Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31971L0318

    Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ meters tal-volum tal-gass

    ĠU L 202, 6.9.1971, p. 21–31 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1971(III) P. 729 - 739

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/10/2006; Imħassar b' 32004L0022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1971/318/oj

    31971L0318

    Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ meters tal-volum tal-gass

    Official Journal L 202 , 06/09/1971 P. 0021 - 0031
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0022
    Danish special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0651
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0022
    English special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0729 - 0739
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0159
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0037
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0037
    CS.ES Chapter 13 Volume 001 P. 147 - 157
    ET.ES Chapter 13 Volume 001 P. 147 - 157
    HU.ES Chapter 13 Volume 001 P. 147 - 157
    LT.ES Chapter 13 Volume 001 P. 147 - 157
    LV.ES Chapter 13 Volume 001 P. 147 - 157
    MT.ES Chapter 13 Volume 001 P. 147 - 157
    PL.ES Chapter 13 Volume 001 P. 147 - 157
    SK.ES Chapter 13 Volume 001 P. 147 - 157
    SL.ES Chapter 13 Volume 001 P. 147 - 157


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tas-26 ta’ Lulju 1971

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ meters tal-volum tal-gass

    (71/318/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi fl-Istati Membri l-kostruzzjoni u l-metodu ta’ kontroll ta’ meters tal-volum tal-gass huma soġġetti għal dispożizzjonijiet obbligatorji li jvarjaw minn Stat Membru wieħed għall-ieħor u konsegwentement ifixklu l-kummerċ ta’ dawn l-istrumenti; billi huwa għalhekk meħtieġ li jkun hemm approssimazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet;

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 [3] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar dispożizzjonijiet kemm għal strumenti ta’ kejl u għal metodi ta’ kontroll metroloġiku stabbiliet il-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE u tal-verifika inizjali tal-KEE; billi, bi qbil ma’ dik id-Direttiva, l-ħtiġiet tekniċi għad-disinn u l-funzjonament ta’ meters tal-volum tal-gass għandhom ikunu stabbiliti;

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Din id-Direttiva tapplika għall-meters tal-volum tal-gass li ġejjin:

    1. Meters volumetriċi:

    - meters b’ħitan deformabbli;

    - meters b’pistuni rotanti.

    2. Meters mhux volumetriċi:

    - meters b’turbini.

    Artikolu 2

    Dawk il-meters li jista’ jkollhom il-marki u s-simboli tal-KEE huma deskritti fl-Anness ta’ din id-Direttiva. Għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE u għandhom ikunu sottomessi għal verifika inizjali tal-KEE.

    Artikolu 3

    L-ebda Stat Membru ma jista jirrifjuta, jipprojbixxi, jew jirrestrinġi it-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ meters tal-volum tal-gass li jkollhom is-simbolu ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE u l-marka tal-verifika inizjali tal-KEE.

    Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax il-xahar min-notifika tagħha, u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

    2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jkun komunikat lill-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Lulju 1971.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. Moro

    [1] ĠU C 65, tal-5.6.1970, p. 30.

    [2] ĠU C 131, tad-29.10.1970, p. 7.

    [3] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    KAPITOLU I

    A. DEFINIZZJONI TA’ ĊERTI TERMINI UŻATI FL-ANNESS

    1. Medda ta’ tagħbija

    Il-medda ta’ tagħbija ta’ meter tal-gass hija limitata bil-massimu tan-nixxija Qmax u l-minimu tan-nixxija Qmin.

    2. Volum ċikliku ta’ meter volumetriku

    "Volum ċikliku V ta’ meter volumetriku" tfisser il-volum ta’ gass korrispondenti għal ċiklu ta’ operazjoni tal-meter, jiġifieri l-ammont kollu taċ-ċaqliq tal-komponenti li jiċċaqilqu tal-meter li fit-tmiem tiegħu dawn il-komponenti kollha ħlief l-indikatur u t-trasmissjonijiet intermedjarji jirritornaw, għall-ewwel darba, fil-pożizzjoni oriġinali tagħhom.

    Huwa kalkolat bil-multiplikazzjoni tal-valur tal-volum rappreżentat b’revoluzjoni sħiħa ta’ l-element ta’ kontroll, b’relattività tat-trasmissjoni tal-mezz tal-kejl lejn il-counter ta’ l-indiċi.

    3. Pressa operattiva u pressa ta’ riferenza

    3.1. Pressa operattiva

    Il-pressa operattiva ta’ meter tal-gass hija d-differenza bejn il-pressa tal-gass fid-dħul tal-meter u l-pressa atmosferika.

    3.2. Pressa ta’ riferenza

    Il-pressa ta’ riferenza pr ta’ meter tal-gass hija l-pressa tal-ġass li għalih il-volum indikat ta’ gass ikun relatat.

    Il-vitien ta’ pressa għal kejl tal-pressa ta’ riferenza hija stipulata fil-Kapitolu III.

    4. Assorbiment ta’ pressa

    L-assorbiment ta’ pressa mill-meter tal-gass hija d-differenza bejn il-pressjonijiet imkejla fid-dħul u fil-ħruġ ta’ l-meter waqt it-tnixxija tal-gass.

    5. Il-kostanti ta’ l-apparat tal-ħruġ

    Il-kostanti ta’ l-apparat tal-ħruġ hi l-valur tal-volum rappreżentat b’dawra sħiħa tal-fus ta’ dan l-apparat; dan il-valur huwa kkalkolat bil-multiplikazzjoni tal-valur tal-volum rappreżentat b’dawra sħiħa fl-element tal-kontroll bir-relattività tat-trasmissjoni tal-counter ta’ l-indiċi ta’ dan il-fus.

