttiva tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1969 [7] dwar in-negozju taż-żrieragħ tal-pjanti taż-żejt u l-fibri; id-Direttivi tal-Kunsill tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar in-negozju taż-żrieragħ tal-ħaxix [8] u l-katalogu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi tal-pjanti agrikoli [9]; Billi fil-każ taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf u ż-żrieragħ taċ-ċereali għandu jsir provvediment għall-possibilità ta’ marki speċjali li jikkonċernaw il-preżenza ta’ Avena fatua; Billi l-kontenut massimu ta’ żerriegħa iebsa għandu jkun miżjud fil-każ ta’ l-ispeċi Trifolium repens; billi, aktar minn hekk, l-ispeċi Phleum Bertolinii għandu jinġieb fil-qasam ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva konċernata; Billi huwa xieraq li għal ċerta medda l-kondizzjonijiet minimi għal ċerti speċi għandhom ikun imsaħħa; billi minn naħa l-oħra ħtiġiet anqas iebsa għall-ispezzjoni uffiċjali ta’ l-ispeċi awtogami għandhom, ikunu awtoriżżati għal perijodu tranżitorju; Billi l-esperjenza fil-forniment taż-żerriegħa tal-kittien tagħmilha meħtieġa li tiddaħħal għal erba’ snin oħra l-kategorija "Żerriegħa ċċertifikata, tielet ġerminazzjoni"; Billi taħlitiet ta’ żerriegħa normali ta’ diversi varjetajiet għandhom ikunu awtoriżżati għal perijodu tranżitorju fil-każ ta’ ċerti speċi veġitali f’pakketti żgħar; billi huwa wkoll meħtieġ li jkunu mmodifikati l-piżijiet minimi tal-kampjuni u li tkun introdotta klawsola tranżizzjonali li tikkonċerna l-ġerminazjoni taż-żerriegħa veġitali; Billi żieda għandha ssir għad-Direttiva dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi tal-pjanti agrikoli f’dak li jirrigwardja dawk il-varjetajiet li, kien ġie stabbilit, ma jistgħux jitkabbru fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ Stat Membru; Billi wħud mid-Direttivi msemmija hawn fuq jipprovdu li mill-1 ta’ Lulju 1973 l-ekwivalenti taż-żrieragħ u l-pjanti maħsuda f’pajjiżi oħra, partikolarment f’pajjiżi terzi, ma jistgħux aktar ikunu stabbiliti nazjonalment minn Stati Membri; billi, b’dankollu, la darba ma kienx possibli li tkun imwettqa l-eżaminazjoni tal-Komunità fil-każi kollha, il-perijodu msemmi hawn fuq għandu jkun estiż sabiex ikunu evitati disturbi fir-relazjonijiet kummerċjali preżenti; Billi dispożizzjonijiet għandhom isiru għas-simplifikazzjoni tal-proċedura għall-emenda ta’ l-Annessi meta l-miżuri ta’ l-implimentazjoni ta’ natura teknika huma kkonċernati, bl-applikazzjoni tal-proċedura tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Oltikoltura u l-Foresterija fil-każ li l-emendi li jkunu meħtieġa mill-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku; Billi, finalment, numru ta’ abbozzi ta’ korrezjonijiet għandhom ikunu magħmula lejn id-diversi Direttivi msemmija hawn fuq, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi għandha tkun emendata kif ġej: 1. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 16(2): "L-Istati Membri jistgħu huma nfushom jieħdu deċiżjonijiet permezz tal-paragrafu 1 li jikkonċernaw pajjiż terz, sakemm il-Kunsill ma jkunx għadu ħa xi deċiżjoni fir-rigward ta’ dak il-pajjiż fil-qafas ta’ din id-Direttiva. Dan id-dritt jiskadi fl-1 ta’ Lulju 1975." 2. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 21a: "L-emendi li għandhom isiru fil-kuntest ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21." L-Artikolu 2 Id-Direttiva ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf għandha tkun emendata kif ġej: 1. Fit-test Daniż ta’ l-Artikolu 2(1), il-punt A(a) il-kliem "gebruikst raaigras" għandu jkun mibdul bil-kliem "gekruist raaigras". 2. Fl-Artikolu 2(1) il-punt A(a), il-kliem: "Phleum Bertolinii DC. | Denb-il-qattus żgħir." | għandhom ikunu miżjuda wara l-kliem: "Lolium x hybridum Hausskn. sikrana. | Ibrida" | 3. Fl-Artikolu 11, it-test segwenti għandu jkun miżjud: "jew dawk il-lottijiet ta’ żerriegħa li huma konformi mal-kondizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-preżenza ta’ Avena fatua stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 21, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali li jikkonferma l-konformità ma dawn il-kondizzjonijiet." 4. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 16(2): "L-Istati Membri jistgħu huma nfushom jieħdu deċiżjonijiet permezz tal-paragrafu 1 li jikkonċernaw pajjiż terz, sakemm il-Kunsill ma jkunx għadu ħa deċiżjoni fir-rigward ta’ dak il-pajjiż fil-qafas ta’ din id-Direttiva. Dan id-dritt jeskadi fl-1 ta’ Lulju 1975." 5. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 21a: "L-emendi li għandhom isiru fil-kuntest ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21." 6. Fl-Anmness II, il-Parti I, il-punt (3), il-paragrafu A, il-figura "20" li tidher fil-kolonna 5 għall-ispeċi Trifolium repens L. għandha tkun mibdula bil-figura "40". L-Artikolu 3 Id-Direttiva ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali għandha tkun emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2(2) is-subparagrafu li ġej għandu jkun miżjud: "(d) jkunu awtoriżżati, fuq talba u bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, li uffiċjalment jiċċertifikaw iż-żerriegħa ta’ l-ispeċi awtogami tal-kategorija "żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazjoni" jew "żerriegħa ċċertifikata, t-tieni ġenerazjoni" sal-31 ta’ Diċembru 1978 l-aktar tard: - meta, minflok ta’ l-ispezjoni uffiċjali ta’ l-għalqa preskritta fl-Anness I, l-ispezjoni ta’ l-għalqa, uffiċjalment ikkontrollata b’verifiki fuq il-post f’mill-anqas 20 % ta’ l-uċuħ ta’ kull speċi, jkunu mwettqa; - basta li, b’żieda maż-żerriegħa bażika, mill-anqas żewġ ġenerazzjonijiet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika immedjatament jippreċedu dik il-kategorija, jkunu nstabu minn eżami uffiċjali mwettaq mill-Istat Membru kkonċernat, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II dwar l-identità tal-varjetà u l-purità tal-varjeta taż-żerriegħa bażika." 2. Fl-Artikolu 11, it-test li ġej għandu jiżdied: "jew dawk il-lottijiet taż-żerriegħa li huma konformi mal-kondizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-preżenza ta’ Avena fatua stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 21, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali li jikkonferma l-konformità ma’ dawn il-kondizzjonijiet." 3. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 16(2): "L-Istati Membri jistgħu huma nfushom jieħdu deċiżjonijiet permezz tal-paragrafu 1 li jikkonċernaw pajjiż terz, sakemm il-Kunsill ma jkunx għadu ħa deċiżjoni fir-rigward ta’ dak il-pajjiż fil-qafas ta’ din id-Direttiva. Dan id-dritt jiskadi fl-1 ta’ Lulju 1975." 4. Is-segwenti għandu jkun mibdul għat-test ta’ l-Artikolu 21a: "L-emendi li għandhom isiru fil-kuntest ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21." 5. Fl-Anness II, il-punt (3), il-paragrafu A(a)(aa), il-figura "98" li tidher fil-kolonna 5 għal żerriegħa bażika tal-ħafur, xgħir, qamħ u l-qamħ tat-tqiq tal-Ġermanja, għandhom ikunu mibdula bil-figura "99". 6. Fl-Anness II, il-punt (3), is-subparagrafu segwenti għandu jkun miżjud: "D. Kondizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-kontenut massimu taż-żrieragħ ta’ l-ispeċi l-oħrajn taċ-ċereali: Meta l-kontenut massimu jkun stabbilit fis-subparagrafu A f’żerriegħa waħda, it-tieni żerriegħa m’għandiex tkun meqjusa bħala impurità jekk it-tieni kampjun ta’ 500 g ikun ħieles minn żrieragħ ta’ l-ispeċi l-oħra taċ-ċereali." L-Artikolu 4 Id-Direttiva ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ tal-patata taż-żrieragħ għandha tkun emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 15(2) "l-1 ta’ Lulju 1975" għandu jkun mibdul għal "l-1 ta’ Lulju 1973". 2. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 19a: "L-emendi li għandhom isiru fil-kuntest ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19." L-Artikolu 5 Id-Direttiva tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri għandha tkun emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2(1), il-punt A u fl-Annessi II, il-parti I, il-punt (2), il-paragrafu A, il-kliem "Soia hispada L." għandhom ikunu mibdula bil-kliem "Glycine max (L.) Merrill." 2. Fl-Artikolu 2(2), is-subparagrafu (ċ) "it-30 ta’ Ġunju 1978" għandu jkun mibdul għal "it-30 ta’ Ġunju 1974". 3. Dan li ġej għandu jkun mibdul għall-Artikolu 15(2): "L-Istati Membri jistgħu huma nfushom jieħdu deċiżjonijiet permezz tal-paragrafu 1 li jikkonċernaw pajjiż terz, sakemm il-Kunsill ma jkunx għadu ħa deċiżjoni fir-rigward ta’ dak il-pajjiż fil-qafas ta’ din id-Direttiva. Dan id-dritt jiskadi fl-1 ta’ Lulju 1975." 4. Dan li ġej għandu jiġi ssostitwit għall-Artikolu 20a: "L-emendi li għandhom isiru fil-kuntest ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20." L-Artikolu 6 Id-Direttiva tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa veġitali għandha tkun emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 11(2), l-ewwel sentenza, il-kliem segwenti għandhom ikunu mħassra: - fit-test Ġermaniż "betreffend ihre Verwendung"; - fit-test Franċiż "concernant son utilisation"; - fit-test Taljan "in loro possesso riguardanti la sua utilizzazione"; - fit-test Daniż "med henblik på dens anvendelse"; - fit-test Ingliż "in respect of use". 