Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31970R2163

    Ir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2163/70 tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru ta' l-1970 li jemenda r-Regolament Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom li jistabbilixxi l-pagi tal-President u membri tal-Kummissjoni, u tal-President, Imħallfin, Avukati-Ġenerali u Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja

    ĠU L 238, 29.10.1970, p. 1–2 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1970(III) P. 724 - 725

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0300

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1970/2163/oj

    31970R2163



    Official Journal L 238 , 29/10/1970 P. 0001 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0067
    Danish special edition: Series I Chapter 1970(III) P. 0646
    Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0067
    English special edition: Series I Chapter 1970(III) P. 0724


    Ir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2163/70 tal-Kunsill

    tas-27 ta' Ottubru ta' l-1970

    li jemenda r-Regolament Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom li jistabbilixxi l-pagi tal-President u membri tal-Kummissjoni, u tal-President, Imħallfin, Avukati-Ġenerali u Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda, u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu;

    billi huwa l-Kunsill li jiddetermina s-salarji, konċessjonijiet u pensjonijiet tal-President u membri tal-Kummissjoni, u tal-President u membri tal-Kummissjoni, u tal-President, Imħallfin, Avukati-Ġenerali u Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, flimkien ma' kwalunkwe ħlas li għandu jkun magħmul minnflok il-ħlas:

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Is-segwenti għandu jkun sostitwiet għal-lista fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom [1] tal-25 ta' Lulju ta' l-1967:

    60 év | 0,70 |

    61 év | 0,75 |

    62 év | 0,80 |

    63 év | 0,87 |

    64 év | 0,95 |

    Artikolu 2

    "(b) ħlas ta' spejjeż ta' vjaġġar imneffqa minn membru tal-Kummissjoni jew tal-Qorti għalih jew għall-membri tal-familja tiegħu, u ħlas għall-ispejjeż tat-tneħħija ta' l-effetti personali u għamara, inkluż assigurazzjoni kontra riskji ordinarji (serq, ksur, nar)."

    Artikolu 3

    1. Fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom, 60 % għandu jkun sostitwit għal 50 %.

    2. "Meta l-persuna konċeranta għamlet dmirijiet varji lill-Kummissjoni jew il-Qorti tal-Ġustizzja, il-paga fuq liema l-pensjoni għandha tkun kalkulata mall-proporzjoni ta' ħin mqatta' mill-persuna konċernata f'kull wieħed minn dawk id-dmirijiet varji. Dan il-paragrafu ma għandux japplika lill-membri tal-Kummissjoni jew tal-Qorti li huma fil-kariga fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew li jieqfu milli jkollhom kariga qabel dik id-data, jekk jitolbu hekk."

    Artikolu 4

    Fl-Artikolu 10(a) tar-Regolament Nr 422/67/KEE, 5/67/Euratom, 30 % għandu jkun sostitwit għal 25 %. Ifl-Artikolu 10(b), 60 % u 30 % għandhom ikunu sostitwiti għal 50 % u 25 % rispettivament.

    Artikolu 5

    "Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal membri ta' qabel tal-Kummissjoni jew tal-Qorti li jibbenefikaw jew mill-iskema tal-pensjoni provduta għalihom fl-Artikolu 8 jew taħt l-konċessjoni ta' transazzjoni provdut għalih taħt l-Artikolu 7. Dan il-paragrafu m'għandux, Iżda, jkun applikat sabiex ikopri riskji li huma diġa' koperti bi skema oħra ta' sigurta' soċjali u taħt liema l-membru ta' qabel tal-Kummissjoni jew tal-qorti jista' jibbenefika."

    Artikolu 6

    Fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom, 60 % għandu jkun sostitwieta għal 50 %.

    Artikolu 7

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru ta' l-1970.

    Għandu japplika mill-1 ta' Lulju ta' l-1970.

    Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul Lussemburgu, is-27 ta' Ottubru ta' l-1970.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Scheel

    [1] ĠU No 187, tat-8.8.1967, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top