    B. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI GĦAL METERS TAL-VOLUM TAL-GASS

    1. Ġenerali

    1.1. Il-Kapitolu I ta’ dan l-Anness jistipula d-dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom ikunu sodisfatti mill-meters tal-volum tal-gass kollha koperti bl-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva.

    1.2. Il-Kapitoli II u III ta’ dan l-Anness jistipulaw id-dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardjaw il-meters konċernati.

    2. Kostruzzjoni

    2.1. Materjali

    Il-meters għandhom ikunu manufatturati minn materjali solidi ta’ rassa nterna baxxa, li ftit jinbidlu bl-età, li huma ta’ reżistenza suffiċjenti għal korruzzjoni u l-ħbit mid-diversi gassijiet li huma normalment iddistribwiti minn jew b’xi kondensati tagħhom.

    2.2. Sodizza tal-meters

    L-oqsfa tal-meters għandhom ikunu sodi kontra l-ħruġ ta’ gass meta jkun qiegħed jopera bi pressa massima.

    2.3. Protezzjoni kontra interferenza

    Il-meters għandhom ikunu kostruwiti hekk li xi interferenza li tista taffettwa l-eżattezza tal-kejl tkun impossibli mingħajr ma ssir ħsara għal marki ta’ verifika u siġilli protettivi.

    2.4. Direzzjoni tat-tnixxija tal-gass

    Għal meters li l-mezzi indikaturi tagħhom jiffunzjonaw pożittivament biss f’direzzjoni waħda tat-tnixxija, din id-direzzjoni għandha tkun indikata bi vleġġa.

    Din il-vleġġa m’hiex meħtieġa jekk id-direzzjoni tan-nixxija tal-ġass tkun iffissata mill-kostruzzjoni.

    2.5. Propjetajiet metroloġiċi

    Fi tnixxija ekwivalenti għal Qmaxmeter għandu jkun jista jopera kontinwament għal ħin stipulat fil-Kapitoli II ta’ III mingħajr bidla fil-prestazzjoni metroloġika tiegħu lil hinn mill-limiti speċifikati f’dawn il-kapitoli.

    3. Mezzi addizzjonali

    3.1. Meters jistgħu ikunu mgħammra b’mezzi addizzjonali (għal korrezzjoni, rikordjar, indikazzjoni supplementari, eċċ.); iż-żieda tagħhom hija soġġetta għal proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip KEE.

    3.2. Meters jistgħu ikunu mgħammra b’apparat tal-ħruġ li topera indikatur li jkun jista jinqala’, mezz ta’ ħlas bil-quddiem, jew xi mezz ieħor li jkun kumplementari jew addizzjonali.

    3.2.1. Meta dawn il-kontrolli ma jkunux użati, it-tarf liberu ta’ l-apparat għandu jkun protett b’tapp jew arranġament simili li jista jkun issiġġilat.

    3.2.2. Fil-każ ta’ meta dan l-apparat ta’ ħruġ ikun fus, dan għandu jkollu indikazzjoni tal-valur tal-kostanti tiegħu fil-għamla ta’: "1 rev =… m³" (jew dm³).

    3.3. Meters jistgħu ikunu mgħammra b’ġeneraturi tal-polz inkorporati.

    Il-ħruġ ta’ dawn il-ġeneraturi għandu jkollhom indikazzjoni tal-valur korrispondenti ta’ intervall ta’ polz wieħed fil-għamla ta’: "1 polz =… m³" (jew dm³).

    4. Iskrizzjonijiet

    4.1. Kull meter għandu jkollu, miġbura flimkien jew fuq il-pjanċa tal-wiċċ tal-mezz li jindika jew fuq pjanċa speċjali, l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

    (a) in-numru ta’ l-approvazzjoni tat- tip tal-meter

    (b) il-marka ta’ identifikazzjoni jew l-isem tal-manifattur

    (ċ) in-numru u s-sena tal-manufattura tal-meter

    (d) id-desinjazzjoni tad-daqs tal-meter: din għandha l-għamla ta’ G kapitali segwita b’numru li huwa stipulat fil-Kapitoli II u III

    (e) in-nixxija massima espressa bħala: Qmax =… m3/h

    (f) in-nixxija minima espressa bħala: Qmin =… m3/h (jew dm3/h)

    (g) il-pressa operattiva massima espressa bħala:

    Pmax… MN/m2 (jew N/m2), jew Pmax… bar (jew… mbar)

    (h) għal meters volumetriċi, il-valur nominali tal-volum ċikliku espress bħala:

    V =… m3 (jew dm3).

    Dawn l-iskrizzjonijiet għandhom ikunu direttament viżibbli, jinqraw mingħajr tbatija, u ma jitħassrux f’kundizzjonijiet normali ta’ l-użu tal-meter.

    4.2. Is-servizz metroloġiku li joħroġ l-approvazzjoni tat-tip jista jiddeċidi l-każi li fihom in-natura tal-gass għandha wkoll tkun speċifikata fuq il-pjanċa tat-tabella.

    4.3. Il-meter jista jkollu desinjazzjoni kummerċjali, numru serjali speċjali, l-isem tad-distributur tal-gass, marka li tindika li jkun konformi ma’ standard Ewropew, u indikazzjoni li tirrigwardja xi tiswijiet magħmula. Sakemm ma jkunx espressament awtorizzat, kull indikazzjoni jew iskrizzjoni oħra hija ipprojbita.

