Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31968R0785

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 785/68 tas-26 ta’ Ġunju 1968 li jistabbilixxi l-istandard ta’ kwalità u li jipprovdi regoli dettaljati għall-kalkolazzjoni tal-prezz c.i.f. għall-għasel iswed

ĠU L 145, 27.6.1968, p. 12–14 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1968(I) P. 163 - 164

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006; Imħassar b' 32006R0951

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/785/oj

31968R0785



Official Journal L 145 , 27/06/1968 P. 0012 - 0014
Danish special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0155
English special edition: Series I Chapter 1968(I) P. 0163
Greek special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0070
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 2 P. 0144
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 2 P. 0144


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 785/68

tas-26 ta’ Ġunju 1968

li jistabbilixxi l-istandard ta’ kwalità u li jipprovdi regoli dettaljati għall-kalkolazzjoni tal-prezz c.i.f. għall-għasel iswed

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1009/67/KEE [1] tat-18 ta’ Diċembru 1967 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq taz-zokkor, u b’mod partikolari l-artikoli 12(6) u 13 (4) tiegħu;

Billi l-artikolu 12(6) tar-Regolament Nru 1009/67/KEE jitlob illi l-istandard ta’ kwalità għall-għasel iswed jiġi stabbilit; billi, aktar u aktar, l-artikolu 13(4) tar-Regolament imsemmi hawn fuq jipprovdi illi regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti sabiex jiġi ikkalkolat il-prezzijiet c.i.f. u biex dawn ikunu aġġustati ħalli jippermettu devjazzjonijiet mill-istandard ta’ kwalità;

Billi t-total tal-kontenut taz-zokkor ta’ 48 % jista jitqies bħala rappresentattiv ta’ l-ikbar parti ta’ l-għasel iswed prodott fil-komunità; billi huwa għalhekk xieraq illi jintgħażel għasel iswed ta’ kwalità soda u ġusta għas-suq b’kontenut ta’ zokkor totali ta’ 48 % bħala l-kwalità standard u, għall-fini tal-konverżjoni tal-prezzijiet applikabbli għall- kwalità standard, li jiru dispożizzjonijiet għall-aġġustament ta’ parti waħda minn tmienja u erbgħin għall kull punt ta’ perċentwali ta’ kontenut ta’ zokkor totali li bih l-għasel iswed offrut ivarja mit-total tal-kontenut taz-zokkor tal-kwalità standard;

Billi, skond il-paragrafi 1 u 2 ta’ l-artikolu 13 tar-Regolament Nru 1009/67/KEE, l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli għall-għasel iswed fis-suq dinji għandhom ikunu stabbiliti għal punt speċifiku fejn tinqasam il-fruntiera;

Billi jidher xieraq illi jiġi ffissat il-prezz c.i.f. għall-għasel iswed darba fil-ġimgħa sabiex jingħata kont tal-karatteristiċi partikolari tas-suq fl-għasel iswed u sabiex jiġi fa¬ilitat l-ippjanar tal-kummerċ mill-industriji tal-ipproċessar u n-negozju; billi, għal dan il-għan, il-kummissjoni għandha tieħu akkont ta’ l-informazzjoni kollha disponibbli għaliha kemm direttament kif ukoll permezz ta’ l-aġenziji ta’ l-istati membri; billi, sabiex tiġi żgurata l-oġġettivita u sabiex il-prezzijiet c.i.f. li għandhom ikunu ikkalkolati huma rappreżentattivi, ċerta informazzjoni għandha tiġi imwarrba meta il-prezzijiet c.i.f. qed jiġu kkalkolati, b’mod partikolari jekk il-kwantitajiet involuti huma żgħar jew jekk l-oġġetti m’humiex ta’ kwalità tajba u ġusta għas-suq; billi, minħabba illi l-prezzijiet ta’ offerta ta’ l-għasel iswed ħafna drabi jimplikaw termini oħra barra t-trasport c.i.f. Rotterdam, dispożizzjonijiet għandhom isiru għall-aġġustament;

Billi jekk prezzijiet illi huma rapresentattivi tax-xejra attwali tas-suq għandu jingħata kont tagħhom sabiex ikunu stabbiliti l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli fuq is-suq dinji, b’mod partikolari fejn informazzjoni limitata biss hija disponibbli, il-Kummissjoni għandha tkun libera li tibbaża l-kalkolazzjonijiet tagħha fuq medja meħuda minn diversi prezzijiet;