2. Il-paragrafu segwenti għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 24: "3. Stati Membri jistgħu jippermettu l-kummerċ ta’ taħlitiet ta’ żerriegħa normali ta’ varjetajiet differenti ta’ Lactuca sativa L . u ta’ taħlitiet ta’ żerriegħa normali ta’ varjetajiet differenti Raphanus sativus L . f’pakketti żgħar li ma jeċċedux 50 g basta li l-kliem "taħlita ta’ varjetajiet" u l-ismijiet tal-varjetajiet li jiffurmaw it-taħlita jkunu murija fuq il-pakkett." 3. L-Artikolu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 33: "L-Artikolu 33a L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 40, li jippermettu l-kummerċ ta’ żerriegħa maħsuda qabel l-1 ta’ Lulju 1973 li ma tkunx kompletament tissodisfa l-ħtiġiet dwar il-ġerminazjoni stabbiliti fl-Anness II jekk żerriegħa bħal din tkun speċjalment immarkata. Awtoriżazzjoni bħal din tista’ biss tkun mogħtija sa l-1 ta’ Lulju 1975." 4. Dan li ġej għandu jiġi ssostitwit għall-Artikolu 40a: "L-emendi li għandhom isiru fil-kuntest ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 40." 5. Is-segwenti għandu jkun mibdul minflok it-test ta’ l-Anness III, il-parti 2: "2. Piż minimu tal-kampjun Speċi | Piż (f’g) | Allium cepa | 25 | Allium porrum | 20 | Anthriscus cerefolium | 20 | Apium graveolens | 5 | Asparagus officinalis | 100 | Beta vulgaris | 100 | Brassica oleracea | 25 | Brassica rapa | 20 | Capsicum annuuum | 40 | Cichorium intybus | 15 | Cichorium endivia | 15 | Citrullus vulgaris | 250 | Cucuminis melo | 100 | Cucuminis sativus | 25 | Cucurbita pepo | 150 | Daucus carota | 10 | Foeniculum vulgare | 25 | Lactuca sativa | 10 | Petroselinum bortense | 10 | Phaseolus coccineus | 1000 | Phaseolus vulgaris | 700 | Pisum sativum | 500 | Raphanus sativum | 50 | Scorzonera hospanica | 30 | Solanum lycopersicum | 20 | Solanum melongena | 20 | Spinacia oleracea | 75 | Valerianella locusta | 20 | Vicia faba | 1000 | Fil-każ ta’ varjetajiet ta’ ibdridi F-1 ta’ l-ispeċi t’hawn fuq, il-piż minimu tal-kampjun jista’ jkun imnaqqas għal kwart tal-piż speċifikat. B’dankollu l-kampjun għandu jkollu piż ta’ mill-anqas 5 g u jikkonsisti f’mill-anqas 400 żerriegħa." L-Artikolu 7 Id-Direttiva tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċi tal-pjanti agrikoli għandha tkun emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 10(2), l-ewwel sentenza tat-test Daniż, il-kelma "ervan" għandha tkun mibdula bil-kelmiet "voor hun gebruik". 2. Is-segwenti għandu jkun mibdul mill-Artikolu 15(3), is-subparagrafu (ċ): "meta provi uffiċjali tat-tkabbir imwettqa fl-Istati Membri applikanti, l-Artikolu 5(4) jkun applikat korrespondentament, juri li l-varjetà ma tkunx, f’xi parti tat-territorju tiegħu, tipproduċi riżultati korrespondenti għal dawk akwistati minn varjetà komparabbli aċċettati fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew, meta jkun magħruf sewwa li l-varjetà ma tkunx addattata għall-koltivazjoni f’xi parti mit-territorju tiegħu minħabba t-tip tagħha jew il-klassi tal-maturita." L-Artikolu 8 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi: (a) sa l-1 ta’ Lulju 1973 mal-Artikolu 1, il-punt (1), l-Artikolu 2, il-punt (4), l-Artikolu 3, il-punt (3), l-Artikolu 4, il-punt (1), u l-Artikolu 5, il-punt (3); (b) sa l-1 ta’ Jannar 1974 l-aktar tard ma’ l-Artikolu 1, il-punt (2), l-Artikolu 2, il-punti (3) u (5), l-Artikolu 3, il-punti (2) u (4), l-Artikolu 4, il-punt (2), l-Artikolu 5, il-punt (4) u l-Artikolu 6, il-punt (4); (ċ) sa l-1 ta’ Lulju 1974 l-aktar tard, mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva. L-Artikolu 9 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Diċembru 1973. Għall-Kunsill Il-President Ib Frederiksen [1] ĠU C 62, tal-31.7.1973, p. 37. [2] ĠU L 287, tas-26.12.1972, p. 22. [3] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2290/66. [4] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2298/66. [5] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2309/66. [6] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2320/66. [7] ĠU L 169, ta’ l-10.7.1966, p. 3. [8] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 7. [9] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 1. --------------------------------------------------