    5. Counter u element ta’ kontroll

    5.1. Counter

    5.1.1. Il-counters għandhom ikunu f’għamla ta’ rota ċatta; b’dankollu, l-aħħar element jista’ jkun eżentat minn din ir-regola. Ir-roti ċatti għandhom ikunu kalibrati f’metri kubi jew multipli deċimali jew sub-multipli tal-metru kubu. Is-simbolu m3 għandu jkun immarkat fuq il-pjanċa ta’ l-indiċi.

    5.1.1.1. Ir-roti ċatti li jindikaw is-sub-multipli ta’ metru kubu jekk fornuti għandhom ikunu kjarament identifikabbli mir-roti ċatti l-oħra, u separati minnhom b’punt deċimali li jkun immarkat ċar.

    5.1.1.2. Fil-każi meta l-aħħar rota ċatta tkun figurata f’multipli deċimali ta’ metru kubu, il-pjanċa ta’ l-indiċi għandha tkun immarkata b’wieħed minn:

    (a) wieħed jew aktar żero fissi kif xieraq wara l-aħħar rota ċatta; jew

    (b) l-indikazzjoni "× 10, × 100, × 1000 eċċ." b’tali manjera li l-qari dejjem isir f’metri kubi.

    5.1.2. Il-counter għandu jkollu biżżejjed roti ċatti numerati biex indikaw il-volum ta’ gass li joħroġ f’elf siegħa ta’ funzjonament b’rata massima bl-approssimazzjoni ta’ unità waħda ta’ l-aħħar rota ċatta.

    5.2. Element ta’ kontroll

    5.2.1. Meters għandhom ikunu iddisinjati b’tali mod li l-verifika tista ssir b’eżattezza suffiċjenti. Għal dan l-iskop huma għandhom jinkorporaw fid-disinn tagħhom element ta’ kontroll jew apparati oħra li jippermettu konnessjoni ma’ unità portabbli ta’ kontroll.

    5.2.2. L-element ta’ kontroll integrat jista’ jkun l-aħħar element tal-counter f’waħda minn dawn iż-żewġ għamliet li ġejjin:

    (a) rota ċatta li ddur kontinwament li jkollha skala bi gradi;

    (b) vleġġa li tgħaddi fuq wiċċ fiss li jkollu skala gradwata jew disk li jkollu skala gradwata li timxi lil hinn mill-marka fissa ta’ riferenza.

    5.2.3. Fuq l-iskali iggradwati ta’ dawn l-elementi ta’ kontroll, l-unità tal-gradwazzjoni għandhom ikunu indikati ċari u mingħajr ambigwità f’m3 jew sub-multipli deċimali ta’ m3; il-bidu ta’ l-iskala għandu jkun indikat bil-figura żero.

    5.2.3.1. L-intervall bejn diviżjonijiet fl-iskala għandhom ikunu konsistenti ma’ tul l-iskala u mhux anqas minn 1 millimetru.

    5.2.3.2. Il-valur tad-diviżjonijiet ta’ l-iskala għandhom ikunu fl-għamla ta’ 1 × 10n, 2 × 10n, jew 5 × 10n m3, n ikun sħieħ pożittiv jew numru negattiv jew żero.

    5.2.3.3. Il-linji ta’ gradwazzjoni għandhom ikunu rqaq u uniformi. Fil-każi li fihom id-diviżjoni tkun fil-għamla ta’ 1 × 10n or 2 × 10n m3, il-linji kollha li jirrapreżentaw multipli ta’ 5, u fil-każ ta’ diviżjoni fil-għamla ta’ 5 × 10n m3, il-linji kollha jirrappreżentaw multipli ta’ 2, għandhom ikunu murija b’aktar tul.

    5.2.4. Il-vleġġa jew il-marka ta’ riferenza għandha tkun irqieqa biżżejjed li tippermetti qari faċli.

    5.3. Dijametri tar-roti ċatti u ta’ l-uċuħ

    Id-dijametri tar-roti ċatti għandhom ikunu mill-anqas 16 millimetri.

    Id-dijametru ta’ skali iggradwati msemmija fil-Kapitolu I B 5.2.2. b għandhom ikunu mill-anqas 32 millimetri.

    5.4. Qari tal-counter

    Il-counter għandu jkun hekk iddisinjat li jkun jista jinqara b’juxtaposition sempliċi tal-figuri.

    5.5. Avanz ta’ figuri

    L-avanz b’figura waħda f’xi parti ta’ indiċi għandu jkun komplut waqt li l-figura immedjatament fl-iskala aktar baxxa li tmiss tiddeskrivi l-aħħar wieħed minn għaxra tal-korsa tagħha.

    5.6. Tneħħija tal-counter

    Il-meters għandhom ikunu hekk iddisinjati li l-counter jista’ jkun imneħħi b’faċilità waqt li jkunu eżaminati.

    6. Żbalji massimi permissibbli

    6.1. L-iżbalji fil-kejl huma espressi bħala valur relattiv bil-medja, bħala perċentwali, tad-differenza bejn il-volum indikat u tal-volum attwalment mgħoddi mill-meter, mall-volum ta’ l-aħħar.

    6.2. Dawn l-iżbalji jirrelataw għall-kejl ta’ volumi ta’ arja li jkollhom riferenza ta’ densità ta’ 1.2 kg/m3. F’kundizzjonijiet atmosferiċi normali l-arja ambjentali waqt test fil-laboratorju għandha tkun meqjusa li tissodisfa din il-kundizzjoni.

    6.3. L-iżbalji massimi permissibbli huma speċifikati fil-Kapitoli II u III; huma validi għad-direzzjoni awtoriżżata tan-nixxija.