Billi sabiex ikunu evitati disturbi tas-suq tal-komunità minħabba alterazzjonjiet f’daqqa u konsiderevoli fl-imposta li ma jirriflettux l-movimenti tal-prezz attwali fuq is-suq dinji, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi, f’ċertu ċirkostanzi u għall-perjodu limitat, li tħalli l-prezz c.i.f. mhux mibdul bħala miżura eċċezzjonali;

Billi il-miżuri provduti f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwalità standard ta’ l-għasel iswed għandha:

(a) tkun ta’ kwalità soda u ġusta għas-suq;

(b) jkollha kontent totali taz-zokkor ta’ 48 %.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-prezz c.i.f. għall-għasel iswed kull ġimgħa fuq il-bażi ta’ l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli fuq is-suq dinji. Dawn għandhom ikunu stabbiliti skond l-artikoli 3 sa 7.

Artikolu 3

Meta l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli fuq is-suq dinji ikunu qed jiġu stabbiliti, għandu jingħata kont ta’ l-informazzjoni kollha fir-rigward ta’:

1. l-offerti fuq is-suq dinji,

2. il-prezzijiet irrekordjati fuq swieq importanti f’pajjizi mhux membri,

3. il-bejgħ konkluż f’negozju internazzjonali li jkun magħruf lill-Kummissjoni jew direttament jew permezz ta’ l-aġenzija ta’ l-Istati Membri.

Artikolu 4

Meta l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli fuq is-suq dinji ikunu qed jiġu stabbiliti, l-informazzjoni għandha tiġi skartata:

1. jekk l-oġġetti m’humiex ta’ kwalità soda u ġusta għas-suq, jew

2. jekk il-possibbilità li dawn jinkisbu bil-prezz indikat fl-offerta tkun tirrigwarda biss ma’ kwantità żgħira li m’hiex rappreżentattiva tas-suq, jew

3. jekk ix-xejra ġenerali tal-prezzijiet jew l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni twassal lil din ta’ l-aħħar sabiex tassumi li l-prezz indikat fl-offerta m’huwiex rappreżentattiv tax-xejriet attwali tas-suq.

Artikolu 5

1. prezzijiet li m’humiex validi għat-trasport bl-ingrossa c.i.f. rotterdam għandha tiġi aġġustata.

2. meta l-aġġustament ikun sar, għandu jingħata kont b’mod partikolari tad-differenza fl-ispejjez sabiex titrasporta l-oġġetti bejn il-port tat-tluq u l-port tad-destinazzjoni u bejn il-port ta’ tluq u Rotterdam.

Artikolu 6

Prezzijiet stabbiliti meta l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli ikunu qed jiġu stabbiliti u li ma’ jirrigwardawx l-istandard ta’ kwalità għandhom ikunu:

1. miżjuda b’parti waħda minn tmienja u erbgħin għal kull punt ta’ perċentwali tal-kontenut totali taz-zokkor meta l-kontenut taz-zokkor ta’ l-għasel iswed ikkonċernat huwa anqas minn 48 %.

2. imnaqqsa b’parti waħda minn tmienja u erbgħin għal kull punt ta’ perċentwali tal-kontenut totali taz-zokkor meta l-kontenut taz-zokkor ta’ l-għasel iswed ikkonċernat huwa aktar minn 48 %.

Artikolu 7

Meta l-opportunitajiet ta’ xiri l-aktar favorevoli fuq is-suq dinji ikunu qed jiġu stabbiliti, il-medja ta’ diversi prezzijiet tista’ tittieħed bħala bażi basta li din il-medja tkun tista’ titqies bħala rappreżentattiva tax-xejriet attwali tas-suq.

Artikolu 8

Prezz c.i.f. jista’, b’eċċezzjoni, jitħalla mingħajr tibdil għal perjodu limitat fejn il-prezz ta’ l-offerta għall-kwantità partikolari jew ta’ oriġini speċifiku li jkun serva bħala bażi għall-iffissar tal-prezz c.i.f ta’ qabel m’hux disponibbli għall-Kummissjoni meta l-prezz c.i.f li jmiss għandu jiġi iffissat u fejn il-prezzijiet ta’ l-offerta li huma disponibbli u li l-Kummissjoni tikkunsidra li m’humiex rappreżentattivi biżżejjed tax-xejriet attwali tas-suq ikunu jwasslu għal tibdil f’daqqa u konsiderevoli fil-prezz c.i.f.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-istati membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Ġunju 1968.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean Rey

[1] ĠU N 308, 18.12.1967, Pġ. 1.

--------------------------------------------------

Top