    7. Assorbiment ta’ pressjoni

    7.1. Valuri massimi permissibbli

    Il-valuri massimi permissibbli ta’ assorbiment ta’ pressjoni huma speċifikati fil-Kapitoli II u III.

    8. Applikazzjoni tal-marki ta’ verifika u siġilli

    8.1. Skop

    L-applikazzjoni tal-marki u siġilli ta’ verifika inizjali tal-KEE fuq meter tal-gass jiċċertifikaw biss li l-meter jissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

    8.2. Lokà

    8.2.1. Il-lok tal-marki għandu jkunu magħżul b’tali mod li meta l-parti siġillata tkun maħtuta dan jirriżulta fid-distruzzjoni tal-marki.

    8.2.2. Meta l-iskrizzjonijiet imsemmija fil-punt 4.1. tal-Kapitolu I B ikunu fuq pjanċa ta’ tabella speċjali, waħda mill-marki għandha tkun imwaħħla b’tali mod li din jiġrilha l-ħsara jekk il-pjanċa speċjali tkun imneħħija.

    8.2.3. Lok għandu jkun ipprovdut b’marki u siġilli ta’ verifika:

    (a) fuq il-pjanċi kollha li jkollhom skrizzjoni meħtieġa b’dan l-Anness;

    (b) fuq il-partijiet kollha tal-kaxxa li ma jistgħux b’mod ieħor ikunu protetti kontra interferenza li faċli taffettwa l-eżattezza tal-kejl.

    9. Approvazzjoni tat-Tip u verifika inizjali tal-KEE

    9.1. Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE

    9.1.1. It-talba għal approvazzjoni tat-tip ta’ meter għandha tinkludi dawn id-dokumenti, li jakkumpanjaw it-tip ippreżentat:

    - deskrizzjoni tal-meter li għalih l-approvazzjoni tkun mitluba;

    - disinn perspettiv jew ritratt ta’ dan il-meter;

    - pjanta ta’ l-assemblaġġ tal-meter kollu kemm hu, supplimentata jekk meħtieġa b’disinji dettaljati;

    - lista tal-partijiet u l-informazzjoni l-oħra kollha meqjusa bħala meħtieġa mis-servizzi metroloġiċi konċernati;

    - pjanta li turi il-loka ta’ marki ta’ verifika u għas-siġilli protettivi;

    - dikjarazzjoni li tispeċifika li l-meters manufatturati b’konformita mat-tip jilħqu l-ħtiġiet għal sigurtà, partikolarment dawk li jikkonċernaw il-pressa massima operattiva kif indikata fuq il-pjanċa (badge plate).

    9.2. Verifikazjoni inizjali tal-KEE

    9.2.1. Meters sottomessi għal verifika inizjali tal-KEE għandhom ikunu fi stat li jaħdmu tajjeb. Jekk il-meters għandhom ikunu użati ma’ apparat addizjonali operat b’apparat tal-ħruġ, dawn l-aċċessorji għandhom ikunu ġew konnessi matul l-eżami sakemm konnessjoni aktar tard ma tkunx ġiet espressament awtoriżżata.

    10. Marki u siġilli ta’ verifika

    Meters li jkunu għaddew b’suċċess minn testijiet ta’ verifika:

    - għandhom ikunu ipprovduti b’marka ta’ verifika;

    - għandhom jingħataw siġilli fil-lokalitajiet ipprovduti għal protezzjoni ta’ ċerti komponenti kontra tbagħbis li jista jaffettwa l-karatteristiċi tal-meter.

    KAPITOLU II

    DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDJAW METERS TAL-VOLUM TAL-GASS B’ĦITAN DEFORMABBLI

    1. Qasam ta’ applikazzjoni

    Dan il-Kapitolu japplika, flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I, għal meters tal-gass li fihom il-kejl ta’ gass li jgħaddi minnhom ikun effetwat permezz ta’ sezzjonijiet ta’ kejl b’ħitan deformabbli.

    2. Medda ta’ kapaċità u desinjazzjoni

    2.1. Din it-tabella li ġejja tagħti l-valuri awtoriżżati għal nixxija massima, il-limiti għolja jikkorrispondu man-nixxija minima, u l-valuri minimi ta’ volumi ċikliċi, jikkorrispondu għad-desinjazzjoni (G) tal-meters:

    G | Qmax m3/h | Qmin m3/h (valur massimu) | V dm3 (valur minimu) |

    1,6 | 2,5 | 0,016 | 0,7 |

    2,5 | 4 | 0,025 | 1,2 |

    4 | 6 | 0,040 | 2,0 |

    6 | 10 | 0,060 | 3,5 |

    10 | 16 | 0,100 | 6,0 |

    16 | 25 | 0,160 | 10 |

    25 | 40 | 0,250 | 18 |

    40 | 65 | 0,400 | 30 |

    65 | 100 | 0,650 | 55 |

    100 | 160 | 1,000 | 100 |

    160 | 250 | 1,600 | 200 |

    250 | 400 | 2,500 | 400 |

    400 | 650 | 4,000 | 900 |

    650 | 1000 | 6,500 | 2000 |

    2.2. Jekk għal tip ta’ meter il-valur ta’ Qmin ikun aktar baxx min-numru mgħoti fit-tabella ta’ dettal 2.1 ta’ dan il-Kapitolu, il-valur numeriku ta’ dan il-Qmin għandu jkun espress b’numru fil-kolonna 3 ta’ din it-tabella jew b’sub-multipli deċimali ta’ dan in-numru.

    2.3. Meters li jkollhom volum ċikliku anqas minn dak il-valur mgħoti fit-tabella ta’ dettal 2.1 ta’ dan il-Kapitolu jista jkun approvat basta li l-mudell jissodisfa l-ħtiġiet tat-test ta’ durabilità msemmi f’dan il-kuntest fil-punt 7.2.5 ta’ dan il-Kapitolu.

    3. Dettalji ta’ kostruzzjoni

    3.1. Għal kull wieħed mill-meters id-differenza bejn il-valur ikkalkolat tal-volum V ċikliku u tal-valur ta’ dan il-volum speċifikat fuq l-meter m’għandux jeċċedi 5 % ta’ dan ta’ l-aħħar.

    3.2. Meters G 1,6 sa G 6 inklussivi jistgħu ikunu ipprovduti b’apparat biex ma jħallix l-operat tal-counter meta l-gass jimxi f’direzzjoni mhix-awtoriżżata.

    4. Element ta’ kontroll

    4.1. Għal meters G 1,6 sa G 6 inklussivi l-element tal-kontroll huwa manufatturat kif indikat fil-punt 5.2.2. tal-Kapitolu I. Għal meters G 10 sa G 650 inklussivi l-element tal-kontroll huwa:

    - jew manufatturati fil-punt 5.2.2. tal- Kapitolu I;

    - jew li jkun jista’ jinqala’.

    4.2. Meta l-element ta’ kontroll ikun manufatturat bħala fil-punt 5.2.2 tal-Kapitolu I B il-valur tat-tqassim ta’ iskala ta’ l-element u l-gradwazzjoni tiegħu għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tat-tip kif muri f’din it-tabella:

    meterDesinjazzjoni tal- | Il-valur massimu ta’ l-iskala | Murija fi |

    | | | | |

    G | 1.6 | to G | 6 | inc. | 0,2 dm3 | 1 dm3 |

    G | 10 | to G | 65 | inc. | 2 dm3 | 10 dm3 |

    G | 100 | to G | 650 | inc. | 20 dm3 | 100 dm3 |

    4.3. Għal meters li fihom l-element ta’ kontroll ikun manufatturat bħala fil-punt 5.2.2. tal-Kapitolu I B, id-devjazzjoni tipika għal serje ta’ mill-anqas tletin kejl suċċessiv, imwettaq f’nixxija fil-qawwa ta’ 0,1 Qmax, u permezz ta’ l-istess kundizzjonijiet, ta’ volum ta’ arja speċifikata hawn taħt għandha teċċedi il-valuri f’din it-tabella:

    meterDesinjazzjoni tal- | Volum ta’ arja li għandha tkun imkejla | Il-massimi permissibbli ta’ devjazzjoni tipika |

    | | | | |

    G | 1,6 | to G | 4 | inc. | 20 V | 0,2 dm3 |

    G | 6 | | | | 10 V | 0,2 dm3 |

    G | 10 | to G | 65 | inc. | 10 V | 2 dm3 |

    G | 100 | to G | 650 | inc. | 5 V | 20 dm3 |

    5. Żbalji massimi permissibbli

    5.1. Dispożizzjonijiet Ġenerali

    5.1.1. Il-massimu ta’ żbalji permissibbli, posittivi jew negattivi, huma mogħtija f’din it-tabella:

    Tnixxija Q | Massimu permissibbli ta’ żball fil-verifika inizjali tal-KEE |

    | | | |

    | Qmin≤ Q < | 2 | Qmin | 3 % |

    2 | Qmin≤ Q ≤ | | Qmax | 2 % |

    5.1.2. Fil-verifika inizjali tal-KEE l-iżbalji ta’ meter għal tnixxija Q bejn 2 Qmin u Qmax m’għandiex teċċedi 1 % jekk dawn ikunu kollha ta’ l-istess disinn.

    6. Assorbiment ta’ pressjoni

    6.1. Assorbiment totali ta’ pressjoni

    Il-pressjoni totali assorbita bit-tnixxija ta’ arja ta’ densità 1,2 kg/m3 f’rata ta’ tnixxija ugwali għal Qmax m’għandiex teċċedi il-medja:

    meterDesinjazzjoni tal- | Il-valur massimu permissibbli fil-medja tal-pressjoni totali ta’ assorbiment f’verifika inizjali tal-KEE. |

    | | | | | N/m2 | mbar |

    G | 1,6 | to G | 10 | inc. | 200 | 2 |

    G | 16 | to G | 40 | inc. | 300 | 3 |

    G | 65 | to G | 650 | inc. | 400 | 4 |

    6.2. Assorbiment ta’ pressjoni mekkanika

    L-assorbiment ta’ pressjoni mekkanika, jiġiefiri l-assorbiment ta’ pressjoni b’nixxija ta’ arja ta’ densità 1,2 kg/m3 f’nixxija ta’ bejn Qmin u 2 Qmin m’għandiex teċċedi:

    meterDesinjazzjoni tal- | Il-valur massimu permissibbli fil-medja tal-pressjoni totali ta’ assorbiment f’verifika inizjali tal-KEE. |

    | | | | | N/m2 | mbar |

    G | 1,5 | to G | 40 | inc. | 60 | 0,6 |

    G | 65 | to G | 650 | inc. | 100 | 1,0 |

    Dawn il-valuri ta’ hawn fuq jirrigwardjaw il-massimu ta’ l-assorbiment tal-pressjoni mekkanika.

    6.3. Dispożizzjoni speċjali

    Għal meters li dwarhom il-pressjoni ta’ l-operat jeċċedi 0,1 MN/m2 (1 bar) id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.2 ta’ dan il-Kapitolu rigward l-assorbiment ta’ pressjoni mekkanika huwa applikabbli, imma l-assorbiment tal-pressjoni totali msemmija fil-punt 6.1 ta’ dan il-Kapitolu ta’ dawn il-meters mhux meħud f’konsiderazzjoni.

    7. Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE

    7.1. Flimkien mat-tip kampjun l-applikant għandu inizjalment iqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti tnejn sa sitt meters kampjun aktar manufatturati bi qbil ma’ l-istess tip ta’ kampjun.

    In-numru għandu jkun imqassam matul diversi qisien G fuq it-talba ta’ l-awtorità kompetenti jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tkopri meters ta’ diversi qisien.

    Jekk ir-riżultati tat-testijiet ma jkunux kompletament sodisfaċenti aktar meters kampjun jistgħu jiġu rikjesti.

    7.1.1. Deroga minn din id-dispożizzjoni tista’ titħalla filli l-meters kampjun ikunu mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti f’data aktar tard. B’dankollu, id-deċiżjoni li tirrigwardja l-approvazjoni ta’ tip m’għandiex tittieħed sakemm il-kampjuni kollha jkunu ġew eżaminati.

    7.1.2. Il-meters kampjun għandhom jibqgħu l-propjetà ta’ l-applikant u għandhom jingħataw lura lilu wara li l-approvazzjoni tat-tip tkun ingħatat.

    7.2. L-eżami

    7.2.1. It-tip kampjun u l-meter kampjun għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tal-Kapitolu I u il-punti 2, 3, 4, 5 u 6 ta’ dan il-Kapitolu.

    7.2.2. B’żieda, matul medda ta’ tnixxija d-differenza bejn l-iżbalji massimi u minimi bħala funzjoni tan-nixxija tar-rata Q m’għandiex teċċedi 3 % għal kull meter.

    7.2.3. It-tip kampjun u l-meters kampjun għandhom ikunu soġġetti għal test ta’ durabilità. It-test ikun imwettaq:

    7.2.3.1. Għal meters G 1,6 sa G 10 inklussivi: Fil-massimu tal-kapaċità tal-meter u bl-arja: b’dankollu, għal meters li fihom il-pjanċa tat-tabella tispeċifika il-gass li għandu jkun imkejjel, it-test jista jkun magħmul kollu jew parzjalment b’dan il-gass.

    7.2.3.2. Għal meters G 16 sa G 650 inklussivi: sakemm ikun possibbli fil-kapaċità massima tal-meter bl-arja jew bil-gass.

    7.2.4. It-tul tat-test ta’ durabilità għal meters li dwarhom il-volum ċikliku jkun ugwali għal, jew akbar mill-valuri msemmija fit-Tabella tal-punt 2.1 ta’ dan il-Kapitolu għandu jkun:

    7.2.4.1. Għal meters G 1.6 sa G 10 inklussivi: 1000 siegħa. It-test jista’ jkun interrott imma għandu jkun imwettaq kompletament fi żmien sittin jum.

    7.2.4.2. Għal meters G 16 sa G 650 inklussivi: hekk li kull meter ikejjel miżura ta’ volum ta’ arja jew gass korrispondenti għal operat ta’ 1000 siegħa fl-operat massimu tal-meter; it-test għandu jkun imwettaq fi żmien perijodu ta’ sitt xhur.

    7.2.5. Għal meters li l-volum ċikliku tagħhom ikun anqas mill-valuri speċifikati fit-tabella tal-punt 2.1 ta’ dan il-Kapitolu, it-tul tat-test ta’ durabilità għandu jkun ta’ tul ta’ 2000 siegha u għandu jitwettaq fuq numru akbar ta’ meters milli hemm speċifikat fil-punt 7.1 ta’ dan il-Kapitolu, skond id-deskrizzjoni tal-meter u tal-karatteristiċi ġenerali tiegħu.

    7.2.6. Wara t-test ta’ durabilità, il-meters għandhom jissodisfaw dawn il-ħtiġiet:

    (a) matul il-medda, id-differenza bejn l-iżball massimu u minimu bħala funzjoni tan-nixxija Q m’għandiex teċċedi għal kull meter, valur ta’ 4 %;

    (b) f’l-ebda punt l-iżbalji m’għandhom ikunu ta’ aktar minn 1,5 % akbar mill-massimu jew anqas mill-minimu tal l-iżball inizjali;

    (ċ) l-assorbiment tal-pressa mekkanika m’għandiex tkun żdiedet b’aktar minn 20 N/m2 (0,2 mbar);

    (d) il-meters li dwarhom il-pressa operattiva tkun akbar minn 0,1 MN/m2 (1 bar), id-differenza bejn l-iżball fir-rata tan-nixxija 0,5 Qmax u l-iżball fir-rata tan-nixxija Qmax m’għandiex tkun żdiedet b’aktar minn 1 %.

    7.3. Modifikazzjoni ta’ mudell diġa approvat

    Jekk it-talba għal approvazzjoni tikkonċerna modifika ta’ mudell diġa approvat, is-servizz metroloġiku li jkun approva il-mudell ewlieni għandu jiddeċiedi, skond in-natura tal-modifika, jekk u sa liema limitu id-dispożizzjonijiet tal-punti 7.1, 7.2.3, 7.2.4 u 7.2.5 ta’ dan il-Kapitolu huma applikabbli.

    8. Verifika inizjali tal-KEE

    8.1. Testijiet għal eżattezza

    Meter ikun meqjus li jkun jissodisfa l-ħtiġiet li jikkonċernaw il-massimu permissibbli ta’ żbalji jekk dawn il-ħtiġiet ikunu milħuqa kollha f’dawn ir-rati ta’ tnixxija:

    (a) fi tnixxija ta’ rata bejn Qmin u 2 Qmin;

    (b) fi tnixxija ta’ rata fl-ordni ta’ 1/5 Qmax;

    (ċ) fi tnixxija ta’ rata ta’ Qmax;

    (d) tr-rata ta’tnixxija 0,50 Qmax għal meters li joperaw bi pressjoni aktar minn 0,1 MN/m2 (1 bar).

    Jekk l-eżami jkun imwettaq f’kundizzjonijiet differenti, l-garanziji għandhom ikunu mill-anqas ugwali għal dawk akkwistati bit-testijiet imsemmija hawn fuq.

    KAPITOLU III

    DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDJAW METERS TAL-GASS B’PISTUNI ROTANTI JEW TURBINI

    1. Qasam ta’ applikazzjoni

    Il-kapitolu preżenti japplika, flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I, għal:

    1.1. Meters tal-gass b’pistuni rotanti

    - li fihom il-kejl tal-gass li jkun għadda tkun effetwat permezz ta’ sezzjonijiet ta’ kejl b’ħitan rotanti.

    1.2. Meters tal-gass b’turbini

    - li fihom in-nixxija mill-fuq tal-gass iddawwar rota ta’ turbina u n-numru ta’ dawriet tar-rota jirrappreżentaw il-volum ta’ gass li jkun għadda.

    2. Medda ta’ kapaċatijiet

    2.1. Meters tal-gass għandhom ikollhom biss il-medda murija f’din it-tabella li tikkorrispondi fid-desinjazzjoni (G):

    Desinjazzjoni G | Qmax m3/h | Medda |

    Żgħirq | Medja | Kbira |

    Qmin m3/h | Qmin m3/h | Qmin m3/h |

    40 | 65 | 13 | 6 | 3 |

    65 | 100 | 20 | 10 | 5 |

    100 | 160 | 32 | 16 | 8 |

    160 | 250 | 50 | 25 | 13 |

    250 | 400 | 80 | 40 | 20 |

    400 | 650 | 130 | 65 | 32 |

    650 | 1000 | 200 | 100 | 50 |

    1000 | 1600 | 320 | 160 | 80 |

    u multipli deċimali ta’ l-aħħar ħames linji.

    3. Dettalji ta’ kostruzzjoni

    3.1. Meters b’pistuni rotanti

    3.1.1. Meters għandhom jinkludu kemm dawk tal-bidu u wkoll dawk ta’ l-aħħar ta’ vitien ta’ pressjoni statika ta 3 sa 5 millimetri dijametru biex jippermettu kejl tal-waqa tal-pressjoni: il-pressjoni mkejla bil-bidu għandha tikkostitwixxi l-pressjoni ta’ riferenza.

    3.1.2. Il-meters jistgħu jinkorporaw arranġament manwali għad-dawrien tal-pistuni basta li dan ma jkunx jista jkun użat b’tali mod hekk li jfixkel l-operat korrett tal-meter.

    3.1.3. Il-bobini tal-fus tal-pistuni rotanti ta’ l-meters ta’ daqsijiet G160 u aktar jistgħu ikunu kostruwiti b’tali mod hekk li jipprovdi aċċess għalihom mingħajr ma jkisser is-siġilli protettivi.

    3.2. Meters b’ turbini

    3.2.1. Il-meters għandhom jinkorporaw vitien ta’ pressa li jippermetti, jekk meħtieġ indirettament, id-determinazzjoni tal-pressa immedjatament fil-bidu tar-rota tat-turbina bħala pressa ta’ riferenza.

    3.2.1.1. Jekk ikun hemm apparat għal kontroll tan-nixxija ta’ gass fil-bidu tar-rota, il-meter jista’ jinkorpora, kif ukoll il-vitien tal-pressa meħtieġa bil-punt 3.2.1 ta’ dan il-Kapitolu, vitien oħra ta’ pressa immedjetament qabel il-kontroll li jippermetti d-determinazzjoni tal-waqa tal-pressa matul l-apparat ta’ kontroll.

    3.3. Vitien ta’ Pressjoni

    3.3.1. Dawn il-vitien ta’ pressjoni għandhom ikunu fornuti b’meżżi biex ikunu jistgħu jingħalqu.

    3.3.2. Il-vitien ta’ pressjoni għal riferenza ta’ pressa għandhom ikunu immarkati ċari u b’żebgha li ma titħassarax bl-ittri "pr" u l-vitien l-oħra tal-pressa bl-ittra "p".

    4. Element ta’ kontroll

    4.1. Fl-applikazzjoni tad-diposizzjonijiet tal-punti 5.1.1.2 (a) u (b) tal- Kapitolu I B, il-valur massimu ta’ l-unità ta’ skala l-element tal-kontrollt-għandu jkun:

    għal G | 40 | u G | 65 | | 0,002m3 |

    għal G | 100 | u G | 650 | u daqsijiet intermedji | 0,02m3 |

    għal G | 1000 | u G | 6500 | u daqsijiet intermedji | 0,2m3 |

    għal G | 10000 | u 'l fuq | | 2,0m3 |

    4.2. L-iskala ta’ l-element tal-kontroll għandha tkun innumerata:

    għal G | 40 | u G | 65, | kull | 0,01m3 |

    għal G | 100 | u G | 650 | u daqsijiet intermedji kull | 0,1m3 |

    għal G | 1000 | u G | 6500 | u daqsijiet intermedji kull | 1,0m3 |

    għal G | 10000 | u ’l fuq, kull | 10,0m3 |

    5. Żbalji massimi permissibbli

    5.1. Il-massimu ta’ żbalji permissibli, posittivi jew negattivi, huma mogħtija f’din it-tabella:

    Tnixxija Q m3/h | L-iżball massimu permissibbli fil-verifika inizjali tal-KEE |

    Qmin≤ Q < 0,2 Qmax | 2 % |

    0.2 Qmax≤ Q ≤ Qmax | 1 % |

    5.2. L-iżbalji m’għandhomx kollha jeċċedu nofs il-massimu permissibbli ta’ żball jekk kollha jkunu ta’ l-istess sinjal.

    6. Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE

    6.1. Flimkien mat-tip kampjun l-applikant għandu inizjalment iqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti tnejn sa sitt meters kampjun aktar manifatturati bi qbil ma’ l-istess tip kampjun.

    Fuq it-talba ta’ l-awtorità kompetenti dan in-numru għandu jkun imxerred matul diversi qisien G fil-każ ta’ talba għal approvazzjoni li tkopri qisien differenti ta’ meters.

    Jekk ir-riżultati tat-testijiet ma jkunux kompletament sodisfaċenti aktar kampjuni jistgħu jiġu mitluba.

    6.1.1. Deroga minn din id-dispożizzjoni tista titħalla filli l-meters kampjun jkunu mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti f’data aktar tard. B’dana kollu, id-deċiżjoni li tirrigwardja l-approvazjoni ta’ tip m’għandiex tittieħed sakemm il-kampjuni kollha jkunu ġew eżaminati.

    6.1.2. Il-meters kampjun għandhom jibqgħu il-propjetà ta’ l-applikant u għandhom jingħataw l-ura lilu wara l-approvazzjoni tat-tip tkun ingħatat.

    6.2. Eżami

    6.2.1. L-eżami għandu jinkludi partikolarment id-determinazzjoni ta’ l-iżbalji ta’ kull meter, b’test b’arja ta’ densità 1,2 kg/m3. Kull riżultat ta’ test għandu jkun meqjus f’konsiderazzjoni separata.

    6.2.1.1. Il-kurva ta’ l-iżball ta’ kull wieħed mill-meters għandha tibqa fil-medda mogħtija fil-limiti tal-massimi permissibbli ta’ żbalji ta’ verifika inizjali tal-KEE matul il-medda għal rati ta’ tnixxija li għalihom l-approvazzjoni tkun mitluba.

    6.2.1.2. Id-differenza bejn il-valur massimu u l-valur minimu ta l-iżbalji għall kull wieħed mill-meters m’għandux jeċċedi 1 % fuq medda minn 0,5 Qmax sa Qmax.

    6.2.2. Il-meters għandhom imbagħad ikunu soġġetti għal test ta’ durabilità b’arja u gass.

    6.2.2.1. Sakemm ikun possibbli t-test ta’ durabilità għandu jitwettaq fil-kapaċità massima tal-meter. Il-perijodu ta’ operat għandu jkun tali li kull meter ikejjel volum ta’ arja u gass korrispondenti għal operat ta’ 1000 siegħa fil-kapaċità massima tiegħu, mingħajr dan il-perijodu totali ta’ test ma jeċċedi sitt xhur.

    6.2.2.2. Wara dan it-test ta’ durabilità, il-meters għandhom ikunu eżaminati għal darb’ohra b’arja ta’ densità ta’ 1,2 kg/m3 billi jintuża l-isstess apparat normali bħal fit-test li hemm riferenza dwaru fil-punt 6.2.1. ta’ dan il-Kapitolu.

    F’dawn il-kondizzjonijiet ta’ testijiet:

    (a) Il-valuri ta’ l-iżbalji determinati fin-nixxija speċifikata fil-punt 7.1 ta’ dan il-Kapitolu għal kull meter (bl-eċċezzjoni ta’ mhux aktar minn wieħed) m’għandiex tiddifferixxi b’aktar minn 1 % mill-iżbalji misjuba fit-test li hemm riferenza dwarhom fil-punt 6.21 ta’ dan il-Kapitolu;

    (b) id-differenza bejn il-valur massimu u l-valur minimu tal-kurva ta’ l-iżball m’għandux jeċċedi, għal kull wieħed mill-meters (bl-eċċezjoni ta’ mhux aktar minn wieħed) 1,5 % fuq il-medda 0,5 Qmax sa Qmax.

    7. Verifika Inizjali tal-KEE

    7.1. Testijiet għal eżattezza

    Meter ikun meqjus li jkun jissodisfa l-ħtiġiet li jikkonċernaw il-massimu permissibbli ta’ żbalji jekk il-ħtiġiet ikunu milħuqa kollha f’dawn ir-rati ta’ tnixxija:

    (a) Għal meters b’pistuni rotanti:

    Qmin, 1,5 Qmin, 0,25 Qmax, 0,5 Qmax u Qmax;

    (b) Għal meters b’turbini:

    Qmin, 1,5 Qmin, 3 Qmin, 0,25 Qmax, 0,5 Qmax u Qmax.

    Jekk l-eżami tkun imwettqa f’kundizzjonijiet differenti, l-garanziji għandhom ikunu mill-anqas ugwali għal dawk akkwistati bit-testijiet imsemmija hawn fuq.

    7.2. Il-valuri speċifikati fil-punt 7.1 ta’ dan il-Kapitolu jistgħu ivarjaw bi ± 5 %.

    --------------------------------------------------

    Top